Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

R Naudi, Balluta ILMALTA & Gozo Shareholders & Investors Association (MAGOISA) b'dispjaċir tinnota li fil- Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f 'Madrid qed ikun hemm 'avukati' li jipproponu li l-imgħaxijiet ikomplu jinżammu baxxi jew isiru negattivi. Dan mhu xejn għajr serq mingħand Pawlu biex tagħti lil Pietru. Hu ta' dispjaċir li diriġenti ta' dan il-blokk politiku iva bl-intenzjoni tajba kollha qed ikomplu jimbuttaw biex jixħtu f 'riskju ta' faqar tantl i Ewropej li matul ħajjithom faddlu biex jinvestu sabiex ikollhom xi ħaġa żejda mal-pensjoni u mill- kriżi finanzjarja 'l hawn huma s-segment li l-aktar tgħabba piż fuq spallejhom u ġew intaxati indirettament b'tnaqqis massiċċ fir-rati ta' interess. Il-kapitalisti l-kbar jisselfu b'imgħax baxx jew bla imgħax u ċittadini komuni b'ftit eluf jew aktar ta' investimenti jaraw il- valur tagħhom jitnaqqar. Mhux sew li dawk li b'korruzzjoni fallew pajjiżi u korporazzjonijiet jitħallew "jaqgħu x-xuxa" u jroddu lura anqas kapital u imgħax lil tant eluf kbar ta' nies li investew f 'bonds u funds. Milli jidher minkejja l-wegħdi bil-kliem sew ikomplu japprofittaw ruħhom minn nies komuni li jfaddlu. Dan la juri rispett lejn il-Kristjaneżmu u wisq anqas lejn demokrazija parlamentari onesta. Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 21 TELEVIXIN Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ġabuna konxji A Duca, Għaxaq DAK li ġara fl-Imsida ġab konxji lil ħafna bħali dwar is-sitwazzjoni f 'pajjiżna. Jien bħal ħafna oħra meta ftit taż-żmien ilu konna nisimgħu lil min jgħid li hemm bżonn noqogħdu attenti dwar il-barranin li jidħlu pajjiżna, kont naħseb li qegħdin jagħmlu plejtu għal ftit għaxriet ta' persuni. Però illum il-ftit għaxriet tal- bieraħ saru eluf u għalhekk ikolli ngħid li kellhom raġun min tkellem b'dak il-mod dakinhar. Ma rridx ninftiehem li qed nirreferi għal dawk ħutna li jaħarbu mill-persekuzzjoni f 'pajjiżhom, dawn għandna nilqugħhom b'idejna miftuħa. Imma għal ħafna li qed jiġu bi skopijiet ulterjuri u li qed iwasslu biex jurtaw lil ħafna minna li aħna kburin bil-valur u l-kultura li wrietna. Jidher li wasalna f 'sitwazzjoni li verament tħassbek. Ejjew ma nħallux li Malta tagħna lkoll issir Malta suq miftuħ għal kulmin irid jiġi, u għax ħa iċ-ċittadinanza jew il-visa, jew jidħol illegalment, jagħmel li jrid. Avukati ta' imgħax baxx li jkabbar il-prekarjetà Limitazzjoni fl-għoli ta' djar tal-anzjani J. Bonett Balzan, Balluta LAĦĦAR teorija ekonomika tgħallem li l-komperizzjoni traħħas il- prezzijiet, iġġib iżjed għażla u toffri gradi differenti ta' servizzi u prodotti. Però biex ikollna l-aħjar applikazzjoni tat-teorija, din ma tridx titħalla fuq l-ixkaffa, iżda qiegħed titqiegħed fil-prattika - anke fil-qasam tar-residenzi tal-anzjani. Hekk l-operaturi eżistenti flok ma jnaqqsu l-overheads tagħhom bl-għoti ta' iżjed sulari għal kmamar tar- residenti f 'binjiet li ma kinux ippjanati u lanqas attrezzati għal sulari żejjed, jekk dawn l-operaturi ekonomiċi jridu jespandu għandhom jidħlu biex jiżviluppaw lukandi jew blokok ta' appartamenti vojta. Hekk ukoll jonqos l-ammont ta' propjetà mhux utilizzata, u dan jagħmel iktar sens ekonomikament. Argument ieħor kontra bini ta' iżjed sulari fuq id-djar tal- anzjani speċjalment li jkunu mdawrin minn residenzi urbani oħra hi l-prezzjoni infrastrutturali fil-madwar. Diġà dawn ir-residenzi tal-anzjani jiġġeneraw traffiku konsiderevoli minn qraba, ambulanzi, fornituri, teħid ta' parkeġġ u postijiet żejjed riservati għal persuni b'diżabilità – li kollha jagħfsu fuq l-ispazju disponibbli f 'dawk iż-żoni b'detriment kwalità tal-ħajja tal-bqija tan-nies li jgħixu fl-akwati. Fuq kollox is-sistema ta' valuri teżiġi li lill-anzjani nħarsu lejhom bħala persuni bi ħtiġijiet speċjali u mhux bħala merkanzija biex nistivawha fuq xkafef fil-għoli. Id-djar tal-anzjani jospitaw persuni vulnerabli ħafna minnhom b'diffikultà ta' mobilità, li jbatu b'diversi kundizzjonijiet u nuqqas ta' saħħa fiżika. Il-qawl Malti jgħid "aħseb il-ħażin biex it- tajjeb ma jonqosx" – b'hekk għandu jitqies li f 'każ ta' emerġenza, l-anzjani jkunu f 'riskju akbar min-nies oħra, per eżempju f 'każ ta' nar fejn il-liftijiet ma jkunux qed jaħdmu. Għaldaqstant bil-qawwa kollha wieħed għandu jkun kontra li jinbnew iżjed sulari. Tajjeb wieħed jiftakar li ġieli ġew rapurtati inċidenti fl-aħbarijiet ta' anzjani b'nuqqas ta' mobilità li saħansitra f 'dar ta' żewġ sulari ma laħqux ħarġu jew ħarġuhom meta qabad in- nar. Aħseb u ara jekk flok persuna waħda jkun hemm gżuż u mhux fl-ewwel sular iżda f 'sulari iżjed 'il fuq. Diġà f 'ċerti djar tal-anzjani meta jmur il-lift, l-anzjani b'diffikultà ta' mobilità jsiru virtwalment priġunieri fis- sular li jkunu fih. Sulari li ma jkollhomx il-faċilitajiet bħalma jkun hemm f 'sulari oħra. U dan anke jekk il-lift ikun ma jaħdimx għal ftit sigħat jew ġranet, imsieken il-ħaddiema li jkollhom joqogħdu tilgħin u niżlin inewlu l-ikel, il-mediċini, il-ħwejjeġ u l-bqija. Republic Street, Valletta next to the Courts

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016