Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 31 Sports 'M'għandix dubju li flimkien se jirnexxielna nilħqu l-ambizzjonijiet ta' Pembroke Athleta' - Mano Micallef Fl-aħħar ġimgħat kien hemm diversi spekulazzjonijiet li l-eks plejer u captain ta' Mosta, Mano Micallef kien se jħalli lill-Blues biex jingħaqad ma' xi tim ieħor, hekk kif il-kuntratt tiegħu ma' dan it-tim kellu jintemm fi tmiem is-sena li għaddiet. Fost dawn it-timijiet l-iktar tim li kien qed jissemma' kien Pembroke athleta. U kien propju ma' dan it-tim li flimkien ma' Tarxien Rainbows, jista' jitqies bħala r-rivelazzjoni tal-istaġun, li Mano Micallef ingħaqad fil-jiem li għaddew. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Mano Micallef innifsu ġaladarba din l-aħbar ħarġet fuq il-mezzi tax-xandir, fejn f 'kummenti li għaddielna huwa saħaq li, "Hekk kif il-kuntratt tiegħu ma' Mosta ntemm, nixtieq ngħaddi xi riflessjonjiet fuq l-erba' snin pożittivi li kelli mal- Blues, kemm fuq bażi personali kif ukoll fuq dik professjonali. Kien unur għalija li mmexxi lil dan it-tim bħala captain, bl-għajnuna ferm apprezzata tal- plejers sħabi, il-kowċis u l-persuni l-oħra kollha nvoluti u li ħadmu qatigħ għall-akbar ġid tal-klabb ta' Mosta. Dawn l-aħħar erba' snin għalija bil-flokk ta' Mosta kienu ta' suċċess kbir, bil-qofol jintlaħaq propju żewġ staġuni ilu, meta rnexxielna nispiċċaw fir- raba' post tal- Kampjonat BOV Premier. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil Pawlu u Emanuel Buhagiar, talli tawni din l-opportunità li nilgħab ma' Mosta, kif ukoll lill-plejers u lill-partitarji kollha tas-sapport ma jaqta' xejn tagħhom. Issa li bdiet din l-avventura ġdida tiegħi ma' Pembroke Athleta, nixtieq nirringrazzja lill- president ta' dan il-klabb, Alex Calleja, lill-kowċ Winston Muscat, u lit- team manager Jason Vella, talli wrew interess kbir fija u talli laqgħuni fit- tim tagħhom b'idejhom miftuħa. M'għandix dubju li flimkien mal-plejers il-ġodda li se nkun qed nilgħab magħhom kif ukoll mal-istaff tekniku, se jirnexxielna nilħqu l-ambizzjonijiet ta' Pembroke Athleta," temm jgħid Mano Micallef. Tajjeb ngħidu li Mano Micallef diġà rnexxielu jsib ix-xibka għal Pembroke Athleta fil-konfront kontra Naxxar Lions, bit-tim immexxi minn Winston Muscat joħroġ rebbieħ bl- iskor ta' 2-0. Mano Micallef bil-flokk tat-tim il-ġdid tiegħu, Pembroke Athleta Illum ikomplu t-Trials tal-ASMK f 'Ta' Qali IlluM, l-aSMK, se tkompli bil-kampjonati aSMK Pasta-Poiatti 2015/2016 fejn is-sezzjoni muturi Trials se tkun qed torganizza t-tielet attività tal-istaġun li se ssir fil- Kumpless Sportiv tal- assoċjazzjoni f 'Ta'Qali. l-attività tibda fid-9am u d-dħul ikun bla ħlas. Intant, meta nagħtu ħarsa lejn il-klassifika tat-Trials s'issa nsibu lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas li qed imexxi l-klassifika ta' Klassi A b'40 punt segwit minn Rowen Bonello fuq mutur Beta b'34 punt. Fit- tielet pożizzjoni nsibu lil Gary Debono fuq mutur Sherco bi 30 punt filwaqt li r-raba' post bħalissa huwa okkupat minn Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas b'26 punt. Fil Klassi B, Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas jinsab fil- quċċata tal-klassifika waqt li dan jinsab segwit minn Ian Scicluna fuq mutur Gas Gas b'34 punt. Nhar il-Ħadd li għadda, l-ASMK, kellha tħassar l-attivitajiet kollha li kellhom isiru f 'Ta' Qali bil-Karozzi Autocross u l-muturi Motocross minħabba l-maltemp li għamel matul il-lejl. L-Amministrazzjoni ħabbret li din l-attività issa mistennija ssir nhar il- Ħadd li ġej, bil-programm jibda fil-11am. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assocjazzjoni www.asmk. org.mt jew fuq il-paġni ta' facebook, bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@ asmk.org.mt. Robert Caruana u Ian Scicluna fuq Muturi Gas Gas President ġdid għall-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero WaQT il-laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret fl- aħħar jiem, Omar Busuttil inħatar bħala President ġdid tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero. Hu ġie nominat mill-eks President Joseph F. Borg, li rriżenja għal raġunijiet familjari, u kien approvat b'mod unanimu minn dawk kollha preżenti. Fl-ewwel diskors tiegħu, Omar Busuttil wera l-apprezzament tiegħu għall-fiduċja mill-membri kollha tal-Kumitat u qal li jinsab onorat li se jmexxi grupp magħqud. Fil-fatt, huwa rrimarka li l-membri tal-Kumitat li rriżenjaw riċentament kollha kienu preżenti għal din il-laqgħa u se jibqgħu jgħinu fil-ħidma tal-klabb. Kompla li minkejja l-ħatra tiegħu, il-klabb xorta waħda jibqa' tal-membri u wiegħed li se jaħdem b'umilta' biex il- klabb jimxi mal-'motto' tiegħu li jkun 'Klabb mill-membru għall-membru'. Matul l-istess laqgħa, Marlon Hili, inħatar Viċi-President tal-klabb waqt li Jean Borg se jibqa' jżomm il-kariga ta' Segretarju. Dan filwaqt li David Baldacchino, issa se jokkupa l-kariga ta' Teżorier fuq nomina ta' Max Zammit, li se jkun qed jaħdem bis-sħiħ fil-kumitat bi rwol differenti. Peter Paul Cassar ħa l-kariga ta' Segretarju Internazzjonali. Fil-kumitat ġie approvat John Sant bħala membru. Intant, Joseph F. Borg u James Mizzi, ġew approvati bħala Presidenti Onorarji u issa jingħaqdu ma' George Camilleri. Il-president il-ġdid, Omar Busuttil flimkien mal-eks president tal-istess klabb, Joseph Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016