Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Kummerċjali Il-Maniġment ta' MAPFRE Middlesea joffru donazzjoni għall-karità minflok jaċċettaw rigali Fl-aħħar ġimgħat, MAPFRE Middlesea għenet ammont ta' nies sabiex ikollhom Milied kemxejn aħjar mis- soltu. Il-President tal-kumpanija Martin Galea u il-Kap Eżekuttiv Felipe Navarro iddeċidew li l-flus miġbura mill-impjegati għar-rigali tagħhom jintużaw għal kawża nobbli minflok. Il-Flus miġbura kienu maqsuma bejn tlett istituzzjonijiet differenti: St Patrick's Residential Service, Millenium Chapel u The Little Sisters of the Poor. Sett tat-televiżjoni ġdid inxtara għas-subien li jgħixu ġewwa St Patrick's, għaliex is-sett ta' qabel kellu bżonn jinbidel. L-istituzzjoni tilqa' adolexxenti u subien li għandhom bżonn dar 'il bogħod mid-dar minħabba ċirkostanzi personali jew soċjali. Is-subien huma akkumpanjati minn social workers li jgħinu lil dawn it-tfal u addolexenti jsiru indipendenti. Donazzjoni ingħatat ukoll lil Millenium Chapel, li intużat biex tipprovdi hampers tal-ikel lil-familji fil bżonn. Id-Donazzjoni ġiet milqugħa minn Fr Hilary Tagliaferro. The Little Sisters of the Poor ukoll irċivew donazzjoni mingħand il-kumpanija, biex il-flus intużaw sabiex jinxtraw rigali għal-tfal li ġejjin minn sfond familjari diffiċli. Fl-istess waqt, MAPFRE Middlesea ikontribwiet għall-Istrina permezz ta' avvenimenti li saru matul is-sena. L-ewwel żewġ rebbieħa tal-kompetizzjoni tad-Debit Cards tal-HSBC Żewġ klijenti ta' HSBC, Yana Cardona-Vella u Martina Vella rebħu €1,000 kull wieħed, tnejn mill-erba' premjijiet ta' €1,000 li jagħmlu parti mill- kompetizzjoni 'Spend and Win' ta' HSBC li ilha għaddejja sa mill-15 ta' Novembru 2015. Iż-żewġ rebbieħa kienu ppreżentati bil-premju tagħhom fl-Uffiċċju Ewlieni ta' HSBC f 'Ħal Qormi mill-uffiċjali ta' HSBC Kenneth Barbara u Joanna Bajada, flimkien ma' Stephen Teuma minn Global Payments. Il-klijenti kollha ta' HSBC jistgħu jieħdu sehem f 'din il-kompetizzjoni biex jidħlu fiċ- ċans li jirbħu ż-żewġ premjijiet ta' €1,000 li għad fadal. Dan jista' jsir sempliċiment billi meta jiġu biex iħallsu għax- xiri, kontijiet tar-ristoranti jew servizzi oħra jużaw l-HSBC Debit Card fil-point-of-sales terminals ta' Global Payments f 'Malta u Għawdex. Il- kompetizzjoni tagħlaq fil-15 ta' Jannar 2016. L-ewwel żewġ rebbieħa tal-kompetizzjoni 'Spend and Win' flimkien ma' uffiċjali mill-Bank HSBC u Global Payments Festa mill-Familja Palumbo għal aktar minn 180 tifel u tifla Għar-raba' sena, il-familja Palumbo organizzat festin kbir tal-Milied għal aktar minn 180 tifel u tifla tal- impjegati u tfal minn diversi istituzzjonijiet fosthom is- Sisters of Mother Theresa u tfal oħra mill-Kottonera. Il-festin kien organizzat fis-sala enormi li qabel kienet l-iSmithery u li għall- okkażjoni imbiddlet f 'post maġiku. Impjegati ta' Palumbo Shipyard bnew siġra tal-Milied kbira minn ħafna materjal irriċiklat, bħal azzar, bottijiet, tubi u flanges. Il-briju tal-festin kien f 'idejn il-vuċi mill-isbaħ tal-kantanta Emma Muscat u l-pjanist Keith Muscat, waqt li animaturi u karattri minn Disney żammew it-tfal ferħana. Wara xita ta' silġ artifiċjali mela' s-sala, Santa Klaws daħal fis-sala u qassam rigali lit-tfal kollha. Membri tal-familja Palumbo li ġew Malta għall-okkażjoni iltaqgħu u taw l-awguri lill- mistednin. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Rappreżentant ta' MAPFRE Middlesea jippreżenta donazzjoni lil Fr. Hilary Tagliaferro

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016