Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet In-novella ta' Inga Boissevain l-ħwienet ewlenin għall-prezz ta' €8.99 Riżenja li dgħajfitu llum imma tista' ssaħħu għall-elezzjoni Tkompli minn paġna 6 LATTEĠĠJAMENT ta' xufier ta' Ministru u l-katina ta' avvenimenti li ġew wara, wasslu biex Mallia jkun imġiegħel jirreżenja. Fil-każ ta' Falzon jidher li kien hemm s-sehem ta' Clint Scerri magħruf, jekk ma tridx, bħala l-'King tal- Lands'. X'sehem kien ma nafux fiċ-ċar u meta l-gazzetta MaltaToday kienet għamel kuntatt miegħu qal li ma jiftakarx. Li hu ċert huwa li dan Scerri kien personalment ħa lil Gaffarena għand il-Lands. Hawn hu l-iżball ta' wħud min-nies madwar il-Ministri. Iridu l-impjieg u l-paga u dak in-naqra poter iżda mbagħad ma jridux iġorru responsabbiltà. Jeħtieġ li tidħol kultura u kodiċi strett mhux biss għall-Ministri preżenti u prospettivi iżda wkoll għal dawk li l-Ministri jimpjegaw magħhom. Ma jistax ikun li jibqa' jkollna każi ta' nies li jaħsbu li għax huma qrib persuna ta' poter allura jistgħu jieħdu l-liġi b'idejhom jew jgħawġu r-regoli kif jaqbel lilhom. Għax wara kollox, meta niġu għas-si u n-no dawn il-cowboys kollha jmorru jinħbew. The buck stops with the Minister Michael Falzon qal li hu qatt ma ndaħal fil-proċess ta' esproprijazzjoni u r-rapport fil-fatt dan ma jmerihx, anke jekk fil-fatt jgħid li ffaċilita l-esproprijazzjoni. Il-Prim Ministru wkoll qal li m'għandu ebda raġuni għax ma jemminx dan. Issa jekk Falzon hux qed jgħid il-verità jew le, mhux se naħilfu għalih aħna. Imma anke fuq dak li hu ċert, f 'dan il-każ jibqa' fatt li f 'kariga bħal din ma tistax tifred il-politiku mid- Dipartiment li hu jmexxi, speċjalment jekk hu stess ikun qed japprova ftehimiet li jkunu qed isiru f 'dak id- dipartiment. Jidher li f 'dawn is-sentejn u nofs bdiet dieħla bil-fatti l-idea li 'the buck stops with the Minister'. Għax Ministru huwa responsabbli għal Ministeru sħiħ u allura għall-mod kif ikunu amministrati d-dipartimenti taħtu, ma jistax jippretendi li jieħu l-ġieħ meta jixraqlu imma mbagħad jaħrab mir- responsabilitajiet meta jiġru affarijiet evidentement ħżiena u detrimentali għall-pajjiż għax ma jkunx għamilhom hu. Fil-każ ta' Falzon, minħabba l-firma tiegħu li tat l-approvazzjoni finali lill- esproprijazzjoni ta' Gaffarena, ir-responsabbiltà hija waħda ċara. Dgħajfitu lill-Gvern Laburista din is-saga? Indubjament iva. U dgħajfitu għax ried hu. Għalfejn, meta kien ċar li jkun xi jkun l-eżitu tar- rapport, Falzon xorta kien responsabbli għax iffirma għall-esproprijazzjoni, ma rreżenjax minn qabel? Għalfejn tħalla dell ta' dubju fuq il-Gvern, li minnha l-PN għamel festa? Kemm kienet tkun anqas ta' deni għall- Gvern kieku Falzon tħalla jiġġieled ismu barra mill- amministrazzjoni tal-pajjiż. Il-Prim Ministru, anke jekk fl-aħħar ħa d-deċiżjoni li kellu jieħu, deher indeċiżiv. Kien jidher iktar assertiv kieku staqsa għar-riżenja ta' Falzon sitt xhur ilu u beda jmexxi r-riformi fil-Lands mill-ewwel. Muscat jeħtieġ li jifhem, jew xi ħadd ifhiemu li minkejja li fl-aħħar, xorta jista' jħoss li politikament ħareġ rebbieħ, sakemm wasal għal din ir-rebħa tilef ftit ieħor mill-immaġini impekkabbli tiegħu. L-istess immaġini li sparatu 'l fuq fil- popolarità. Kieku l-każ kollu inqatatalu rasu sitt xhur ilu, kien isalva lill-Gvern Laburista minn xhur sħaħ ta' imbarazzament. Il-każ Falzon se jaffetwa fil- mument tal-prova? Le, mhux neċessarjament. Fil-fatt, meta tasal elezzjoni ġenerali oħra u f 'xi dibattittu l-Kap tal-Oppożizzjoni jfakkar lill-Prim Ministru Muscat dwar il-każ Falzon, jista' jkun li jkollu l-lussu jirrispondih b'fatti. Muscat tal-2018 jista' jkollu riżenja u riforma x'juża biex jirribatti bil-fatti l-wegħdi, mibnija fuq passat dubjuż, tal-PN għal governanza aħjar. Jiġifieri jkun għaqli li l-PN ma jdoqqx trombi u ma jkunx trijonfalista wisq. Jekk Muscat se jirnexxilu jibdel Dipartiment li kien sar qisu tal-'cash and carry' u fih jibda jġib naqra ordni, ikun għamel kisba kbira li tmur lil hinn mis-sodisfazzjon momentarju ta' dawk li jopponuh. "Minkejja li fl-aħħar, (Muscat) xorta jista' jħoss li politikament ħareġ rebbieħ, sakemm wasal għal din ir-rebħa tilef ftit ieħor mill-immaġini impekkabbli li kellu" "Muscat tal-2018 jista' jkollu riżenja u riforma x'juża biex jirribatti bil- fatti l-wegħdi tal- PN, mibnijin fuq passat dubjuż, għal governanza aħjar"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016