Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
X'ifisser il-futbol għalik? Il-futbol huwa kollox għalija. Il-fatt li nkun nista' nitkellem fuq il-futbol ma' xi ħadd matul il-ġurnata kollha jogħġobni u jemozzjonani ferm. Meta ddebuttajt b'mod professjonali fil-futbol? Kelli biss 16-il sena meta ddebuttajt fis-Serie A ma' Cagliari, u minn dakinhar 'l hawn bl-ikbar umiltà ngħid li ma kien hemm l-ebda plejer li rnexxielu jiddebutta ma' dan it-tim meta kellu din l-età żgħira. Kien l-20 ta' Settembru tal-1998 meta lgħabt ma' Cagliari fi Stadio delle Alpi, f 'Turin. Din il-partita għadni niftakarha qisu kien ilbieraħ, għax mhux faċli tinsa ċerti ġranet malajr. Biex ngħidlek il-verità, nistqarr li minħabba li kont għadni verament żgħir, meta ddebuttajt ma' Cagliari forsi ma kontx naf eżatt xi tfisser għal plejer li tiddebutta ma' tim mis-Serie A ta' dik l-età. Ta' 17-il sena tlaqt lil Cagliari biex ingħaqadt ma' Siena, fejn ħadt miegħi bagalja mimlija ħolmiet u tamiet, iżda wkoll xi demgħa ta' nostalġija għax kont ħallejt lill-familja tiegħi, li kienet tgħix propju f 'Cagliari f 'Sardinja. Kif qed issibha l-ħajja f 'Malta? Bħalissa qed ngħix Malta f 'Tas-Sliema mal-mara tiegħi u ż-żewġ uliedi. Hawnhekk wieħed jgħix stil tal-ħajja tajjeb ħafna, iżda l-Italja huwa dejjem pajjiżi. Għall-ewwel darba sa minn meta kelli 16-il sena, qattajt għeluq snini li kien fis-7 ta' Jannar flimkien mal-ġenituri tiegħi li kienu Malta, kif ukoll mal-familja kollha tiegħi. Kif tiddeskrivi x-xogħol ta' futboler? Ix-xogħol ta' futboler huwa wieħed fantastiku u meravilljuż, u ppermettieli nivjaġġa ħafna u nilħaq ċerta stabbiltà ekonomika, iżda mhux dejjem kienet faċli speċjalment minħabba ċerti injuries li sofrejt l-aktar f 'irkoppti u ċerti spostamenti minn post għall-ieħor. M'hemmx dubju li l-iktar tim li miegħu ksibt suċċess kien dak ta' Parma fis-Serie A. Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim, u x'post għandha f 'qalbek il-belt ta' Parma fl-Italja? Għandi ħafna xi nrodd lura kemm lill-belt ta' Parma li nqisha bħala t-tieni dar tiegħi għax meta mmur hemmhekk inħossni ferm milqugħ u maħbub, kif ukoll lit-tim ta' Parma. L-ewwel nett f 'Parma twieldet it-tifla tiegħi u għalhekk hija belt li se nibqa' nġorr dejjem f 'qalbi. Imbagħad mil- lat ta' futbol, it-tim ta' Parma kien fundamentali għalija. Kont plejer żagħżugħ ħafna meta ġejt ingaġġat minn Parma, iżda mill-bidu ingħatajt l-ispazju u l-fiduċja assoluta mill-kowċ ta' dak iż-żmien, fejn fost l-oħrajn lgħabt logħbiet importanti fosthom dawk mit-Tazza UEFA. Ingħaqadt ma' Parma meta kont għadni tifel u tlaqthom bħala raġel. Kont plejer importanti tat-tim, xi ħaġa li kienet tagħmilni ferm kburi. Għaliex kont tlaqt minn ma' Parma? Tlaqt lil Parma b'ċertu dispjaċir. Dan għax ma ridtx inħalli lil Parma, iżda soffrejt minn ħafna injuries speċjalment fl-irkoppa, u li ma kontx aċċettajt psikoloġikament. Din kienet xi ħaġa ferm diffiċli għalija. Dan kont diġà għaddejt minnu fiż-żmien qasir li fih kont nilgħab ma' Cagliari, fejn li kieku ma kienx għall-injuries li sofrejt ma' dan il-klabb, kieku ninsab persważ li kien ikolli esperjenza aħjar magħhom dan il-klabb. Fil-karriera tiegħi għamilt sitt operazzjonijiet maġġuri fl-irkoppa, li wasslu biex jien nirtira qabel il-plejers sħabi mill-futbol. Niġu issa għall-esperjenza ferm pożittiva li kellek mat-tim ta' Montreal fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti, kif ukoll l-istil ta' ħajja tal-belt kbira ta' Montreal fil-Kanada, iddeskrivihulna. Dan huwa post li n-nies li jgħixu fih għandhom moħħ ferm miftuħ. Bħalma għidt għal Malta, dan huwa wkoll post ideali, li wieħed jgħix fih, fejn fost l-oħrajn, twieldet ukoll it-tifla tiegħi. Xi ħaġa li għamlitha iktar faċli kemm għalija kif ukoll għall-familja tiegħi, biex nintegra iktar f 'dan it-tim kien il- fatt li ma' Montreal kien hemm jilagħbu ħafna plejers Taljani fosthom Marco Di Vaio, Ferrari, Corradi, Paponi, iżda l-iktar fosthom Alessandro Nesta, li llum huwa l-kowċ ta' dan it-tim. Dan huwa ħabib kbir tiegħi fejn inżommu kuntatt mill-qrib ma' xulxin, u fil-fatt f 'April li ġej, se nkun qed inqatta' xi jiem għandu f 'Montreal, fejn se nkun qed insegwi xi sessjonijiet ta' taħriġ tiegħu mal-iskwadra ta' Miami. Kulħadd jaf li Nesta kien l-aqwa difensur fid-dinja, iżda forsi ftit jafu kemm dan l-eks plejer ta' klassi mondjali, huwa persuna tassew umli. Montreal jimmilitaw fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti, fejn hemmhekk il-futbol jirrappreżenta xow u l-plejers involuti fil-grawnd qishom atturi fuq il-palk. Hemmhekk m'hemmx ġurnalisti jew plejers sħabek jew anki dawk avversarji li lesti li jikkummentaw u jikkritawk għal kull pass li tagħmel. Altru minn hekk. Il-partitarji dejjem japplawduk, anki jekk il-partita sfortunatament tkun marret ħażin għat-tim tagħhom. Hekk l-esperjenza li kelli ma' Montreal FC għallmitni bis-sħiħ napprezza dan l-aspett tal- futbol, li qabel fl-esperjenza li kelli fl-Italja qatt ma kont ikkunsidrajtu. Kelli xi ftit nostalġija tal-pressjoni u l-kontroversja li jeżistu fil-futbol Taljan, iżda hija verament xi ħaġa mill-isbaħ li plejer ikollu l-opportunità li jesperjenza futbol ta' dan it-tip fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, fil-Major Soccer League, is-suq tat-trasferimenti isir bħal kif isir fil-Kampjonat tal-basketball tal-NBA fl-Istati Uniti, hekk imsejjaħ 'Draft', li huwa xi ħaġa ferm affaxinanti u suġġestiv. Tista' tidher xi ħaġa mhux normali li taqbad ajruplan biex tivjaġġa għal sitt ġimgħat u mbagħad ikun hemm tliet sigħat ta' differenza fil-ħin, biex tivjaġġa mill-Kanada għall-Istati Uniti, sempliċiment biex tilgħab partita. Dan huwa fattur li jgħajjik ħafna iżda jirrapreżenta wkoll is-sabiħ li tilgħab il- futbol fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. Kif tiddeskrivi l-livell tal-futbol fil- Major Soccer League? Ħafna huma tal- fehma li bosta plejers imorru jilagħbu hemm fit-tmiem tal-karriera tagħhom fil-futbol, u biex jgħixu ħajja lussuża... Kuntrarju għal dak li jaħsbu ħafna segwaċi tal-futbol mondjali, il-livell fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti huwa wieħed ferm aċċettabbli u sodisfaċenti. Huwa minnu li hemm ħafna plejers f 'dan il-kampjonat li marru jilagħbu hemm għax kienu waslu fi tmiem tal-karriera tagħhom u biex jgħixu ċertu stil ta' ħajja. Iżda, hemm numru konsiderevoli ta' plejers li għandhom livell tajjeb ta' futbol, u nistqarr b'wiċċi minn quddiem li anki jekk tingħatalhom l-opportunità li jilagħbu futbol fl-ogħla livelli, per eżempju fl-Italja, dawn għandhom jaqtgħu figura tajba. Barra minn hekk, timijiet li jimmilitaw fil-Major Soccer League tgħallmu jinvestu fi plejers żgħażagħ. B'hekk żgur li l-livell tal- futbol f 'dan il-kampjonat se jkompli jikber tul il-medda tas-snin. Int li lgħabt fl-aqwa stadia fl-Italja, kif tqabbel l-istadia li fihom lgħabt f 'Malta u r-riżorsi li użajt f 'pajjiżna ma' dawk li użajt fis-Serie A fl-Italja? Għall-bidu meta bdejt nittrenja ma' Sliema Wanderers fil-grawnd tas- Siġġiewi, fejn fid-'dressing rooms', saħansitra lanqas kien hemm dawl adekwat, jien għidt hawn fejn ġejt? Iżda mbagħad iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar bdejt nidra, u m'hemmx dubju li fattur ewlieni li żammni nilgħab f 'Malta kien dak li jien għandi mħabba inspjegabbli u speċjali lejn il-futbol u nerġa' ngħidlek li l-futbol huwa ħajti. Per eżempju, bħalissa waqt li qed tintervistani fil-pjazza, jekk ittini ballun taċ-ċarruta jew tal-karti, u 34 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Fost l-aqwa plejers ta' Parma Cristian Antony Muscat Sports Andrea Pisanu - wieħed mill-aqwa plejers li nġieb jilgħab f'Malta. L-aktar li kiseb suċċess kien ma' Parma fejn bejn l-2004 u l-2010 kien wieħed mill-aqwa plejers tagħhom. Fl-istaġun 2014/15 lagħab ma' Sliema Wanderers f'pajjiżna, fejn tant kemm sar iħobb lil pajjiżna, għadu jgħix f'Malta. Għandu akkademja tal-futbol f'pajjiżna, l-'Andrea Pisanu Soccer Academy', u x-xewqa ewlenija tiegħu bħalissa hija dik li jkun kowċ ta' xi tim Malti. "Inħoss li wħud mill- eks kollegi tiegħi bħala plejers, saru kowċis malajr wisq. Nixtieq nibda bħala assistent kowċ jew mill-Ewwel Diviżjoni, u forsi nibqa' tiela' u nieħu t-tmun ta' xi tim mill-Premier"