Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Għawdex Saviour Grech: Joħloq arti minn John Busuttil Ingħata l-isem ta' Saviour 54 sena ilu, iżda magħruf bħala Salvu mal- kollegi tiegħu tal-gozo Sports Board. Salvu li hu minn ta' Sannat iżda jgħix ma' martu anna fil-Fontana hu missier ta' Laura, Jeanette u Josianne u nannu ta' Julia li għadha kif għalqet sena. Kif wieħed jista' jara, hu mdawwar bin-nisa u forsi dan il-fatt ħajru biex kuljum jinqata' madwar tliet sigħat waħdu joħloq arti mill-isbaħ, dik imsejħa il-pirografija, l-arti li tinħaraq fuq l-injam, affarijiet tal-ġilda u anke karta partikolari. Iżda Salvu jaħraq fuq l-injam biss. Din il-ħajra ġietu 8 snin ilu meta ħabib tiegħu, għalliem tal-arti kien ħajru u Salvu mill-ewwel iddeċieda li xi darba joħloq arloġġ tipiku bil-'pyrography'. "Qatt ma qist lili nnifsi bħala artist iżda din it-tip ta' arti laqtitni bl-ewwel xogħol tiegħi tkun figura billi pinġejtha bil-lapes u wara ħraqtha bi speċi ta' saldatur professjonali." Salvu qal li jrid ikollok paċenzja kbira biex tagħmel dan, tant li biċċa xogħol ta' madwar 50x50 ċentimetru teħodlu madwar xahar sħiħ u jaħdem fuqha sagħtejn jew aktar kuljum. Iżda l-ħolma tiegħu tal-arloġġ, dam sentejn biex iwettaqha u jirnexxilu jagħmel l-ewwel wieħed. "Ħadli 6 ġimgħat biex lestejtu. Użajt il-wiċċ tal-arloġġ fuq l-istil tal- arloġġ Malti, iżda taħt pinġejt dejjem xi ħaġa partikolari u oriġinali." Wara li rajt ix-xogħol tiegħu staqsejtu jekk hux pittur minħabba li dak li ħoloq kien hemm sens ta' pittura. Salvu qalli li Saviour qed jaħraq fuq l-injam il-Katidral ta' Santa Marija fiċ-Ċittadella By The Sea: Ħalla l-miljuni f 'Għawdex... u seraqli sagħtejn minn ħajti minn John Busuttil Wara li smajt tant dwar dan il-'blockbuster', li fil-fatt qatt ma ġie meqjus hekk fl-isfera taċ-ċinematografija, iddeċidejt li narah. U żgur li kienet waħda mill-agħar deċiżjonijiet li għamilt f 'ħajti, għax ħassejtni li ġejt misruq sagħtejn minn ħajti minn Ġulina u l-Pitt tagħha. Immaġina sagħtejn u kwart tara lil Angelina Jolie (aka Ġulina) bin-nuċċali tax-xemx, tixrob tazza inbid, tpejjep sigarett wara l-ieħor, tibla l-pilloli (kalmanti) u tnemmes minn toqba fil-ħajt żewġ honeymooners jinħabbu. Immaġina sagħtejn u kwart tara lil Brad Pitt (aka l-Pittbull ta' Ġulina) nieżel u tiela t-taraġ ta' Mġarr ix-Xini jew fis-sakra inkella jpejjep, jixrob il-whisky, iparla f 'ħanut tal- inbid mal-proprjetarju xwejjaħ bil-Franċiż, filwaqt li jittama li jkollu x'jaqsam ma' martu sesswalment u b'notebook fil-warrani tal-qalziet tiegħu li ħallih vojt sal-aħħar. Għalkemm fl-aħħar xena ttajpja l-isem tal-ktieb u dak li m'għamilx f 'sagħtejn u kwart, għamlu f 'nofs minuta, u lesta l-ktieb. Bil-ħaqq għall-aħħar siegħa ddeċieda li jingħaqad ma' martu jnemmes lill-koppja ta' 'honeymooners'. Dan kollu jseħħ f 'bar ħdejn il-baħar li taparsi jinsab f 'villaġġ fi Franza u fil-gallarija fejn Ġulina kienet tixxemmex u tħares lejn ix-xena stupenda ta' Mġarr ix-Xini, (fejn anke hawn, il-baħar ġie magħmul ftit isbaħ milli hu permezz tal- kompjuters). Għal minuta 'l hawn u 'l hinn, naraw lil Ġulina ħierġa mill-Knisja ta' Sannat għal pjazza li lanqas qattus ma tħalla jidher u flimkien ma' żewġha, marru jiċċenaw għand ta' Frenċ (mhux tal-Għarb). U hemm xena bil-koppja għaddejja mit-triq li tagħti għar-Ramla l-Ħamra. Dan hu l-'Block Busta.d' li seraqli sagħtejn minn ħajti u tliet xhur lill-bugħaddasa milli jinżlu fi Mġarr ix-Xini, biex fil-film, Għawdex ma jissemma qatt u fil-credits, wara li stennejt xi 9 minuti, jasal vers....'shot on location in MALTA'. Għalkemm jekk tagħmel tfittxija fuq Google tal-post fejn inġibed il-film, wieħed isib li nġibed f 'Għawdex. Iżda l-barranin li jmorru jarawh u kif jispiċċa l-film joħorġu 'l barra, żgur li ma jkunux jafu li dawk ix-xeni sbieħ kienu Għawdex, għax huma jagħtu l-indikazzjoni li nġibdu f 'villaġġ fejn il-baħar fi Franza. Insomma Ġulin, għamilli pjaċir li meta tiddeċiedi li tiġbed film ieħor f 'Għawdex, ħu xi parir ta' kif isiru l-films vera...għax kulma għamilt kien li bil-flus xtrajt triq fil-baħar tagħna... iżda ma offrejt l-ebda kwalità, u bħali ħasbuha ħafna kritiċi oħra. X'qalu dwaru l-kritiċi barranin: "I smell fish," Nessa says, sniffing. Nah. What stinks is the movie. - Peter travers·rolling Stone An unabashed vanity project that struggles to turn its own beautiful inertia into a virtue - Justin Chang·Variety By the Sea is not a film for everyone. Nor is it even a film, really, so much as a 132-minute perfume ad; a two-hour-plus Vogue shoot in stereo - Sophie gilbert·the atlantic The film reminded me of those long, bleak stretches of March in New England, when it seems as if winter will never end - Joe Morgenstern·Wall Street Journal Therefore, it is baffling to discover that for her third directorial effort, "By the Sea," she has produced a film that is such a borderline unendurable - roger Ebert

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016