Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
6 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Il-kaxxa ta' pandora li ħalliet minn Albert Gauci Cunningham TĦARES kif tħares lejh, l-episodju Gaffarena ħalla impatt politiku kbir u negattiv fuq Gvern Laburista li għadu, jew suppost għadu, relattivament frisk u mimli enerġija. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fetaħ kaxxa ta' Pandora b' katina ta' skandli u prattiċi ħżiena u mmarka l-aktar punt vulnerabbli ta' dan il-Gvern kważi eżatt fin- nofs tal-leġiżlatura li bdiet fl-2013. Minkejja ekonomija b'saħħitha, dan il-każ tefa' l-attenzjoni tal-poplu fuq il-governanza tajba jew in- nuqqas tagħha. Ir-rapport mhux biss jikxef abbużi skandalużi bi flus il-Gvern u allura flus il-poplu, imma jipproduċi diversi mistoqsijiet u sintomi li rriflettew b'mod ikrah fuq Michael Falzon u l-Gvern politikament u anke fuq dawk li qed jaħdmu fis-servizz pubbliku fid-Dipartiment tal- Artijiet. Żewġ klassijiet ta' nies Ir-rapport tal-awditur huwa xokkanti għax jikxef żewġ klassijiet ta' nies, jiġifieri Gaffarena, u l-kumplament tal-poplu. Kif aħjar tista' tiddeskrivi l-fatt li Gaffarena kien jaf minn qabel li parti minn prorjetà li tiswa ħafna flus kienet se tkun esproprijata mill-Gvern għad-detriment tal-ko-proprjetarji? Ir-Rapport jiżvela kif fl- ewwel esproprijazzjoni ta' kwart tal-proprjetà, Gaffarena rċieva €616,875 aktar milli suppost kellu jirċievi. Fit-tieni esproprijazzjoni ta' kwart ieħor tal-istess binja, Gaffarena rċieva €411,250 iktar milli suppost. U dan hekk kif fl- ewwel waħda Gaffarena kellu jingħata flus jew proprjetà b'valur ta' €205,625 u fit-tieni €411,250. U fejn suppost marru dawn il-flus? Skont l-Awditur, dawn il-flus suppost marru għand il-ko-proprjetarji li mingħandhom Gaffarena xtara meta kien diġà jaf li l-Gvern se jesproprija. Jiġifieri kull min iffaċilita l-affarijiet għal Gaffarena kien qiegħed, bl-aktar mod vili, jagħmel inġustizzja ma' min kellu l-proprjetà qabel. Dan sew allura? Min se jieħu responsabbiltà amministrattiva ta' din l-inġustizzja? U tajjeb nistaqsu wkoll. Kemm hawn nies mortali u normali hawn barra li jkollhom l-opportunità u l-privileġġ li jingħataw informazzjoni dwar espropriju qabel ma jixtru proprjetà partikolari? U dan il-privileġġ għaliex ingħata? Il-privileġġ li Gaffarena jkun jaf minn qabel dwar esproprijazzjoni mill- Gvern kellu prezz miegħu? Possibbli, min ta dan il- privileġġ tah għall-karità? Ma ħa xejn lura? Ir-rapport jasal għall- konklużjoni pjuttost ċara li xi nies mil-Lands kienu ltaqgħu ma' Gaffarena u tawh informazzjoni minn qabel. L-unika ħaġa li r-rapport iħalli inkonklussiv huwa kemm fil- fatt ingħatat informazzjoni lil Gaffarena. U għalhekk, dan ir-rapport joħloq l-idea ta' żewġ klassijiet ta' nies. Il-privileġġjati li għandhom il-lussu jdawru sistema favurihom u jsibu min fid-dipartimenti jiffaċilitalhom ħajjithom, u min, in-nies komuni bħal Edgar Farrugia li l-ILLUM intervistat fi-ħarġa tal-Ħadd 3 ta' Jannar li ilu jistenna 16-il sena sħaħ biex jieħu kumpens għall-proprjetà li minnha għamel qligħ ħaddieħor. Il-messaġġ li bagħat dan l-iskandlu li heżżeż il-qalba tal-Lands ħoloq perċezzjoni popolari kerha ħafna ta' klassiżmu. Il-klassi privileġġjata li titħanżer għax taf lin-nies, u dawk li jridu jgħaddu minn kuritituri burokratiċi għax ma jafu lil ħadd. Dawk li jduru mal-Ministri Il-Każ ta' Falzon ma kienx l-ewwel tax-xorta tiegħu li fih kienu nvoluti nies li jaħdmu fil-qrib mal-Ministru jew Segretarju Parlamentari. Fl- aħħar amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, kien hemm il-każ ta' Noel Borg Hedley, li kien parti mis-Segretarjat tal-eks Ministru Tonio Fenech. Dan kien ammetta li aċċetta flus jew donazzjonijiet mingħand JPM Brothers biex ikun jista' jnaqqsilhom jew ineħħilhom miżati li kienu jridu jħallsu lil dipartimenti li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi. Hu kien qal li Fenech ma kienx jaf b'dan, anke jekk JPM kienu allegaw li kienu għamlu xogħlijiet fid- dar tiegħu biex, allegatament, dan jgħinhom fil-bejgħ tal-Ġerma. Fenech kien fetaħ kawża ta' libell kontra JPM Brothers. Kien hemm ukoll każi oħrajn taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, fosthom il- kwistjoni ta' fondi Ewropej li setgħu ntilfu u li f 'nofsha kien hemm it-tifel ta' Dolores Cristina. Kien hemm ukoll il-mod kif l-assoċjazzjoni fin-negozju li kellu l-MP Nazzjonalista Tony Abela ma' Indri Zammit li nstab ħati ta' traffikar ta' droga, wasslu għal mumenti imbarazzanti għall- Gvern Nazzjonalista. Dak li ġara fil-każ ta' Falzon jimmarka t-tieni każ taħt Gvern Laburista fejn Ministru seta' spiċċa f 'ilma jagħli parzjalment grazzi għal nies qrib tiegħu. L-ewwel każ kien dak ta' Paul Sheehan li wara sparatura lejn karozza, wassal għall-paniku sħiħ fil-Ministeru tal-Intern, dak iż-żmien imexxi minn Manwel Mallia. Tkompli f 'paġna 8 "Il-privileġġ li Gaffarena jkun jaf minn qabel dwar esproprijazzjoni mill- Gvern kellu prezz? Possibbli, min ta dan il-privileġġ tah għall- karità? Ma ħa xejn lura?" "Hawn hu l-iżball ta' wħud minn nies madwar il-Ministri. Iridu l-impjieg u l-paga u dak in- naqra poter, iżda ma jridux iġorru responsabbiltà" Laqgħa bejn Gaffarena u Michael Falzon fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Gaffarena jipproponi skambju ta' kwart tal- proprjetà 36, Triq Zekka, l-Belt Valletta Id-Direttur tal-Estate Management Carmel Camilleri u d-Direttur tal-Lands Raymond Camilleri appoġġjaw u aċċettaw ("favourably advocated and endoresed" – Executive Summary pt. 2) dan l-iskambju Dikjarazzjoni Presidenzjali tissanzjonizza l-esprorijazzjoni lil Gaffarena nhar l-14 ta' Jannar 2015 b'valur totali ta' €822,500 f 'artijiet u flus Il-PM jiftaħ kawża l-Qorti biex l-artijiet u l-flus li ngħata Gaffarena jingħataw lura. Michael Falzon jirreżenja. Jgħid li l-Awditur tqanżaħ biex wasal għall- konklużjonijiet tiegħu 1 2 3 5