Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 3 Aħbarijiet Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jkomplu jitfgħu l-Armier f 'ħoġor xulxin Ryan Callus jirreferina għal Simon Busuttil u Leo Brincat iwaħħal fil-PN minn Albert Gauci Cunningham Kemm il-kelliem Nazzjonalista għall- Ambjent Ryan Callus kif ukoll il-ministru tal- Ambjent Leo Brincat ma xtaqux jidħlu f 'dettalji jew pjanijiet futuri tal- Oppożizzjoni jew tal-Gvern dwar l-Armier. minflok, tefgħu l-kwistjoni f 'ħoġor ħaddieħor, b'Callus jirreferi lill- ILLUm għar- risposti tal-Kap tal-PN Simon Busuttil lil din il-gazzetta. min-naħa tiegħu, Brincat irreferina għall-ftehimiet li dawk li għandhom kmamar fl-Armier laħqu ma' Gvernijiet Nazzjonalisti. L-ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lil Ryan Callus fid-dawl tal-istqarrija ta' Busuttil li minkejja li wiegħed li ma jżommx ma' ftehimiet passati Nazzjonalisti, xorta ma kienx lest jikkumenta dwar x'jagħmel hu kieku jkun Prim Ministru. Din il- gazzetta staqsiet lil Callus xi jħoss, bħala kelliem tal-Ambjent tal-PN, li hija s-soluzzjoni għall- illegalitajiet fl-Armier. Staqsejna wkoll lil Callus dawn il- mistoqsijiet, "Tħoss li tkun soluzzjoni ġusta jekk il-kmamar mibnijin mingħajr rikonoxximent politiku, coè wara l-1992, jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid? Jew tħoss li hija iktar ġusta jekk jitwaqqgħu u l-postijiet fejn huma mibnijin jerġa' jiġi fl-istat naturali tiegħu?" L-ILLUM staqsa wkoll lil Callus dan li ġej, "Apparti l-Armier x'taħseb li għandha tkun is-soluzzjoni ta' postijiet simili f 'żoni bħal San Tumas u l-Qawra? Taħseb li dawk il-kmamar jew boathouses li mhumiex mibnijin skont il-liġi għandhom jitneħħew?" Għal dan kollu, Callus kellu risposta qasira u xotta ħafna u rrefera lill-ILLUM għal dak li qal il-Kap tal-Partit li jappartjeni. "Dwar dan is-suġġett, diġà tkellem il-Kap tal-Partit tiegħi Simon Busuttil u għalhekk nirreferik għal dak li qal, kemm f 'numru ta' intervisti, kif ukoll fi tweġibiet lill-istess ġurnal li int editur tiegħu." F'artiklu ppublikat fl- ILLUM tal-10 ta' Jannar 2016 Busuttil ma riedx iżid mal-istqarrijiet pubbliċi tiegħu dwar l-Armier. Il-PN qal biss li Busuttil qed jistenna "r-reazzjoni tal-Gvern u f 'dan l-istadju m'għandux aktar xi jżid ma dak li diġà ntqal." Il-Kap Nazzjonalista ma tax dettalji dwar x'jagħmel il-partit li jmexxi bil- kmamar fl-Armier kieku jkun fil-Gvern. Il-ministru Brincat jirreferina għall- ftehimiet passati Nazzjonalisti L-ILLUM għamel numru ta' mistoqsijiet lill- Ministru tal-Ambjent Leo Brincat ukoll, imma anke f 'dan il-każ, din il- gazzetta la ngħatat dettalji u lanqas pjani ċari għall- Armier jew postijiet oħrajn simili. L-ILLUM staqsiet lil Brincat, bħala Ministru tal-Ambjent dan li ġej, "X'inhu l-pjan tal-Gvern preżenti għall-Armier? Li jibqa' kif inhu? Li jwaqqa' l-kmamar? Jew inkella li jirregolarizzahom? U jekk se jirregolarizzahom kif beħsiebu jagħmel dan?" L-ILLUM staqsiet ukoll jekk huwa minnu li hemm pjani biex dawn il-kmamar jitwaqqgħu u jinbnew mill- ġdid. Għal , Brincat wieġeb biss, "li jrid ikun hemm soluzzjonijiet li jindirizzaw l-illegalitajiet li ilhom iseħħu snin twal." F'dan il-punt il-Ministru Brincat fakkar li s-soluzzjonijiet, "iridu jieħdu in kunsiderazzjoni l-ftehimiet li daħlet għalihom l-amministrazzjoni preċedenti." Ryan Callus Leo Brincat Il-Gozo Channel tħabbar profitt ta' aktar minn €1 miljun IL-KUmPANIjA Gozo Channel ilbieraħ ħabbret li matul is-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2015 għamlet profitt ta' €1,014,025. "Din il-figura turi l-impenn tat-tmexxija tal-Gozo Channel biex tindirizza s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li kienet tinsab fiha l-kumpanija fl- 2012," sostna joe Cordina, chairman tal-Gozo Channel. Fl-2012 il-Gozo Channel spiċċat is-sena b'telf ta' €1.6 miljun. Din il-figura tnaqqset għal €1.3 miljun fl-2013. Filwaqt li s-sena li għaddiet, għall-ewwel darba fl-istorja riċenti, il-Gozo Channel irreġistrat l-ewwel profitti tagħha. "Il-kumpanija tinsab kommessa li tkompli tibni fuq dawn ir-riżultati pożittivi, filwaqt li tkompli bl-impenn tagħha biex toffri servizz lejn il-poplu Malti u Għawdxi u t-turisti li jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer," sostna ċ-chairman tal-Gozo Channel. Raġel jindarab gravi wara li jintlaqat minn karozza RAġeL ta' 84 sena minn Tas-Sliema għal xi raġuni safa' milqut minn vettura tat-tip Seat Ibiza li kienet misjuqa minn raġel ta' 55 sena mill-Birgu. L-inċident seħħ fi Triq Santa Marija, Tas-Sliema għall-ħabta ta' 6:45 ta' dalgħodu. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill- vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qieghed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi iżda ma jinsabx fil- periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Tkabbir ta' Prodotti Organiċi Fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari tal-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qalet li l-postijiet fejn qed jitkabru prodotti organiċi ċertifikati huma Raħal Ġdid (għeneb); Ħal Qormi (għeneb għall- inbid); Ħal Tarxien (dwieli, ħxejjex għall-ikel, prodotti ortikulturali, frott tal-għadma, u żebbuġ); il-Fawwara (żebbuġ); il-Mellieħa (patata, ħjar, kaboċċi, bettiegħ, basal, bżar aħdar, qargħa ħamra, tadam, qargħa bagħli, qamħirrun, brunġiel, ħass, frawli, karrotti, karfus, tursin, piżelli, tin, għeneb, rummien u tut); l-Imġarr (għeneb għall- inbid, għeneb tal-mejda, frott tal-għadma, frott taċ-ċitru, rummien, tut, tin, żebbuġ, ħaxix tal-ikel, ħwawar, ħaxix għall-għalf, bajtar tax-xewk, sagħtar, klin, kappar u ħarrub); il-Qala (żebbuġ tal-mejda, żebbuġ għaż-żejt, legumi, ħwawar, u l-patata); il-Marsa (żebbuġ għaż-żejt, żebbuġ tal- mejda, ħwawar varji, rukola, basal, tewm, aloe vera, lumi, ħawħ, bambinella, għajnbaqar u għeneb għall-inbid).