Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 33 Sports L-MFPA tiċċelebra l-50 sena tal-FIFPro mal-unions tal-futbolers tad-dinja RappReżentanti tal-Malta Football players association attendew għall-assemblea Ġenerali annwali tal-FiFpro ġewwa Hoofdorp fl-Olanda, liema assemblea mmarkat il-50 sena anniversarju mit- twelid tal-FiFpro. Il-president tal-FIFPro Philippe Piat, fetaħ l-Assemblea Ġenerali Annwali nhar il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru 2015. Hemm ġew diskussi diversi kwistjonijiet fosthom rapporti finanzjarji, appuntamenti ta' membri fis-Supervisory Board tal-FIFPro Holdings, u l-viżjoni u l-objettivi tal- FIFPro. Apparti minn hekk ġiet diskussa l-isfida kontra s-sistema tat- transfers kurrenti kif ukoll xi kambjamenti li kien hem fl-istatus u l-protokoll tal- FIFPro. Kodiċi ta' kondotta ġie mħabbar għar- rappreżentanti tal-FIFPro madwar id-dinja. Michael Lahoud u Kei Kamara ġew ippreżentanti bil-FIFPro Merit Award 2015 bħala rikonoxximent speċjali għall-involviment tagħhom fil-proġett ta' skejjel ġewwa Salone, fis-Sierra Leone. Iż- żewġ plejers li jagħmlu parti mil-Major League Soccer fl-Amerika ta' Fuq ingħataw ukoll ċekk ta' $25,000. Nhar is-Sibt 12 ta' Diċembru ġew miżmuma l-Assemblej Annwali Ġenerali tad-diviżjonijiet tal-FIFPro Ewropea, Amerikana, Asjatika u Afrikana. Waqt il-laqgħa tad-Diviżjoni Ewropea, ġiet diskussa l-kriżi tal-FIFA, il- kollaborazzjoni mal-UEFA, l-evalwazzjoni u l-progress tal-laqgħat tas-'Social Dialogue', kif ukoll kampanji kontra l-match fixing. L-'Executive Education Programme', offrut mil- FIFPro kien suċċess u lewwel numru ta' gradwati ġew imħabbra. Id-Diviżjonijiet kollha reġgħu ngħaqdu għal- laqgħa finali tal-Assemblea bi preżentazzjoni fuq it-teknoloġija tal-video waqt il-partiti. Din il-parti tal-kungress ġiet indirizzata mil-eks plejer ta' AC Milan u tat-tim nazzjonali Olandiż, l-istilla Marco Van Basten, fejn hu tkellem favur din it- teknoloġija. Diskussjonijiet oħra fuq l-aġenda kienu jinkludu l-futbol tan-nisa, ix-xogħol u l-isforzi li qed isiru min-naħa tal-FIFPro biex jitjiebu s-saħħa u s-sigurtà waqt il-logħba, il-UNI World Athletes u l-FIFPro World XI. L-Assemblea Ġenerali Annwali kompliet bil- konferenza legali dwar id-drittijiet tal-plejers. Diversi atleti minn diversi sports li ġġieldu u finalment rebħu battalji legali, indirizzaw il-konferenza u pparteċipaw f 'sessjoni ta' Q&A ('Mistoqsija u Tweġiba'). Fost l-atleti kien hemm l-għawwiem Spanjol tal-'long distance', David Meca-Medina, l-eks ċiklist Bruno Walrave, l-eks plejer tal-basketball Jyri Lehtonen, u l-plejers tal-futbol Olivier Bernard, George Eastham, Zahir Belounis u Jean-Marc Bosman. Il-15 ta' Diċembru tal- 1995 hija d-data ta' meta ġiet fis-seħħ ir-regola 'Bosman'. Il-Qorti tal- Ġustizzja Ewropea kienet qatgħatha favur il-plejer Belġjan Jean-Marc Bosman sabiex il-plejer ikun jista' jingħaqad ma' klabb ieħor minġħajr ebda ħlas wara li jkun intemmlu l-kuntratt mat-tim preċedenti. Din ir-regola affettwat mhux biss lill-plejers tal-futbol, iżda kienet ta' benefiċċju wkoll għall-atleti kollha. Waqt din iċ-ċelebrazzjoni għall-anniversarju tal- FIFPro u tar-regola Bosman, il-FIFPro faħħret il-plejers tal-futbol kif ukoll atleti oħra li ħadu azzjoni legali kontra r-regoli tal-isport rispettiv għall-benefiċċju personali u ta' ħaddieħor, fejn ħafna mid-drabi jitfgħu f 'riskju il-karrieri professjonali tagħhom. Dawn il-leġġendi legali għenu sabiex itejbu d-drittijiet tagħhom u ta' sħabhom l-atleti fl-isport. Il-familja kollha ta' FIFPro minn madwar id-dinja 'Irritornajt ma' Mosta għax nemmen fil-kowċ u l-kumitat' - Lyden Micallef Fil-jieM li għaddew tħabbar kif il-plejer żagħżugħ, lyden Micallef, ġie trasferit ma' Mosta mingħand pembroke athleta. niftakru li dan l-istess plejer beda l-karriera tiegħu fil-futbol propju ma' Mosta, u għalhekk huwa se jkun qed jerġa' jirritorna magħhom f 'nofs dan l-istaġun 2015/16. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' lyden Micallef innifsu, fejn intalab il-kummenti tiegħu dwar kif qed iħares lejn dan ir-ritorn tiegħu ma' Mosta, immexxija mill-kowċ ferm ħabrieki ivan Zammit. Min-naħa tiegħu, hu qal li, "Bħala esperjenza mal-Mosta, kemm fil-preżent, kif ukoll fil-passat, minn dejjem kont għal qalbi magħhom. Bdejt nilgħab mal-Blues ta' età żgħira fin-Nursery tagħhom, u ta' 19-il sena ħadt deċiżjoni li nieħu l-opportunità li mmur nittrenja u nilgħab ma' klabbs oħra, ħaġa li għenitni biex inkompli nitgħallem u niżviluppa l-abbiltajiet tiegħi fil-futbol. Għal dak iż-żmien, din kienet l-aħjar deċiżjoni li stajt nieħu fil-karriera tiegħi. Id-deċiżjoni li ħadt biex nirritorna ma' Mosta kienet għax nemmen bis-sħiħ fil- kowċ preżenti, Ivan Zammit, u anki fil-kumitat. Nemmen ukoll li tabilħaqq, nista' nkompli nespandi bit-tagħlim u t-taħriġ li huma joffru," temm jgħid Lyden Micallef. Lyden Micallef, il-president George Galea, it-team manager Trevor Fenech u l-isponsors Peter Caruana u Dennis Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016