Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

'Min abbuża se jitneħħa' €1.00 NEWSPAPER POST Nr 485 • 31 ta' Jannar 2016 www.illum.com.mt Bjorn Kristensen intervistat Ara paġni 34 u 35 minn Albert Gauci Cunningham F'KUMMENTI mal-ġurnal l-ILLUM is-Segretarju Parlamentari l-ġdid Deborah Schembri tagħmilha ċara illi jekk hemm persuni li huwa magħruf, jew jinstab li abbużaw mill-pożizzjoni tagħhom fid-Dipartiment tal-Artijiet, dawn "iridu jitneħħew." Hija tagħmilha ċara wkoll li dak li qed jipproponi l-Gvern biex isir f 'dan id-Dipartiment mhuwiex sempliċiment eżerċizzju superfiċjali b'risposta għall-każ ta' Gaffarena imma "riforma radikali li ilha ġejja żmien twil. Mhu qed inwiegħdu xejn superfiċjali, anzi se nkunu qed inbidlu kollox mill- qiegħ." Schembri spjegat kif il-Gvern qed jippjana li jqaċċat 'l barra s-sistema kollha li biha qed jaħdem il-Lands bħalissa u minflokha jdaħħal oħra li hija aktar trasparenti u kontabbli, b'mekkaniżmu ta' awditjar. Mitluba minn l-ILLUM biex tiddeskrivi l-istat li jinsab fih, u li ilu fih id-Dipartiment, Schembri qalet illi dan "mhux qed iservi l-iskop tiegħu. Jiġifieri mhux qed jagħti l-aħjar valur għall-flus lill-Gvern u għalhekk lill-poplu Malti." Hija kompliet tgħid illi l-Lands kif inhu illum fih "nies li jridu jabbużaw mis-sistema u sistema li hija miftuħa beraħ għall-abbuż." Tkompli f 'paġna 3 Meta Emmy miet u reġa' rxoxta Sewwieq dilettant u prekawzjonijiet ta' xejn Ara paġni 10 u 11 Ara paġna 5 INNOMINAT tal-Gvern Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri se jkun Toni Abela, avukat li llum jokkupa l-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Abela kien nominat mill- Prim Ministru Joseph Muscat li f 'messaġġ fuq is-sit Twitter esprima iċ- ċertezza tiegħu li Abela se jagħmel lil pajjiżna kburi. Abela se jkun qed jieħu post l-eks Ministru Nazzjonalista Louis Galea li kien innominat mill-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi, u li kien ilu fil-kariga għal ħames snin. T oni Abela huwa wieħed mill-fundaturi tal-Partit tal-Ħodor f 'Malta - l-Alternattiva Demokratika, wara li kien tkeċċa mill- Partit Laburista mmexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici. Huwa kien tkeċċa wara li ħa pożizzjoni kontra l-korruzzjoni u pponta subgħajh lejn uħud mill- Ministri Laburisti tas-Snin 80. Abela kien reġa sar parti mill-PL biex fl-2008 kien elett Deputat Mexxej tal- Partit Laburista, ftit biss wara li Joseph Muscat kien ħa t-tmun tal-PL f 'idejh. Abela kien wieħed mit-triumverat li wassal biex fl-2013 il-Partit Laburista jikseb l-akbar rebħa elettorali fl-istorja politika riċenti. Toni Abela nnominat Awditur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016