Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 31 Sports Sena oħra fenomenali għal TS Table Tennis Academy Is-sena 2015 ma qatgħet xejn milli tkompli tara suċċess wara l-ieħor miksub minn TopspinTable Tennis academy. Minn mindu twaqqfet l-akkademja s'issa, in- numru ta' studenti li bdew jattendu għat-taħriġ ma waqafx jikber. Dan jawgura tajjeb ferm għall-futur ta' din l-istess akkademja: liema akkademja tappella għal studenti ta' kull età, subien u bniet. L-enerġija li jarmu l-istudenti waqt is-sessjonijiet tat-taħriġ tixhed l-entużjażmu li bih jattendu għat-taħriġ u fl- istess waqt tgħinhom għall- kisba tas-suċċessi tagħhom waqt it-tournaments. B'ħarsa lejn l-avvenimenti li seħħew tul is-sena l-oħra, naraw kif Jannar ra l-bidu tal-istaġun tal-Lig Nazzjonali Malti 2014/2015. TopspinTable Tennis Academy pparteċipat b'tim fl-ewwel diviżjoni: Malta University SSC Andro, u ieħor fit-tieni: TopspinTable Tennis AcademyAndro. Iż- żewġ timijiet kisbu rebħa. Matul Frar, Malta University SSC Andro baqa' jżomm postu fil-quċċata tal-ewwel diviżjoni tal-Lig Nazzjonali. Daniel Bajada, wieħed mill-assistenti kowċis ta' TopspinTable Tennis Academy, kiseb l-ewwel post fit-tieni Seniors Ranking Tournament tal-istaġun organizzat mill-Malta Table Tennis Association (MTTA), hekk kif għeleb lil Andrew Gambina, li kien iċ- champion ta' Malta ta'dik is-sena. F'Marzu ġew organizzati t-tielet Junior Ranking Tournaments mill-MTTA u TopspinTable Tennis Academy pparteċipat kemm fl-Under 11 kif ukoll fl- Under 15. L-Akkademja kienet ferm sodisfatta bil-prestazzjoni u bl- avvanz li dawn l-istudenti rnexxielhom jagħmlu fi ftit xhur biss. Barra minn hekk, l-Akkademja ħadet sehem ukoll fl-Under 13, liema tournament ġie mirbuħ minn Ryan Paul Camilleri li hu student ta'TopspinTable Tennis Academy, l-Under 18 u l-Under 21. Għal darb'oħra, Daniel Bajada kiseb it-titlu ta'champion hekk kif fl- Under 21 għeleb lil James Camilleri fil-finali. Matul dan ix-xahar, ġie organizzat ukoll it-tielet ranking tournament ta' TopspinTable Tennis Academy fejn l-istudenti ngħatatilhom l-opportunità li jikkompetu kontra xulxin fi ħdan l-Akkademja stess. F'April, bosta studenti mill- Akkademja pparteċipaw fil-Kampjonati Nazzjonali ta' Malta tal-Juniors li jiġu organizzati ta' kull sena mill- MTTA. Dawn il-kampjonati jkunu ilhom mistennija u l-Akkademja tħabrek sabiex tħejji lill-istudenti sa minn kmieni. May Zahra, studenta tal-Akkademja kklassifikat fit-tieni post fl-Under 15 tal-bniet filwaqt li Kyle Galea, student ieħor promettenti tal-Akkademja, kiseb l-ewwel post fil-Plate Event. Is-singles u d-doubles tal-Under 13 u d-doubles tal-Under 15 kienu wkoll ta' suċċess għall-Akkademja hekk kif Ryan Paul Camilleri kklassifika fit-tieni post. L-Under 21 kien ukoll iddominat minn rebħa għall-Akkademja hekk kif il-logħba tad-doubles ġiet mirbuħa minn Ryan Tabone u minn Daniel Bajada, b'dan tal-aħħar jikseb ukoll l-ewwel post fis-singles. Apparti minn hekk, TopspinTable Tennis Academy ħadet sehem ukoll fl-Under 18 u fl-Under 11 fejn irnexxielha tikseb riżultati ferm pożittivi. Fil-fatt, l-Under 11 tal- bniet intrebaħ minn Anthea Cutajar filwaqt li Asacchia Farrugia kiseb it-tieni post fl-Under 11 mixed doubles. Matul dan ix-xahar ukoll, il-Kowċ tal-Akkademja Edward Baldacchino flimkien ma' Daniel Bajada, irħewlha għall-Kampjonati tad-Dinja tat-table tennis li seħħew f 'Suzhou ġewwa ċ-Ċina. Bejn l-aħħar t'April u l-ewwel ġimgħa ta' Mejju, l-Akkademja laqgħet lill-kowċ Pollakk Andrzej Borkowski biex iqatta' ġimgħa mal-istudenti u jippreparahom għal meta kien se jirritorna magħhom fis-sajf. Mejju rnexxielu jagħti t-titlu mistħoqq ta' champion lill-Akkademja, għat-tieni sena konsekuttiva, hekk kif it-tim Malta University SSC Andro rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Malti tal-Ewwel Diviżjoni. Matul tmiem ix-xahar ta' Mejju u l-bidu ta' Ġunju, il-MTTA organizzat il- Kampjonati Nazzjonali ta' Malta tas-Seniors. Għat-tielet sena konsekuttiva,TopspinTable Tennis Academy reġgħet kienet l-iktar akkademja li kisbet titli bi tlieta deheb u waħda bronż. Rebħa importanti għall-Akkademja kienet dik ta' Daniel Bajada hekk kif irnexxielu jegħleb lil Andrew Gambina, u jikseb lura t-titlu ta' Seniors National Champion 2014/2015. F'Ġunju, l-Akkademja organizzat ir- raba' ranking tournament. Għal sena oħra, TopspinTable Tennis Academy reġgħet ħasbet biex, matul ix-xhur tas-sajf, terġa' twaqqaf il-programm impenjattiv tal-iskola sajf li ta' kull sena jiġi fi tmiemu permezz tal-Andro First Ranking Tournament fi ħdan l-Akkademja stess. Kif kien mistenni, Andrzej Borkowski, kowċ barrani li rċieva l-Masters fil-kowċing tat-table tennis, reġa' ngħaqad mal-Akkademja għal ftit ġimgħat biex ikompli jgħin lill-istudenti jiżviluppaw kemm it-teknika tal-logħba tat-table tennis kif ukoll l-abbiltà fiżika u l-istamina. Apparti minn hekk, il- psikologa tal-isport, Adele Muscat, reġgħet laqgħet l-istedina tal-Akkademja biex għal darb'oħra tipprepara taħdita dwar kif għandek tħejji ruħek mentalment għal-logħba tat- table tennis u kif għandek dejjem tfittex li toħroġ il- pożittivitàminn kull ostaklu li niltaqgħu miegħu waqt il-logħob. Fi tmien is-sajf, il-Kowċ tal-Akkademja Edward Baldacchino flimkien mal- Kowċ Assistenti Daniel Bajada rrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonati Ewropej tat-table tennis li seħħew f 'Yekaterinburg, ir-Russja. F'Ottubru, TopspinTable Tennis Academy ħadet sehem fl-ewwel Junior Ranking Tournament organizzat mill-MTTA hekk kif reġa' nfetaħ l-istaġun tal- logħob. L-Akkademja ferħet lil kull student li pparteċipa, b'mod speċjali lil Anthea Cutajar li kisbet it-tielet post fl-Under 11 u lil May Zahra li rebħet il-Plate Event tal- Under 13. Barra minn hekk, l-Akkademja pparteċipat ukoll fl-ewwel Seniors Ranking Tournament fejn rat lil Edward Baldacchino jikklassifika fit-tieni post. Hekk kif beda staġun tal- logħob ġdid, l-Akkademja reġgħet ħasbet biex tieħu sehem fil-Lig Nazzjonali Malti 2015/2016, però għall- ewwel darba pparteċipat b'erba' timijiet: wieħed fl-ewwel diviżjoni, ieħor fit-tieni diviżjoni u tnejn fir-raba' diviżjoni. Ġimgħa wara ġimgħa, it-timijiet kisbu riżultati eċċezzjonali u dawn jirriflettu fuq is-serjetà u d-dedikazzjoni li jġorru magħhom l-istudenti waqt il-logħob. F'Novembru, l-MTTA, waqt l-ikla annwali li tieħu ħsieb torganizza, ippremjat lit-tim Malta University SSC Andro li kien rebaħ il- Kampjonat Nazzjonali Malti għall-istaġun 2014/2015. Apparti minn hekk, ġie muri apprezzament xieraq lil kull kowċ li ddedika parti sostanzjali mill-ħin tiegħu għall-futur tal-istudenti. Diċembru wkoll jixhed suċċessi kbar għall- Akkademja hekk kif reġgħet kisbet riżultati pożittivi kemm fil-Junior Ranking Tournaments, organizzati mill-MTTA, kif ukoll fis-Seniors. Il-Plate Event tal-Under 18 ġie mirbuħ minn Kyle Galea filwaqt lil-Under 15 intrebaħ minn Ryan Paul Camilleri. Rebħa importanti kienet dik ta' Edward Baldacchino li rnexxielu jikseb mill-ġdid l-ewwel post tas-Seniors Ranking Tournament. Is-Seniors Doubles ukoll intrebaħ mill-Akkademja. Bħas-sena preċedenti, Topspin Table Tennis Academy organizzat it-tieni ranking tournament tagħha b'risq l-Istrina. L-Akkademja xtaqet tirringrazzja lil kull min ħa sehem u għoġbu jagħti d-donazzjoni tiegħu. Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-Akkademja tagħraf u tippremja s-suċċessi tal-istudenti tagħha fl- okkażjoni tal-Award Presentation Dinner li jsir kull sena fiż-żminijiet tal-Milied. Hawnhekk, tiġi rikonoxxuta kemm il-ħila tal-istudent kif ukoll id- dedikazzjoni tal-kowċis u tal-amministrazzjoni. Għal iktar tagħrif, dwar TopspinTable Tennis Academy, żuru l-paġna fuq Facebook jew is-sit www. topspintabletennisacademy. com Wieħed jista' jingħata iktar informazzjoni fuq 99470278 fejn ikun qed jagħmel kuntatt dirett mal- Kowċ Edward Baldacchino. L-Akkademja hi dejjem lesta li tilqa' studenti ġodda biex jitħarrġu fil-logħba tat-table tennis. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri, li hija studenta ta' TopspinTable Tennis Academy. It-tim kollu ta' Topspin Table Tennis Academy Ritratt - Rodney Cassar Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016