Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 35 Captain tan-Nazzjonal tan-Nisa Sports li fost oħrajn qed jaffrontaw diversi injuries ta' plejers importanti. Barra minn hekk, il-fatt li aħna akkwistajna iktar plejers għenna bis-sħiħ biex inkunu iktar b'saħħitna. B'hekk, il- livell tal-logħob tagħna għola mill- istaġun li għadda. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-futball tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Huwa fatt magħruf li l-MFA tul il- medda tas-snin qed tagħti importanza rimarkabbli lill-futbol tan-nisa f 'pajjiżna. Hemm bżonn li jkun hemm iktar kowċis li jieħdu l-isfida li jikkowċjaw timijiet tan-nisa. Fil-fatt kien hemm min ikkowċja timijiet tan-nisa fil- passat riċenti, u llum il-ġurnata qed jikkowċja timijiet tal-irġiel fil-Premier. Fost dawn insemmi lill-kowċ ta' Qormi FC, Johann Scicluna, li kien jikkowċja lil Birkirkara, kif ukoll lill-kowċ ta' St Andrews, Josè Borg, li kien jikkowċja propju lilna l-plejers ta' Hibernians. X'inhuma l-kummenti tiegħek fuq il- kowċ tat-tim tan-nisa ta' Hibernians, Keith Gouder? Wara li l-kowċ Josè Borg ħalla l-inkarigu ta' kowċ ta' Hibernians, ħa t-tmun tat-tim Keith Gouder fejn addotta sistema ġdida ta' logħob, dik ta' 4-2-3-1. Hu flimkien mal-assisstenti tiegħu Dylan Gouder u Andre Ciappara, jiddedikaw ħafna ħin lit-tim tagħna u jagħmlu minn kollox biex dejjem jaraw lit-tim miexi 'l quddiem. Huwa qed jagħtina iktar fiduċja li nilagħbu l-ballun, u nattakkaw b'mod kostruttiv. Għandi fiduċja assoluta fil- kowċ Keith Gouder. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Diffiċli nirrispondi domanda bħal din għall-fatt li għandi ħajja impenjattiva ħafna minbarra l-futbol. Però, li kieku tiġini opportunità valida li mmur nilgħab barra minn Malta, neħodha għall-esperjenza personali. Esperjenzi bħal dawn, żgur li jgħinuk tikber kemm personalment bħala plejer kif ukoll karatterjalment. Int ukoll għalliema kkwalifikata tal-Edukazzjoni Fiżika. Il-fatt li int għandek esperjenza wiesa' fil-futbol, dan kif jgħinek biex tgħallem dan is-suġġett? Ovvjament, l-istudju li għamilt fl-Università ta' Malta, għeni ħafna meta ġejt biex nikkowċja l-futbol. Minn hemm akkwistajt diversi ħiliet importanti li bihom bnejt il-pedament tal-karriera professjonali edukattiva li mbagħad kif ksibt il-Liċenzja C tal-kowċing, komplejt napprofondi iktar fuq dan il-lat. Inżid ngħid ukoll li l-kowċing għeni ħafna wkoll bħala plejer. Għeni nifhem iktar fil-futbol u jkolli iktar viżjoni waqt il-logħba. Kif qed tħares lejn il-possibiltà kbira li fil-futur tkun propju int il-captain tat-tim nazzjonali tan-nisa? Kien propju l-kowċ Mark Gatt li tani l-unur u r-responsabbiltà li nkun il-viċi captain tat-tim nazzjonali tan- nisa. Dan l-inkarigu naqqax fija nnifsi sens ta' fiduċja. Riċentament, diġà kelli ċ-ċans li nkun captain tat-tim nazzjonali f 'logħba ta' ħbiberija kontra l-Estonja hekk kif il-captain tat-tim, Dorianne Theuma, kienet imweġġa'. Għalkemm naf li din il-kariga ġġorr magħha responsabbiltà kbira, huwa ta' unur kbir għalija jekk Alla jrid 'il quddiem għad inkun il-captain nazzjonali tat-tim. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma' Hibernians? Il-futur tiegħek huwa wieħed esklussivament mal-Pawlisti, jew tikkunsidra li fiż-żmien li ġej tħalli lil dan il-klabb, biex tingħaqad ma' xi tim ieħor? Ma nistax ngħid x'se jkun il-futur tiegħi ma' Hibernians. Mhux eskluż li fil-futur inkun qed nikkunsidra opportunitajiet oħra li jkunu qed iservu ta' sfidi ġodda għalija fil- karriera tiegħi tal-futbol. Bħalissa għandek xi offerti minn xi klabb partikolari? Ifhimni, ikun hemm klabbs partikolari li jsaqsuni jekk inhiex interessata li nħalli lil Hibernians biex ningħaqad magħhom. Bħalissa ninsab kuntenta ħafna ma' Hibernians, iżda nerġa' ngħidlek li ma neskludiex il-fatt li 'l quddiem nikkunsidra sfidi ġodda fil-futbol. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? M'hemmx dubju li l-media tista' tagħmel ħafna iktar biex tagħti exposure, mhux biss lill-aqwa timijiet fejn jidħol futbol tan-nisa, iżda wkoll lit-timijiet kollha. Barra minn hekk, inħoss li hemm bżonn ta' iktar bilanċ fil-media, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' exposure lill-futbol tan-nisa. Qed ngħid hekk għaliex mhux kull media sportiva tagħti importanza lill-futbol tan-nisa. Ippermettieli ngħidek li ma nistax nifhem il-fatt kif fil-ġimgħatli għaddew, f 'żewġ logħbiet ta' ħbiberija, it-tim nazzjonali tan- nisa ma rnexxielux jegħleb lit-tim nazzjonali tan-nisa tal-Ażerbajġan, li kien ta' kategorija iżgħar, għax kien ta' taħt id-19-il sena. Tispjegali aħjar? Il-kowċ uża dawn il-logħbiet sabiex jesperimenta pożizzjonijiet ġodda u jipprova plejers ġodda li għadhom telgħin mill-akkademja. Madankollu ma nistgħux inneħħu l-mertu ta' dan it-tim żagħżugħ li riċentament qed jikseb riżultati pożittivi. Dan huwa tim li l-assoċjazzjoni tagħhom ilha ttella' u tinvesti fih għal diversi snin. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill- ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Jien nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li fil-futbol sibt it-tieni familja tiegħi. Inħeġġeġ bis-sħiħ lill-ġenituri kollha biex jekk it-tfal bniet tagħhom jibdew juru interess partikolari fil- futbol, jibagħtuhom għat-taħriġ ma' xi klabb jew ieħor. Mhuwiex minnu li jekk tfajla tilgħab il-futbol, tkun 'tomboy' - altru minn hekk! Il-futbol jgħinek taddotta stil ta' ħajja pożittiv u san, waqt li jbiegħdek mill-vizzji li jkissru lill- bniedem. Jgħinek tifforma l-karattru tiegħek madwar id-dixxiplina, ir- responsabbiltà u r-rispett lejk innifsek u lejn l-oħrajn ta' madwarek. Twieldet fit-18 ta' Jannar 1991 f 'Tal-Pietà. Hija l-viċi captain tat-tim nazzjonali tan-nisa. Hi meqjusa bħala kolonna fid-difiża ċentrali tal-istess tim nazzjonali. Bdiet il-karriera tagħha ma' Melita, u wara sentejn ingħaqdet ma' Hibernians, fejn għadha tilgħab sal-lum. Hija wkoll għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika u kowċ tal-futbol f 'waħda mill-Akkademji tal-MFA. Charlene Zammit Ritratt: Chris Mangion