Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
2 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 87 55 15 5 88 53 37 30 Chemimart Pharmacy Republic Street, 20/21, Triq ir-Repubblika, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappil- lan Mifsud, Ħamrun Fatima Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera holy Cross Pharmacy, 37, Triq il- Kbira, Birkirkara Brown'S Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il- Marina, Msida Potter Chemists, Triq Wilġa, Paceville, San Ġiljan Brown'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan St. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr Brown'S Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija KalKara Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara Polymer Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar BloSSomS Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa SaluS Pharmacy, 21, Misraħ ir-Re- pubblika, Żurrieq remedieS Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa (previously "St Nicholas Pharmacy"), Siġġiewi ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat taċ-ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria airPort Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa l-oGħlA: 15˚Ċ l-inQAS: 8˚Ċ teMp: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità: Tajba minbarra f 'xi ħalbiet tax- xita riħ: Majjistral forza 3, lokalment forza 3 għal 4 li jdur mill-Grigal u jsir lokalment forza 4, idur mill-Grieg it-Tramuntana forza 3 għal 4 mal- lejl bAħAr: Ħafif lokalment moderat għall- ewwel iMbAtt: Baxx mix-Xlokk li jsir baxx mil- Lbiċ l-oGħlA: 15˚Ċ l-inQAS: 8˚Ċ teMp: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir sabiħ b'xi ftit sħab Viżibilità: Tajba riħ: Girg it-Tramuntana forza 3 għal 4 li jdur mill-Punent Majjistru bAħAr: Ħafif li jsir ħafif għal moderat iMbAtt: Baxx mil-Lbiċ li jsir baxx mill-Grigal In-nisa, l-anzjani u l-Għawdxin l-aktar li jaraw TV Maġġoranza assoluta ta' dawk taħt l-20 sena ma jarawx TV minn albert Gauci Cunningham Studju magħmul mill- Awtorità tax-Xandir juri kif it-televiżjoni huwa l-aktar popolari man- nisa, mal-faxxa ta' nies li għandhom 'il fuq minn 71 sena u fost l-Għawdxin. Fil-fatt, mill-istess studju mpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra mill-Ministru Owen Bonnici, jirriżulta li 66% tal-Għawdxin li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ isegwu xi stazzjon tat-tV partikolari. Iktar minn żewġ persuni minn kull tlieta, jew 77% ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 71 sena qalu li jsegwu t-tV, filwaqt li kienu b'kollox 65.3% tan-nisa li qalu li jaraw it-tV. Dan jikkuntrasta bil- qawwi mal-faxex iktar żgħar fl-età, hekk kif 58.2% ta' dawk li għandhom bejn 21 u 30 sena qalu li ma jarawx televiżjoni u dawk li għandhom bejn 12 u 20 sena huma kważi maqsumin, b'51.5% jgħidu li ma jarawx TV u 48.4% jgħidu li jaraw. Id-differenzi huma wkoll ġeografiċi, tant li b'kuntrast mal-persentaġġ għoli ta' nies li jaraw TV u li jgħixu f 'Għawdex, huma biss 60% ta' dawk li joqogħdu fl-akwati ta' Tas Sliema, Gżira, San Ġiljan u Swieqi u li jsegwu xi stazzjon jew programm partikolari. In-nisa jaraw aktar TV mill-irġiel bl-istħarriġ tal- Awtorità tax-Xandir juri kif huma 50.6% tan-nisa li jsegwu mqabbel mat-48% tal-irġiel. B'kollox ir-riżultati juru kif in-numru ta' dawk li jsegwu t-televiżjoni għalkemm għadu għoli qabad it-triq tan-niżla. L-istudju juri tnaqqis konsiderevoli ta' 12.2% fit-telespettaturi meta tqabbel il-perjodu Ottubru- Diċembru tal-2015 mal- istess perjodu fl-2012. B'kollox, tliet snin ilu, kienu 74.4% dawk li qalu li jsegwu TV mqabbel mat- 62.2% fl-istess perjodu s-sena l-oħra. Dawk li stqarru li ma jarawx TV żdiedu minn 23.4% fl-2012 għal 37.8% fl-2015 matul il-perjodu msemmi, filwaqt li żdiedu minn 22.7% fil-perjodu April-Ġunju 2013 għal 37.5% fl-istess perjodu tal- 2014. "Huma 50.6% tan- nisa li jsegwu t-TV imqabbel mat-48% tal-irġiel" L-impatt tar-riżenja ta' Falzon fuq il-Gvern L-eżItu mir-rapport tal-NAO u l-każ Gaffarena, ir-riforma fid-dipartiment tal-artijiet u l-impatt fuq il-Gvern wara r-riżenja ta' Michael Falzon. Saviour Balzan janalizza dan kollu flimkien ma' Dr. Deborah Schembri, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni għall- Proċess Amministrattiv u Ryan Callus, Membru Parlamentari Nazzjonalista. F'Reporter, nhar it-Tnejn fl-10.05pm fuq TVM. ritratt - ray Attard is-Segretarju parlamentari l-ġdida Deborah Schembri għada fuq reporter