Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Tkompli minn paġna 1 Ir-rapport ta' inkjesta, jidentifika diversi nuqqasijiet fis-sigurtà tal-istabbiliment li żiedu l-konsegwenzi ta' dan l-inċident. Fost dawn hemm il-fatt li l-ebda bieb tal-istabbiliment plusone ma kien jilħaq l-istandards biex jikkwalifika bħala bieb t'emerġenza. apparti dan, mal-faċċata tal-istabbiliment ma kienx hemm imwaħħla plakka li tindika kemm jistgħu joqogħdu nies fih bir-rapport jikkonkludi li minkejja li plusone kellu kapaċità ta' madwar 200 ruħ, fil-ħin tal-inċident kien hemm iktar minn 450. Intant l-inkjesta ssuġġeriet li jitressqu l-Qorti d-diretturi tal-kumpanija Three Sixty Ltd speċifikament Hugo Chetcuti, Frankie Grima, Raymond Grima u Carlos Schembri għal diversi reati. Apparti dawn, l-inkjesta tissuġġerixxi li Jonathan Grima u Mark Azzopardi, maniġers ta' PlusOne, Stephen Ciangura, id-direttur tal- Kumpanija Executive Security Services Ltd, Bojan Spasic, li kien gwardjan tas-sigurtà fi PlusOne, Andrè Bugeja u Zach Latif jitressqu l-Qorti fuq akkużi relatati mal-inċident ta' natura involontarja. Bugeja u Latif kellhom argument ma' persuna barranija fejn Latif uża sprej tal-bżar li beda l-inċident kollu. Hugo Chetcuti, Francis Grima, Raymond Grima, Carlos Schembri u Jonathan Grima għandhom jitressqu fuq nuqqas ta' tħaris tas- saħħa u sigurtà; għal nuqqas li ssir evalwazzjoni xierqa, suffiċċjenti u sistematika tal- periklu għas-saħħa u s-sigurtà; għan-nuqqas ta' tħaris tar-regolamenti dwar rotot ta' emerġenza, bibien ta' emerġenza u pjanijiet ta' evakwazzjoni; u għal żamma u tmexxija ta' stabbiliment li jipprovdi l-ikel mingħajr liċenzja. Grima u Carlos Schembri, li fuq ismu hija l-liċenzja tal-istabbiliment, għandhom jitressqu għal nuqqas ta' tħaris tal-istandards speċifikati f 'numru ta' skedi ta' avviżi legali. Skont l-inkjesta, Hugo Chetcuti, Frankie Grima, Raymond Grima u Carlos Schembri għandhom jitressqu wkoll rigward trasferiment ta' liċenzja mingħajr il-permess bil-miktub tal-Awtorità tat- Turiżmu. Flimkien ma' dawn l-erbgħa, Jonathan Grima u Mark Azzopardi jistgħu jitressqu wkoll talli tfal taħt l-età tħallew jidħlu f 'post ta' divertiment, għall-bejgħ ta' sigaretti permezz ta' magna awtomatika meta dik il-magna ma kinitx taħt superviżjoni, u li ppermettew tipjip f 'post magħluq. Dawn is-sitta u l-bar tenders Clayton Camilleri u Vanessa Farrugia għandhom jiġu mressqin għall-bejgħ jew fornitura ta' alkoħol lill-minuri filwaqt li numru ta' minuri jiġu mressqa għall-konsum ta' alkoħol. Spasic jista' jitressaq ukoll għal tipjip f 'post magħluq, u Latif għall-akkwist u pussess illegali ta' sprej tal-bżar u għal offiża ħafifa fuq il-persuna ta' dawk li sofrew mill-effetti ta' dan l-isprej. Id-diretturi tal-kumpanija Three Sixty Ltd u tal- kumpanija Executive Security Services Ltd. għandhom jitressqu wkoll għall-impjieg, tħaddim jew użu ta' servizzi ta' gwardjani privati li ma kellhomx liċenzja. Filwaqt li d-diretturi tal-Executive Security Services Ltd għandhom jitressqu wkoll talli pprovdew dan il-gwardjan privat. Dwar ir-rotot u l-ħruġ ta' emerġenza, l-espert forensiku Alfred Vella qal li, "ċarament, bieb li jieħu minn post magħluq mimli nies għal ieħor li hu normalment mistenni li jkun ukoll bin-nies, ma jistax jiġi konċepit la bħala exit u wisq inqas bħala exit discharge." L-inċident tal- PlusOne beda b'tilwima bejn żewġ żgħażagħ L-inċident beda meta żewġt iħbieb żgħażagħ, Andrè Bugeja u Zach Latif, kellhom tilwima ma' żagħżugħ barrani li baqa' ma kienx identifikat. Biex jiddefendi lil sieħbu, Latif uża sprej tal-bżar. L-isprej inxtered mal-istabbiliment u l-effetti tiegħu bdew jinħassu minn diversi persuni. Bojan Spasic ra li dawn in-nies kien qed iħosshom ħażin u ħa d-deċiżjoni, mingħajr ma kkonsulta ma ħadd, li jkeċċi n-nies 'il barra mill- istabbiliment. Il-maġġoranza tan-nies bdew ħerġin mill-bieb ta' quddiem li jagħti għat- triq. It-taraġ li jagħti għal dan il-bieb kien iffullat bin-nies fi stat ta' paniku, u wħud minn dawn waqgħu u tgerbu 'l isfel b'konsegwenza li akkumulat massa ta' nies fil-parti t'isfel tat-taraġ. Il-gwardjani tas-sigurtà li kienu barra, ippruvaw iwaqqfu lin-nies milli joħorġu, u dan wassal biex folla kbira ta' nies spiċċaw fit-taraġ u fl-entratura u eżerċitaw pressjoni qawwija fuq il-poġġaman u l-ħġieġ tal- poġġaman. Il-ħġieġ infaqa' u l-poġġaman ċeda b'riżultat li dik il-massa ta' nies spiċċat mingħajr ilqugħ u waqgħet għal isfel. Bosta nies weġġgħu, uħud minnhom b'mod serju. Il-Ministru Bonnici qal li din kienet biss it-tieni darba fl-istorja ta' Malta li rapport ta' inkjesta mill-Qorti sar pubbliku. L-ewwel wieħed kien dak dwar il-mewt ta' Nicholas Azzopardi f 'idejn il-Pulizija fl-2008. Bonnici qal li dan ir-rapport tlesta f 'inqas minn xahrejn u dan juri l-attentati li qed isiru biex jiġu spediti proċeduri tal-operat tal- ġustizzja. Aħbarijiet Hugo Chetcuti u Frankie Grima fost dawk suġġeriti biex jitressqu l-Qorti Frankie Grima Hugo Chetcuti Ritratti: Chris Mangion Demm mal-poġġamman tal-istabbiliment PlusOne l-għada tal-inċident li ħalla bosta midruba, b'uħud f 'qagħda gravi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016