Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 13 illum il-ġurnata dan il-fatt qed jonqos ħafna. "L-istorja tal-festa hi marbuta mal- Partit Nazzjonalista. Dan minħabba li minn meta nbeda l-PN, jiġifieri fl- 1880, il-fundaturi li kienu min-naħa tal-Belt kienu pro kultura Taljana. Tant li anke l-banda sal-lum għandha isimha bit-Taljan - Societa Filarmonica la Vallette. U dik ta' San Duminku sal- lum għandha isem bl-Ingliż, Kings Own Band Club. Dan juri l-qasma bejn il-kultura Taljana, li kien il-bidu tal-Partit Nazzjonalista u l-kultura Ingliża li kienu pro Labour." "Sa ftit snin ilu l-akbar parti ta' nies li jipparteċipaw fil-festa kienu ġejjin mill- kamp Nazzjonalista, tant li kien hawn tliet kapi u tliet prim ministri Beltin u Pawlini - Nerik Mizzi, li kien Għawdxi iżda Belti fl-istess ħin, Gorg Borg Olivier u Lawrence Gonzi." "Wara għexieren ta' snin, il-prim Ministru Joseph Muscat irnexxilu jkisser it- tabù li qatt ma kien hemm kap Laburista li kien preżenti għal kon ċelebrazzjoni u l-paniġirku ta' San Pawl u kien l-ewwel kap Laburista li attenda. Muscat wera li dawn huma ħmerijiet tal-passat." Ray Bondin qal li hu minn dejjem xtaq ikisser dan it-tabù, tant li hu stess anke jekk kien ġej mill-kamp Nazzjonalista u Pawlin per eċċelenza, inkiteb bħala membru ta' San Duminku u beda anke jattendi l-festa ta' San Duminku. "Ħdimt ukoll biex fis-Sette Giugno kont organizzajt kunċert bejn iż-żewġ baned, u komplejt ngħin biex tonqos it-tensjoni ta' qasma fil-belt li tant inħobb. Jien Pawlin, iżda fuq kollox jien Belti. Għax aħna l-Beltin nibqgħu Beltin anke jekk nitilqgħu mill-Belt u wliedna u wlied uliedna jibqgħu jħossuhom Beltin u jattendu għall-festi tal-belt tagħna, u f 'San Pawl il-Belt timtela bil-Pawlini Beltin li jiġu mill-irħula kollha f 'Malta u Għawdex." Ray Bondin lil San Pawl ma jarahx biss bħala vara fil-festa tal-Belt iżda jħoss li San Pawl dejjem kellu funzjoni kbira fil-Knisja Kattolika. Meta r-Rumani ħelsu minn Ġesù, kienu jemmnu li r-reliġjon tiegħu mietet miegħu. Iżda tfaċċa San Pawl li beda jdur diversi pajjiżi u jippriedka r-reliġjon Kristjana. Kien hu li żamm ħajja r-reliġjon Kattolika. Filwaqt li kien għaqqad kultura u tagħlim mil-Lvant Nofsani sa Ruma." Bondin qal li fl-Ewropa jiġu ċċelebrati diversi festi ta' San Pawl, "iżda l-festa tan- Nawfraġju hi l-unika waħda fid-dinja li tiġi ċċelebrata, għax kien hawn biss li Pawlu ta' Tarsu nnawfraga. Isiru ħafna diskussjonijiet jekk hux vera San Pawl innawfraga Malta jew il- Greċja," qal Ray, "fejn anke nkitbu kotba dwar l-irjiħat kif setgħu wasslu għall- gżira tagħna. Ir-risposta hi sempliċi. Il-Bibbja tagħmilha ċara li minn Malta, l-appostlu Pawlu mar Sirakuża biex ikompli triqtu għal Ruma. Li kieku kien il-Greċja kien imur Kalabrija u mhux jmur Sqallija. Dan jagħti ċertezza li kien fi gżiritna. Anke l-mod kif tkellem fl-Atti tal-Appostli fuq Malta juri li hu kien Malta, meta qal li jeħtieġ li naħbtu ma' gżira li jisimha Malta." Bondin tkellem ukoll dwar li hawn min jitfa' dubju li l-Maltin kienu tilfu l-fidi Kristjana fiż-żmien l-Għarab u ma żammewx ir-reliġjon li kien tahom San Pawl. "Mhix ħaġa kbira li l-Maltin kienu ddikjaraw li qalbu għal Musulmani għax dak iż- żmien min kien Musulman kien iħallas inqas taxxa. Probabbilment qablilhom jgħidu li saru Misilmin, iżda bil-moħbi bqajna Insara. Fil-fatt jingħad li f 'Għawdex anke Isqof kien hemm bil- moħbi." Ray Bondin f 'din l-intervista tana stampa ċara tal-festa ta' San Pawl fil-Belt, il-kultura Pawlina fil-belt u anke madwar id-dinja, kif ukoll l-istorja tan-Nawfragu u tal-appostolat ta' San Pawl. Minn din il-paġna nittamaw li l-Beltin Pawlini kollha kellhom festa t-tajba. San Pawl FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA ta' Ray Bondin Il-vara ta' San Pawl maħduma mill-iskultur Melchior Gafà "Meta twaqqaf il-PN fl-1880, il- fundaturi li kienu Beltin kienu pro kultura Taljana u b'hekk din il-festa kienet marbuta mal-PN"