Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 29 Kompla l-istaġun tal- ħolm ta' leicester City hekk kit ilbieraħ huma kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika meta ġewwa darhom fil-King power Stadium għelbu lil Stoke City bl- iskor ta' 3-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Daniel Drinkwater, Jamie Vardu u Jose leonardo Ulloa. Huma issa jinsabu fl-ewwel post b'47 punt, tliet punti vantaġġ fuq arsenal, li jinsabu fit- tieni post iżda għandhom logħba inqas hekk kif ikunu mpenjati propju llum ġewwa darhom fil- 5pm fl-Emirates Stadium fil-partitissima kontra Chelsea. Sorpriża kbira waslet f 'Old Trafford minn Manchester United ġewwa darhom f 'dan il-grawnd, hekk kif ir-Red Devils sfaw megħluba bl-iskor minimu ta' 1-0 mit-tim fuq il-karta inferjuri ta' Southampton, bil-gowl uniku għas-Saints jasal minn Charlie Austin, tard fil-logħba, eżattament fis- 87 minuta. Tottenham Hotspur barra minn darhom dawru telfa f 'rebħa, meta għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 3-1, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Harry Kane, Dele Alli u Nacer Chadli. Dan għalkemm kienu propju Crystal Palace, li fetħu l-iskor permezz ta' awto- gowl tal-plejer tal-Ispurs, Jan Verthongen, man-nofs siegħa logħob. Liverpool barra minn darhom kisbu rebħa tassew drammatika ta' 5-4 kontra Norwich City, bil- ħames gowls għar-Reds jaslu minn doppjetta ta' Roberto Firmino u gowls minn Jordan Henderson, James Milner u Adam Lallana, b'dan tal-aħħar jirnexxielu jiskorja l-gowl tar-rebħa propju fid- 90 minuta. Min-naħa l-oħra, l-erba' gowls għal Norwich City waslu minn Dieumerci Mbokani, Steven Naismith, Sebastien Bassong u penalty ta' Wesley Hoolahan. Watford ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Newcastle United bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Odion Ighalo u Craig Cathcart. Min- naħa l-oħra, il-gowl uniku għall-Magpies wasal minn Jamaal Lascelles fil-71 minuta. Sunderland u AFC Bournemouth temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, b'AFC Bournemouth ikunu huma li jiftħu l-iskor fit-13-il minuta permezz ta' Benik Afobe, waqt li Sunderland ġabu l-iskor indaqs fil- 45 minuta permezz ta' Patrick van Aanholt. F'parità wkoll, iżda din id-darba ta' mingħajr gowls intemm il-konfront bejn West Bromwich Albion u Aston Villa. Sports Leicester City jikkonsolidaw posthom fil-quċċata u Manchester United megħluba f 'Old Trafford RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Norwich City vs Liverpool 4-5 Crystal Palace vs Tottenham H. 1-3 Leicester City vs Stoke City 3-0 Manchester U vs Southampton 0-1 Sunderland vs AFC Bournemouth1-1 Watford vs Newcastle United 2-1 WBA vs Aston Villa 0-0 Il-Ħadd 24 ta' Jannar 14:30 Everton vs Swansea C. 17:00 Arsenal vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 24 ta' Jannar 12:30 Fiorentina vs Torino 15:00 Hellas Verona vs Genoa 15:00 Inter vs Carpi 15:00 Lazio vs ChievoVerona 15:00 Palermo vs Udinese 15:00 Sampdoria vs Napoli 15:00 Sassuolo vs Bologna 20:45 Juventus vs Roma Il-plejer ta' Leicester City Danny Drinkwater jiċċelebra wara l-gowl kontra Stoke City Lallana jiskurja il-ħames gowl għal Liverpool fil-loghba kontra Norwich

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016