Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
Tkompli minn paġna 1 FARRUGIA semmiet il-każ tal-eks Ministru Manwel Mallia fejn qalet li kieku dan irriżenja mill-ewwel, "kieku għadu hemm" filwaqt li reġgħet tenniet li, "f 'isem il-partit li Falzon tant iħobb, għamel sew li rriżenja, iżda dan ma jfissirx li hu korrott." "L-art hi l-ġid tal-poplu kollu," qalet Farrugia, "l-artijiet huma l-assi tal- poplu, il-ġid tan-nies u aħna obbligati li nkunu trasparenti u kontabbli ta' dak kollu li jsir f 'dan id-dipartiment. Irridu naraw li dan id-dipartiment ikun użat bl-aħjar mod favur in-nies kollha u mhux biex igawdu minnu xi wħud. Xi mkien, il-poplu qed ibati għax il-miljuni li jintilfu huma tiegħu." Farrugia kompliet tgħid li l-investigazzjoni wriet biċ-ċar li x-xogħol seta' sar aħjar u l-iżbalji li saru setgħu ma sarux. Il-Perit Robert Musumeci stqarr li fl-ebda parti mir- rapport ma ħareġ li kien hemm xi tip ta' korruzzjoni min-naħa ta' Falzon, "korruzzjoni hi definita bil- liġi. L-Artiklu 115 tal-Kodiċi kriminali jgħid eżattament meta hemm korruzzjoni. Fil-fatt, dan l-artiklu jgħid li korruzzjoni sseħħ meta individwu in konnessjoni mal-kariga jew impjieg tiegħu, jitlob, jirċievi jew jaċċetta għalih jew għal ħaddieħor xi lukru, bħal rigal jew wegħda jew offerta ta' xi rigal fi flus biex jagħmel dak li hu fid-dmir tiegħu li jagħmel jew agħar minn hekk jonqos li jagħmel dak li hu fid-dmir tiegħu li jagħmel. Imkien fir-rapport ma jissemma li Falzon seta' ħa xi ħaġa. Ir-rapport jitkellem dwar nuqqasijiet li fil-fehma tiegħi huma konsegwenza ta' sistema u liġijiet arkajki li Falzon wiret. Ma nistgħux ngħidu allura li Falzon huwa korrott." Tlabnih jgħidilna jekk jarax xi tip ta' korruzzjoni fil-każ li Michael Falzon iffirma l-esproprijazzjoni ta' artijiet lil Mark Gaffarena. "Fir-rapport m'hemm ebda indikazzjoni li Michael Falzon ħa xi vantaġġ. Falzon uża d-diskrezzjoni li tagħtih l-istess liġi abbażi tad- dokumenti u valutazzjonijiet li ppreżentawlu. Falzon ħallas għal sistema ta' soluzzjonijiet legali arkajki li wara kollox wiret mingħand ħaddieħor u li kien fil-proċess li jibda jirriforma." Fid-dawl ta' dan l-argument ta' Musumeci, l-ILLUM staqsietu biex jgħid għafejn allura Falzon ħass li xorta kellu jirreżenja. "Ma kellu l-ebda obbligu li jirriżenja. Kienet deċizjoni tiegħu li jien nirrispetta. Nassigurak li l-maġġoranza tal-poplu iddispjaċiha għalih. Michael huwa raġel tajjeb," temm jgħid. Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016| illum 5 Aħbarijiet 'Il-maġġoranza tal-poplu jiddispjaċiha għal Falzon' - Musumeci Indikazzjoni ċara li Falzon jista' jerġa' jkun kandidat tal-PL fl-2018 Il-President tal-PL jgħid li Falzon għad fadallu x'jo ri minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA r-rapport tal- Awditur Ġenerali u r-riżenja tiegħu minn Segretarju Parlamentari, Michael Falzon xorta jista' jerġa' jkun fuq il-lista ta' kandidati Laburisti għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fil-fatt, meta mistoqsi minn l-ILLUM dwar jekk il-Partit Laburista jaċċettax it-talba ta' Falzon biex jerġa' jikkontesta l-elezzjoni li jmiss, il-President tal-PL Daniel Josè Micallef wieġeb li ma jara "l-ebda raġuni għalfejn Falzon ma joħroġx għall-elezzjoni li jmiss. Għad fadallu ħafna x'jagħti lill-Partit." L-ILLUM għamlet ukoll kuntatt mad-Deputat Mexxej tal-PL Toni Abela li għalkemm saħaq li għadu prematur biex wieħed jitkellem dwar il- kandidatura ta' Falzon, fakkar kif "fil-passat kien hemm Ministri li rreżenjaw u xorta reġgħu ħarġu għall-elezzjoni." L-ILLUM staqsa lil Micallef jekk iħossx li Falzon ikkomprometta l-pożizzjoni politika tiegħu b'dak li ġara, bit-tweġiba pronta tkun "le għax irreżenja." Għalkemm din il- gazzetta fakkret lill-President tal- PL li Falzon iffirma biex setgħet issir l-esproprijazzjoni li minnha bbenifika Gaffarena, huwa sostna li jeħtieġ niddeċiedu kif se nirraġunaw fuq każi bħal dawn. "Meta politiku joqgħod fuq dak li jkunu qalu l-esperti ngħidu għax qabad u ffirma u jekk ma joqgħodx fuq l-esperti ngħidu li qed jindaħal." Ritratt: Ray Attard Il-President tal-PL Daniel Micallef Il-Kummissarju jiddefendi d-dewmien biex il-Pulizija tinvestiga l-każ ta' Gaffarena ILKUMMISSARJU tal-Pulizija Michael Cassar insista li l-Korp tal-Pulizija għamel sew li stenna r-rapport tal-Awditur Ġenerali qabel ma beda jinvestiga l-esproprijazzjoni mingħad Gaffarena. Cassar qal dan waqt il-programm tar-radju 'Għandi xi Ngħid' fejn insista wkoll li kull fajl relevanti mal-każ jinsab taħt sorveljanza tal- Pulizija. Meta l-preżentatur tal-programm Andrew Azzopardi staqsa lill- Kummissarju għalfejn ma bdietx investigazzjoni malli qamet il- kontroversja kollha xhur ilu, Cassar sostna li l-Awditur Ġenerali kellu riżorsi aħjar biex jinvestiga reat ekonomiku. "Inkun prużuntuż jekk ngħid li t-taqsima tar-reati ekonomiċi tal-Pulizija kien ikollu aktar riżorsi biex jinvestiga l-każ. Fil- fatt, Cassar saħaq li dan il- unit m'għandux biżżejjed nies jaħdmu miegħu anke jekk ir-reati ekonomiċi huma l-aktar forma ta' kriminalità prevalenti. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT