Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 F riska friska fil-kariga l-ġdida tagħha ta' Kummissarju għat-tfal, l-ILLUM iltaqgħet ma' Pauline Miceli sabiex tiddiskuti l-isfidi u l-kwistjonijiet l-iktar pressanti li ġġib magħha kariga bħal din, il- pjanijiet u l-viżjoni li hemm għal dan l-irwol fil-futur. Miceli għalkemm ilha biss ġranet fil-kariga, għandha esperjenza wiesgħa f 'oqsma li għandhom x'jaqsmu direttament jew indirettament mat-tfal, billi kienet edukatriċi għal bosta snin, waqt li ilha involuta fix-xandir għal żmien twil. Minħabba f 'hekk, Miceli titkellem b'passjoni fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw drittijiet ta' tfal u esperjenzi diffiċli li jgħaddu minnhom, u għalhekk temmen bis-sħiħ fis-salvagward jar ta' tali drittijiet fundamentali. Għalkemm din il-kariga ilha fis- seħħ sa mill-2003, mhux kulħadd jaf x'inhu eżattament l-irwol ta' din l-kummissjoni, u Miceli tispjega eżattament ix-xogħol propju ta' din il-kummissjoni, x'inhu. "Bħala kummissjoni, għandna l-obbligu li nħarsu d-drittijiet tat-tfal, li jkopru kull aspett tal-ħajja. U rridu naraw li s-servizzi kollha li jingħataw lit-tfal ta' kull età ikunu ta' livell u bl-ebda mod ma jkunu qed jinkisrulhom id-drittijiet tagħhom, bħal dak tal-espressjoni, kura medika eċċ, li aħna neħduhom 'for granted'. Fi kliem sempliċi, il- Kummissarju għandu jkun il-vuċi tat-tfal. Meta mistoqsija dwar kemm hu effettiv dan l-irwol fil-ġurnata tal-lum u jekk hux qed iħalli effett fil-ħajja tat-tfal, Miceli qalet li qed jinħass l-effett, anke fil- konsultazzjoni li ssir fir-rigward ta' diversi liġijiet li jikkonċernaw lit-tfal . "L-irwol tagħmlu effettiv kemm trid int," kompliet tgħid il-Kummissarju, "aħna l-entità rikonoxxuta li nitkellmu f 'isem it-tfal." Il-ħidma fil-prattika Il-Ministeri differenti huma responsabbli li jagħtu l-għajnuna li jkun hemm bżonn, partikolarment meta jidħlu t-tfal, però, ix-xogħol tal-Kummissjoni huwa wkoll li din l-istess għajnuna mhux biss tkun adekwata, imma wkoll tkun ta ċertu livell. Meta tkellmet dwan dan l-irwol, il-Kummissarju għat- tfal tat l-eżempju taċ-child care centres li għandhom l-għan li jħajru l-ġenituri, partikolarment l-ommijiet biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u dan permezz tas- servizz li qed jingħata b'xejn. F'dan il-każ, l-għan tal-Kummissjoni huwa li ssegwi u tara li dawn qed jaqdu l-ħtiġijiet kollha tat-tfal, inkluż dawk psikoloġiċi, biex it-tfal ma jintbagħtux hemm, biss biex iżommuhom sakemm isir il-ħin biex jerġgħu jiġbruhom il-ġenituri, imma wkoll jgħinuhom fl-iżvilupp tagħhom. Miceli kompliet tispjega kif meta tinġibdilhom l-attenzjoni li fil- qasam edukattiv jew f 'oqsma oħra li jaffettwaw lit-tfal, hemm xi każi li hemm xi servizzi li mhux qed jingħataw lit-tfal, il-Kummissjoni jeħtieġ li tinvestiga. Miceli żżid tgħid li, "fejn jidħlu t-tfal, il- kwistjonijiet ikunu pressanti, u ma tistax tħallihom jistennew sena għax f 'sena jinbidlu l-klassijiet, is- sistema, u jinbidel kollox." Fil-fatt, il-Kummissarju kompliet tistqarr li fil-ftit żmien li ilha f 'din il-kariga, diġà daħlu każijiet sabiex jiġbdulha l-attenzjoni dwar xi sitwazzjonijiet. Dan jixhed li hemm kuxjenza u għarfien tal-Kummissjoni fost in- nies, u jkunu huma stess li jitolbu l-għajnuna meta jkunu jeħtiġuha, u minn hemm isiru l-kuntatti neċessarji biex isiru jafu x'inhi eżattament is-sitwazzjoni u kif din tista' tittejjeb. Tfal mingħajr identità Iċ-cirkostanzi tal-lum huma differenti minn dawk ta' snin ilu, u l-fenomenu tal-immigrazzjoni huwa ikbar minn qatt qabel fir- reġjun tagħna. Dan iġib miegħu implikazzjonijiet serji anke fejn jidħlu ċerti drittijiet. "Għalkemm l-identità, hi l-aktar ħaġa bażika, f 'pajjiżna sfortunatament għandna sitwazzjonijiet fejn xi ftit tfal m'għandhomx iċ-certifikat tat- twelid, li jagħtihom l-identità." Miceli kompliet tispjega li fil-fatt, dwar din il-kwistjoni, diġà bdiet il-ħidma, u d-diskussjonijiet bdew iżda d-drittijiet ta' dawn it-tfal għadhom mhumiex imħarsa biżżejjed. Miceli tistqarr li din il-kwistjoni hi waħda li ġibditilha l-attenzjoni u se tkun qed taħdem partikolarment fuqha wara li laqatha b'mod speċjali l-ewwel każ li ġie quddiemha. Dwar it-tfal tal- immigranti, li tagħhom hi wkoll hi l-vuċi, Miceli qalet li, "dawn it-tfal huma intitolati għad-drittijiet tagħhom, imma hemm problema li qed iċaħħduhom mill-iktar drittijiet bażiċi." Kun għaqli online Kulħadd konxju li t-tfal, anke dawk f 'etajiet żgħar ħafna huma familjari ferm mat-teknoloġija, u f 'xi każi jkunu jafu jħaddmu sew l-aġġeġġi teknoloġiċi qabel ma jkunu jafu jitkellmu. F'każi oħra, l-adulti jkunu dawk li jitolbu l-għajnuna liż-żgħar u mhux bil- kontra meta jħabbtu wiċċhom ma' xi diffikultà. Però, dan kollu jġib miegħu sfidi u responsabbilitajiet kbar dwar dak li jkun qed isir fid- dinja virtwali meta huwa dejjem iktar diffiċli li tikkontrolla xi jkunu qed jagħmlu t-tfal. Dwar dan, il-Kummissarju għat-tfal uriet it-tħassib tagħha, waqt li tkellmet dwar kampanja li tinsab fis-seħħ bl-isem ta' 'Be Smart Online', ħalli jekk mhux dejjem possibbli li l-ġenituri jikkontrollaw dak li jagħmlu wliedhom online, it- tfal ikunu mdorrijin u mgħallma kif jagħmlu deċiżjonijiet aktar għaqlin fuq l-internet. F'din il- kampanja, irid jitwassal "il-proġett tal- 'Be smart online' huwa wieħed importanti ħafna għaliex it-tfal saru jafu jużaw l-internet qabel ma jkunu kapaċi jitkellmu." Fi kliem Miceli stess, "ma nistgħux inwaqqfu t-teknoloġija, imma rridu ngħallmu iktar lit-tfal u nwissuhom dwar il-perikli li hemm billi tgħinhom jagħrfu dak li hu tajjeb u dak li mhux." It-tfal u d-divertiment Skont il-liġi, kull persuna li għandha inqas minn 18-il sena hi minorenni, u għaldaqstant magħduda bħala tfal. Bla ebda dubju, kif tistqarr Miceli stess, il- problemi li jinqalgħu f 'żgħażagħ ta' 16-il sena, huma ferm differenti minn dawk ta' tfal ta' etajiet iżgħar. Hemmhekk, jidħlu problemi anke familjari minħabba li f 'dik l-età, "jieħdu riskji, u huma ribelli, b'mod speċjali mal-ġenituri tagħhom, li xorta waħda jibqgħu responsabbli għalihom minħabba l-età tagħhom." Dwar iż-żgħażagħ u l-postijiet ta' divertiment, Miceli qalet li bħala uffiċju, jridu jkunu proattivi u jippruvaw li sitwazzjoni jilqgħulha minn qabel. Fil-fatt, Pauline Miceli semmiet il-każ tat-taraġ ta Paceville ta' ftit xhur ilu, fejn hi kienet għadha mhix Kummissarju għat-tfal. "Dakinhar niftakar kont għidt, imma kif ? M'hemmx sigurtà u prekawzjonijiet?," kompliet tgħid Miceli. "Fil-fatt, irriżulta li l-awtorità għas-saħħa u sigurtà ma tkoprix dawn il-postijiet għaliex titratta biss il-postijiet tax-xogħol. Il-Kummissarju kompliet issostni li l-azzjoni għal dan, ittieħdet wara li seħħ il-każ. "Jekk tinnota, malli qam dak il-każ, il-ġuristizzjoni tal-awtorità se jkun iktar miftuħ biex ikopri kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà kullimkien." Minħabba f 'hekk, Miceli għamlitha punt li tkun viġilanti fl-irwol tagħha u "nibqa' b'għajnejja u widnejja miftuħin biex inkunu proattivi u ma nistennewx li tiġri xi ħaġa sabiex nieħdu azzjoni fuqha, imma naqbdu l-kwistjonijiet aħna biex noħorġu proposti minnhom." Dwar il-postijiet ta' divertiment u rikreazzjoni għat-tfal u adolexxenti, Miceli qalet kif fl-etajiet tal- adolexxenza, ħaġa essenzjali għat-tfajliet u l-ġuvintur hi li jibnu relazzjonijiet, u għaldaqstant għandu jkun hemm postijiet fejn jista' jsir dan. "Irid ikun hemm postijiet li jkunu 'young people friendly' anke fl-irħula stess. Xi Kunsilli Lokali joqogħdu jgorru li gruppi ta' żgħażagħ qed jiltaqgħu fil-bandli u hemm isir vandaliżmu Intervista 'Aħna rridu nkunu gwardjani Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com Tweġġagħni li s-soċjetà ma tħarisx lejn dan il-grupp tas-soċjetà b'iktar simpatija " " Irridu nkunu proattivi u ma nistennewx li tiġri xi ħaġa sabiex nieħdu azzjoni fuqha, imma naqbdu l-kwistjonijiet aħna biex noħorġu proposti minnhom " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016