Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 PL: Il-PN qed jattakka lill-istituzzjonijiet Il-MInIstrI Owen Bonnici u Helena Dalli qalu li hemm tendenzi ċari tal-Partit nazzjonalista li jattakka l-istituzzjonijiet skont jekk id-deċiżjonijiet tagħhom taqbilx ma' dak li qed jgħid il-Pn jew le. Bonnici qal li simon Busuttil jew taqbel miegħu jew inkella jattakak. Il-Ministru tal-Ġustizzja fakkar li mhux l-ewwel darba li sar indħil mill- PN f 'xi inkjesta u għamel referenza għal dak li kienu qalu l-imħallfin li mexxew l-inkjesta indipendenti fil- każ tax-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, li qalu li kien hemm pressjoni politika li mhux xierqa. Bonnici saħaq li meta jkun hemm attakk fuq eks ġudikant, ikunu qed jattakkaw is-sentenzi kollha li huwa jkun ta. Min-naħa tagħha l-Ministru Helena Dalli qalet li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa biex isiru ċ-checks & balances meħtieġa u li d-demokrazija titlob li għalkemm tista' ma taqbilx ma' deċiżjoni ta' istituzzjoni Kostituzzjonali, qatt m'għandek tattaka l-integrità tagħha għax b'hekk tkun qed tfixkel il-ħidma tagħha. Dr Dalli fakkret kif ftit ilu kien hemm deċiżjoni favur il-Partit Nazzjonalista mill-Awtorità tax-Xandir, fejn hemmhekk il-PN ma qal xejn għax id-deċiżjoni kienet favur tiegħu. "Issa", ssoktat tgħid il-Ministru Dalli, "Simon Busuttil ħareġ jattakka lill-Awtorità tax- Xandir għax ħareġ deċiżjoni kontra." Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qal li jekk hemm persuna li jattakka kull istituzzjoni li tgħid il-verità, huwa Joseph Muscat, li jew hu, jew il- membri tal-Kabinett tiegħu, infexxew f 'attakk wara l-ieħor fuq l-istituzzjonijiet indipendenti. Fi stqarrija, il-PN qal li din il-ġimgħa stess kemm Joseph Muscat kif ukoll Michael Falzon infexxew f 'attakk sistematiku fuq l-Awditur Ġenerali. "Mhux talli attakkaw il- kredibbiltà tal-Awditur Ġenerali, iżda talli anke attakkaw l-indipendenza tiegħu," żiedet tgħid l-istqarrija. L-istqarrija żiedet li ftit tal-ġimgħat ilu, Joseph Muscat u Ian Borg fetħu attakk fuq l-Ombudsman li ħareġ rapport li kkundanna u ddeskriva l-metodi ta' ingann li ntużaw biex inħareġ il-permess għall- bini ta' farmhouse f 'Wied Santa Katerina r-Rabat. Dan minbarra li d-Deputat Laburista Joe Debono Grech infexx jgħajjar lill-eks Deputat Laburista Marlene Farrugia fil-Parlament. Il-PN jitfa' l-istess akkuża fuq il-Gvern Il-Ministri Owen Bonnici u Helena Dalli f 'konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Awtorità tax-Xandir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016