Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
minn Mark Borg DIN ix-xitwa damet ftit ma waslet ix-xita f 'pajjiżna. Għal bosta nies din mhux aħbar ħażina, anzi pjuttost jieħdu gost biha imma għall-bidwi dan jista' jfisser diżastru. Fil-fatt meta l-ILLUM marret sas-suq agrikolu f 'Ta' Qali u tkellmet mal-bdiewa dawn spjegaw kif għax-xhur li ġejjin il-konsumatur Malti se jesperjenza żieda fil-prezzijiet tal-ħaxix u frott lokali. Salvu Gauci, bidwi anzjan li għandu l-għalqa tiegħu fil-Manikata, qal li minħabba n-nuqqas ta' xita se jkun hemm ħafna inqas prodotti u għalhekk il-prezz għandu jogħla. George Agius, bidwi ieħor li jaħdem l-art fl-inħawi qrib tar-Rabat, qabel ma' Gauci dwar dan. Iżda huma fakkru wkoll kif il-bdiewa għandhom problema li hekk kif il-prezz jiżdied, dawn il-prodotti jiġu impurtati minn barra għal prezz irħas lill-konsumatur. Madankollu, il- konsumaturi jridu japprezzaw li l-prodott impurtat jintuża ħafna aktar bexx fuqu u dan jaf jikkontribwixxi għall-kanċer, qalilna Gauci. Agius qal li l-ilma li kien ippjana li juża fis-sajf, issa qed jużah fix-xitwa. Hekk kif jasal is-sajf, mhuwiex ċert li se jkun hemm biżżejjed ilma x'juża. Anke l-ftit xita li għamlet dan l-aħħar ma tantx għenet is-sitwazzjoni għax kienet akkumpanjata minn ħafna riħ li nixxef l-ilma qabel ma' dan kellu ċans jipperkola fil- ħamrija, sostna Agius. Joseph Fenech, bidwi ieħor minn Ħaż-Żabbar, qal li fil-każ tiegħu, minħabba n-nuqqas ta' ilma, ikollu jaħsad il-prodott qabel iż-żmien u jwasslu fuq is- suq xi xahar qabel. Dan iffisser li l-prodott ikun ta' daqs iżgħar min-normal u għalhekk dan ikollu jinbiegħ irħas. B'hekk, hu u bdiewa bħalu se jdaħħlu anqas flus. Fenech qal li mingħajr dubju, il-prodott Malti għandu togħma superjuri għall-prodott impurtat imma ħafna min-nies imorru għall-prezz u mhux neċessarjament għall-kwalità. Bħala eżempju hu semma li l-basal tagħna għandhom aktar ħruq minn dawk impurtati. Problemi kbar fis-settur u ftit għajnuna mill-Gvern Il-bdiewa li kellimna kollha qablu li hemm diversi problemi fis-settur u jidher li m'hemmx strateġija serja fuq kif dawn se jiġu indirizzati. L-ammont kbir ta' ġrieden hija problema li mhix tiġi indirizzata bis-serjetà mistħoqqa. Dawn mhux biss jattakkaw il-prodott imma jgerrmu wkoll il-pajpijiet tal-irrigazzjoni biex jaslu għall-ilma, bi spejjeż kbar għall-bdiewa, qalilna Agius. Il-kompetizzjoni mill- prodott barrani hija problema oħra li semmew il-bdiewa kollha li tkellimna magħhom. Fenech issuġġerixxa li l-awtoritajiet tas-saħħa jeżaminaw dawn il-prodotti impurtati biex jistabilixxu kemm fihom ammonti ta' bexx fuqhom u kif dan jista' jaffettwa saħħet il- konsumaturi. Fenech semma li d-Dipartiment tal- Agrikoltura jrid jieħu r-responsabbiltajiet tiegħu bis-serjetà. Il-bidwi qed jagħmel il-biċċa tiegħu iżda diffiċli għall-bdiewa Maltin jaħdmu fil-kundizzjonijiet ħarxa ta' pajjiżna u wkoll jikkompeti mal-prodott barrani, bis-sussidji kollha li l-bdiewa Ewropej jirċievu. Id- Dipartiment tal-Agrikoltura jrid jaċċerta li żbalji bħall- impurtar ta' żerriegħa tal- patata marida ma jirrepetux ruħhom għax dan ifisser telf kbir għall-bidwi li ma' jistax jesporta dan il-prodott, wieħed mill-ftit prodotti li għadhom jiġu esportati minn dan is-settur. Madankollu, l-akbar problema li qed jiffaċċja s-settur huwa li l-bdiewa li għandna llum huma kważi kollha anzjani. Iż-żagħżagħ m'għandhomx interess fil-biedja u Agius qal li ma tlumhomx it-tfal, għax ix-xogħol huwa iebes u ma jrendix ħafna qligħ. Għalhekk dawn qed ifittxu impjiegi oħra li jħallsu aħjar għal anqas taħbit. Hu qal li ma jafx x'se jiġri mill-biedja Maltija tletin sena oħra wara li nitilfu din il- ġenerazzjoni ta' bdiewa, li ħafna minnhom diġà qegħdin fis- sittinijiet. Fenech qal li grazzi għall-immigranti, il-bdiewa qed isibu min lest jaħdem l-għelieqi biex jitimgħu lill-Maltin bi prodott ġenwin. 'Dawn il-kaċċaturi huma arditi tal-għaġeb' - George Agius (bidwi) Agius qal li problema serja oħra hija l-attitudni ta' xi kaċċaturi li m'għandhom l-ebda rispett għar-raba'. "Dawn il-kaċċaturi huma arditi tal- għaġeb. Dawn jidħlu fir-raba' bil-klieb tagħhom u jgħaffġu l-prodott li l-bidwi kien qed ikabbar b'tant kura u paċenzja. Jekk ma jolqtukx waqt li tkun qed taħdem fl-għalqa, qed jimlew l-għelieqi tagħna biċ-ċomb," sostna George Agius. Huwa fatt magħruf li ċ-ċomb fil-ħamrija jaf ikun problema serja għal saħħet il- bniedem ukoll. Dawn jinkludu ħsara fil-moħħ u s-sistema nervuża, problemi fis-sistema riprodattiva u anke wġigħ fil- muskoli u l-ġogi. Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 9 Aħbarijiet SITUATION VACANT 1. Communication Manager - Full-time BirdLife Malta is seeking a full time Communication Manager to run the communications department. Duties include: Participate in the design & implementation of the organisation's strategy Supporting the various teams' communication needs Undertaking the running and participation of campaigns Manage the daily media tools such as social media Experience and qualifications required: At least 3 years experience in a similar job Graduate from a communication related degree Must be conversant in both Maltese and English Must have a high level of writing skills in both Maltese and English A meticulous and thorough nature, and able to work flexible hours 2. Office Administrator/PA - Full-time BirdLife Malta is seeking a full time office administrator/pa to undertake the day to day office duties and membership administration. Duties include: Answering the telephone and dealing with queries from the public Supporting the CEO with the administrative needs of the organisation Undertaking all membership administrative tasks Providing administrative assistance to key staff Manage volunteers under the European Voluntary Service Experience and qualifications required: At least 2 years experience in an administration job Computer Literate and meticulous by nature Highly developed organisational skills Maturity to handle a range of situations A meticulous and thorough nature Loyalty and a high level of confidentiality Those interested are asked to apply by sending a detailed CV by not later than Sunday 7th February 2016 by email on mark.sultana@birdlifemalta.org Prezzijiet ogħla jew prodott iżgħar minħabba n-nuqqas ta' xita