Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 23 Ikel Fejn se nieklu ILLUM? Café Jubilee minn Bżar u Melħ Il-Café Jubilee fi Triq Santa luċija l-Belt Valletta huwa wieħed minn dawk ir-restoranti li jolqtok hekk kif tidħol mill-bieb minħabba l-atmosfera li fih. Hu ddekorat b'gost sabiħ ħafna u l-mużika jazz li għandhom fir-restorant hija wkoll sabiħa u baxxa biżżejjed biex wieħed ma jkollux għalfejn jgħolli leħnu biex jinstema' jitkellem. Għall-ikel wieħed għandu għażla tajba ta' għaġejjen, tipi differenti ta' ħobż, u ikel Malti bħal torti, fenek u tonn. L-ikel jiġi bi prezz raġonevoli, u nfaqt madwar €10 għal platt għaġin u kafè. Jien ħadt l-ispaghetti "Spicy salsiccia" li kien fih zalzett Malti, faqqiegħ, tadam u bżar aħmar. Wieħed jista' jagħżel x'għaġin jippreferi bejn spaghetti jew penne. Jekk wieħed jippreferi zalza differenti jista' jagħżel bejn selezzjoni ta' tmien tipi ta' zlazi oħra. Il-Café Jubilee għandu wkoll għażla tajba ta' nbejjed, kif ukoll xorb alkoħoliku ieħor. Għoġobni l-fatt li dan l-istabbiliment joffri imwejjed żgħar għal żewġ jew tliet persuni u għalhekk jekk tkun se tiekol waħdek jew ma' persuna oħra ma' tħossx li għandek tgħaġġel għax qed tieħu wisq spazju. Għoġobni wkoll id-disinn tar-restorant li hu magħmul b'mod li hemm diversi mkejjen bl-imwejjed u wieħed iħoss li għandu l-ispazju privat tiegħu madwar il-mejda. Għal dawk li ma jistgħux jisseparaw ruħhom mit- teknoloġija għal siegħa, il-Café Jubilee joffri l-WIFI għall- klijenti tiegħu. Għal min irid jiekol waqt il- waqfa mix-xogħol ta' nofsinhar irid jaħseb ftit kmieni għax ir-restorant kemmxejn żgħir u malajr jimtela'. Minkejja dan, is-servizz huwa mgħaġġel ħafna u jekk wieħed jistenna xi ftit ħin mal-bar, jaf malajr jingħata mejda. Kollox ma' kollox ma tantx hemm x'wieħed jikkritika f 'dan ir-restorant ħlief forsi li l-kamra tat-tojlit għandha tkun imfewħa ftit aħjar. Café Jubilee jinstabu wkoll f 'żewġ lokalitajiet oħra: fir- Rabat Għawdex u l-Gżira. Nota: Dan l-artiklu mhux reklam. Kull ġimgħa ILLUM ser iżżur restorant f 'lokalitajiet differenti tal-pajjiż b'mod anonimu u tati opinjoni onesta dwar dawn l-istabbilimenti. Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt? ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW REKLAM 1 REKLAM 2 R E K L A M 3 $ġ%$5,-,(7 ,WWLHQL OLNWDUVLWELO0DOWLOL MDUDZKQLHV 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXULKXPD PLQQ0DOWD 16K LIKES IXT)DFHERRNIҋVHQD Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux' Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f 'isem il-verita Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaa 'Kemm ilu l-Labour l-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' - Peppi Azzopardi Kont nixrob 8 iexken vodka l-ġimgħa…3 kaxxi Red bull...u niżen 298 kilo