Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
minn John Busuttil L-eks Deputata Laburista Marlene Farrugia li għal żmien twil ikkritikat deċiżjonijiet meħudin fil-MePA, li kienet taqa' taħt Michael Falzon ħarġet tiddefendi lill-istess eks segretarju Parlamentari ftit jiem biss wara li dan irreżenja. Minkejja l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar kif Gaffarena kien jaf minn qabel dwar l-espropriju tal- proprjetà fi Triq Zekka u kif l-istess Falzon permezz tal-firma tiegħu, kien iffaċilita l-istess esproprijazzjoni, Farrugia saħqet mal-ILLUM li Falzon huwa, "l-vittma ta' sistema msewsa u mdewda fid-dipartiment tal-artijiet li ilha ġejja minn snin ilu." Minkejja dan, Farrugia fl-ebda ħin ma ppreċiżat min hu politikament responsabbli min-nuqqasijiet gravi li jissemmew fir-rapport tal-Awditur. Fl-istess ħin li qalet li Falzon huwa vittma, Farrugia qalet ukoll li Falzon għamel sew li rriżenja għax "għalkemm hu ma waqqafx din l-istituzzjoni msewsa, xorta refa' r-responsabilta kollha ta' dak li kien qed isir u anke ta' dak li sar qabel. Anzi kellu jirriżenja qabel, meta l-każ beda jiġi investigat. kien jagħmel ħafna ġid għalih u għall-partit li kieku sar hekk. Iżda dan il-Gvern, l-ewwel jipprova jgħatti u jtawwal, u wara tiġi kontrih." €1.00 NEWSPAPER POST Nr 484 • 24 ta' Jannar 2016 www.illum.com.mt Farrugia toħroġ tiddefendi lil Falzon Tkompli f 'paġna 5 34 persuna taħt l-età fi PlusOne fil-ħin tal-inċident minn Mark Borg kIen hemm minn tal-inqas 34 persuna taħt is-17-il sena fil-ħin tal- inċident f 'Paceville fl-istabbiliment PlusOne, lura f 'novembru. Dan kien wieħed min-nuqqasijiet li identifika r-rapport ta' inkjesta mħejji mill-Maġistrat Doreen Clarke u mogħti lill-membri tal-midja lbieraħ. Il-maġġoranza ta' dwan iż-żgħażagħ daħlu mingħajr ma ntalbu juru karta tal-identità. Uħud minnhom anke kkunsmaw alkoħol mibjugħ minn PlusOne stess. Barra minn hekk, kien hemm ukoll diversi persuni li kienu qed ipejpu, inkluż il-gwardjan tas-sigurtà Bojan Spasic innifsu. L-inkjesta sabet li wħud mill-persuni li kienu xogħol fi PlusOne ma kinux reġistrati bħala impjegati tal- kumpanija Three Sixty Ltd mal-ETC. Aktar minn hekk, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal lill-ILLUM li mir-rapport ta' inkjesta dwar l-inċident li seħħ fl-istabbiliment, jidher li l-Bord ta' Sigurtà f 'Paceville approva l-istess stabbiliment minkejja li lanqas biss kienet saret spezzjoni. Tkompli f 'paġna 4 Il-Pulizija f 'Paceville l-għada tal-inċident 'Irridu nkunu gwardjani tad-drittijiet tat-tfal' - Pauline Miceli Ara intervista f 'paġni 10-11 Tgħid li hu mhux korrott anzi l-vittma