Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 15 L i s-sena li għaddiet, 2015 kienet sena rekord għas-saħħa, mhux qiegħed ngħidha jien iżda l-figuri u r-rizultati. L-2015 kienet is-sena li fiha rajna l-ftuħ tal-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo. Proġett li kien inbeda taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, iżda li kien waqa' lura ġmielu, tant li kieku ma ħadniex deċiżjonijiet iebsin li nxamru l-kmiem u naħdmu qatigħ, konna se nitilfu fondi Ewropej. Fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo sar investiment qawwi f 'dak li hu makkinarju fosthom fil-linears accelerators, li huma magni li jagħtu r-raġġi. Investiment ta' €20 miljun f 'magni aktar preċiżi li jikkonċentraw aktar fuq il- parti affetwata, b'inqas danni fuq il-kumplament tal-ġisem. L-2015 kienet is-sena li rajna binja ġdida titla biswit l-Emerġenza, binja li saret wara li ma setgħux jitilgħu aktar sulari fuq l-Emerġenza minħabba li nstab li fl-isptar li sewa l-poplu Malti mijiet ta' miljuni ta' ewro, intuża konkrit dgħajjef. Kwistjoni li għadha għaddejja u li se nkunu qegħdin niskopru aktar dwarha matul din is- sena. Iżda din il-binja biswit l-Emerġenza, il-Medical Admission Unit, li bdiet u tlestiet matul l-2015, fissret żieda ta' 68 sodda f 'Mater Dei. Dan biex nibdew intaffu minn problema oħra li writna minn amministrazzjoni preċedenti, sptar żgħir. Fil-fatt, ix-xogħol fuq din il-binja għad irid jissokta u fiż-żmien li ġej, se nkomplu naraw is-sulari telgħin. Fit- totalità tiegħu, dan il-proġett se jwassal għal total ta' 300 sodda oħra f 'Mater Dei. L-2015 kienet sena li għal darb'oħra nkiseb rekord ġdid fl-ammont ta' operazzjonijiet li saru f 'Mater Dei. Dan barra operazzjonijiet ukoll fl-Isptar Boffa, fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, u ċ-Ċentru tas- Saħħa tal-Mosta fejn b'kollox inqabżu 60,000 operazzjoni. Dan biex inkomplu niġġieldu problema oħra li ħalliet warajha amministrazzjoni Nazzjonalista, listi ta' stennija ma jispiċċaw qatt. Listi ta' stennija li kienu jgħidu jispiċċaw biss fl-aħħar tad- dinja. Ħdimna sew fuq dan ir-rigward, wasalna f 'ċertu oqsma bħat-testijiet tal-MRI, CT Scans, Bone Density, Sleep Lab u f 'operazzjonijiet bħal dawk tal-kataretti iżda baqalna x'nagħmlu. Fuq dan l-aspett, qegħdin ukoll naħdmu mal-privat. Diġà qegħdin isiru numru ta' operazzjonijiet imsejħa intermedjarji, day surgeries fl-Isptar St James u matul din is-sena se nkunu qegħdin niffukaw fuq l-operazzjonijiet tal-ortopedija: hip u knee replacements. Matul din is-sena wkoll irridu naħdmu biex innaqqsu l-ammont ta' żmien għall- appuntamenti fl-Out Patients. Diġà bdejna, fosthom billi żidna l-ħin tal-out patients clinics, li qegħdin ikunu miftuħa wkoll wara nofs in-nhar u s-Sibt. Fl-2016 ser nagħtu spinta sew f 'dan il- qasam tal-outpatients. L-2015 kienet is-sena li ġibna fix-xejn l-out of stock. Sena li matulha kellna madwar 26 ġimgħa, jiġifieri nofs is-sena - fejn ma kellna l-ebda mediċina out of stock. U meta, fil-ġimghat l-oħra, kien hemm mediċini out of stock, dawn kienu waħdiet u mhux il-mijiet li kien ikun hawn taħt il-PN. Din kienet kwistjoni li għalkemm kienet qed taffettwa numru kbir ta' nies ta' kull ġimgħa, qatt ma sar xejn bis-serjetà biex tittaffa. L-2015 kienet is-sena li fiha rranġajna l-Emerġenza. Is-sena li naqqasna l-ħin ta' stennija fl-Emerġenza minn medja ta' 13-il siegħa, għal anqas minn erba' sigħat. Dan sar billi ħadna diversi inizjattivi, fosthom żidna l-ispazju fl-Emerġenza billi ġiet rilokata magna tal-X ray u minflokha żdiedu 11-il cubicle. Ftaħna minor care clinic ħalli dawk in- nies li jkollhom affarijiet minuri, li jista' jara tabib tal-familja, jinqdew f 'din il- klinika. Qiegħed ikun hemm infermiera mar-reception li mill-ewwel tindika lill- pazjent jekk għandux jibqa' jistenna hemmhekk jew jekk għandux mill-ewwel imur f 'dipartiment ieħor bħal f 'każijiet ta' oftalmoloġija u gynae. Nedejna sistema ta' C track, biex b'hekk inkunu nafu kull pazjent li daħal kemm ilu jistenna. Ftaħna wkoll emerġenza ddedikata għat-tfal, li hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f 'pajjiżna. L-2015 kienet is-sena li ftaħna residenza għaż- żgħażagħ fl-Isptar Monte Carmeli. Kien inaċċettabbli li tfal u addolexxenti li jkollhom bżonn kura psikjatrika jitpoġġew fi swali mal-adulti. Is-saħħa mentali se tkun waħda mis-setturi li matul l-2016 se nkunu qegħdin niffukaw fuqhom. L-2015 kienet fuq kollox is-sena li fiha rajna l-bidu ta' trasformazzjoni tas-settur tas-saħħa. Sena li fiha ġbidna rekord ta' investiment barrani f 'dan is-settur. Sena li waslet għal kunċett ta' sostenibbiltà fil-qasam tas-saħħa, bl- għajnuna tal-privat. Sena li daħlet fil-vokabularju tagħna kunċett ġdid: Turiżmu mediku. Wara sejħa għall-offerti, il-Gvern bħalissa għaddej f 'negozjati ma' Vitals Global Healthcare, li fost l-oħrajn imsieħba magħhom hemm ukoll l-Università prestiġġjuża ta' Harvard. Dan se jkun investiment ta' €200 miljun li se jara jiffjorixxi mill-ġdid l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Se naraw il-bini tal-iskola medika prestiġjuża Ingliża Barts. Proġett li qiegħed jikseb kliem ta' tifħir anke minn esponenti ewlenin mill- kamp Nazzjonalista, fosthom il-kirurgu Albert Fenech li se jkun qiegħed imexxi ċ-ċentru tal-kardjoloġija f 'dan il-proġett. Proġett li se jinkludi wkoll sptar tar-rijabilitazzjoni, ċentru tad-dermatoloġija, sptar ġerjatriku u ċentru għat- trawma. Is-servizz lill-pazjent Malti se jibqa' jingħata b'xejn, anke f 'dawn l-isptarijiet li se jkunu qegħdin jikkumplimentaw is-servizz eċċellenti li diġà jingħata minn Mater Dei. Matul l-ewwel ġimghat ta' din is-sena, se naraw jaslu fi tmiehom in-negozjati mal- istakeholders kollha. Se naraw ukoll l-ewwel xogħlijiet ta' dan il-proġett jibdew isiru. Fl-2016, permezz ta' ftehim li lħaqna s-sena l-oħra mal-GRTU u mal-Kamra tal-Ispiżjara, se nibdew inqassmu l-mediċini fid-djar tal-anzjani tagħna, kif ukoll ser naraw modernizzar fil- mod kif naħżnu u nqassmu l-mediċini fl-isptarijiet tagħna. Se nkomplu naraw titjib fis-servizz tas-Saħħa fil-komunità b'ħidma mat-tobba tal-familja u ma' professjonisti oħra. Se nżidu mediċini ġodda fuq il-formolarju tal-Gvern u se nagħtu servizzi ġodda lill- pazjenti bid-dijabete. It-titjib li rajna fil-qasam tas-Saħħa f 'dawn l-aħħar sentejn se nkomplu nsostnuh u nibnu fuqu fl-2016. Fuq kollox kommessi li waqt li nżommu s-servizzi tas-Saħħa kollha mingħajr ħlas għall- pazjenti Maltin u Għawdxin, ikollna servizz ta' eċċellenza u mogħti fil-ħin. Chris Fearne huwa s-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa Opinjoni Għaddiet sena ta' rekords. Ġejja sena ta' xogħol Chris Fearne "L-2015 kienet is- sena li ġibna fix- xejn l-out of stock. Sena li matulha kellna madwar 26 ġimgħa, jiġifieri nofs is-sena fejn ma kellna l-ebda mediċina out of stock"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016