Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Victor Axiak jinħatar chairperson tal-Awtorità ġdida għall-Ambjent u Riżorsi minn Mark Borg ILPROFESSUR Victor Axiak ġie maħtur chairperson għall-Awtorità ġdida għall- Ambjent u Riżorsi li qed tiġi ffurmata bħala parti mid-diviżjoni bejn is-settur ambjentali minn dak tal- ippjanar fi ħdan il-MEPA. Axiaq kien chairperson tal-Kummissjoni Ambjent tal- Knisja u kien kritiku ta' diversi deċiżjonijiet tal-gvern rigward l-ambjent. Sentejn ilu hu kien maħtur mill- gvern bħala kap tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku dwar l-Ambjent. Il-viċi chairperson u uffiċjal tal-politika soċjali se tkun Carmen Buttigieg, filwaqt li Alan Deidun inħatar rappreżentant tal-għaqdiet ċivili ambjentali. Il-membri l-oħra tal-bord se jkunu Alan Pulis, Alfred Vella, Jason Bonnici, Ruben Abela, Louise Spiteri, Alexia Pisani, u Maria Attard bħala rappreżentanta tal-Oppożizzjoni. Fr Colin quddiem il-Qorti fuq tliet akkużi Marbut ma jagħmilx reat ieħor għal sena FR Colin Apap, qassis u personaġġ magħruf għall- programmi li jtella' fuq il-mezzi tax-xandir, instab ħati li fl-24 ta' Ġunju tas- sena li għaddiet, għall-ħabta tas-6pm ġewwa x-Xgħajra, weġġa' bi kliem u ġesti lil ċerta Doris Borg. Fr Colin ġie liberat fuq din l-akkuża bil-kundizzjoni li ma' jagħmilx reat ieħor għal sena. Fr Colin kien akkużat ukoll li volontarjament kiser il-paċi pubblika b'għajjat u ġlied u li ħebb għal Borg sabiex jinġurja, idejjaq u jagħmlilha ħsara. Fuq dawn l-akkużi tal-aħħar hu ma nstabx ħati minħabba nuqqas ta' evidenza. Il-każ instema' quddiem il- Maġistrat Saviour Demicoli. Inħatar iċ-Ċermen tal-Awtorita' l-ġdida għall-Ambjent u Riżorsi Axiaq kien chairperson tal-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja Titlef il-ġlieda kontra l-mewt MARTHESE Zarb, infermiera u omm ta' 52 sena tilfet il-battalja tagħha kontra l-mewt meta ġiet ċertifikata mejta lbieraħ, ġimgħa wara li kienet involuta f 'inċident tat-traffiku li seħħ is- Sibt li għadda fi Triq Sant'Andrija, San Ġiljan. Fl-inċident kien involut ukoll binha ta' 18-il sena li rnexxilu jeħlisha hekk kif erbat ijiem wara l-inċident inħareġ mill-kura intensiva. Is-sewwieq tal-karozza Mazda 121, raġel ta' 53 sena minn Pembroke, minkejja li sofra minn ġrieħi gravi, qatt ma kien fil-periklu tal-mewt. Żewġha ħelisha ħafif ukoll. Il-karozza li ħabtet magħhom kienet misjuqa minn raġel ta' 41 sena minn Ħaż-Żabbar li ma weġġgħax serjament. Sadanittant skont l-aħbar li ħarġet fuq l-istess sit, il-familja tagħha tat l-organi tal-vittma lill-isptar u t-trapjanti se jsiru fis- sigħat li ġejjin. Marthese Zarb li tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-mewt ilbieraħ Xogħol segretarjali, ta' tindif u tas-sigurtà l-aktar popolari fost nies b'diżabilità ĊIFRI li ħarġu dawn l-aħħar xhur juru li l-impjiegi fost il-persuni b'diżabilità qed jiżdiedu. Minkejja dan, jidher illi fost l-aktar impjiegi li qed isibu persuni b'diżabilità hemm dawk relatati ma' xogħol f 'uffiċċju, xogħol tal-id kif ukoll xogħol relatat ma' tindif. Minn informazzjoni li ħarġet fil-Parlament jirriżulta li mill-impjiegi kollha li sabu persuni b'diżabilità, l-aktar tip ta' xogħol komuni kien dak segretarjali. Fil-fatt bejn fl- 2015 kien hemm b'kollox 74 persuna li sabu xogħol bħala segretarju/a - li hija qabża kbira ħafna mill-unika post tax-xogħol simili li nstab fl- 2014. Xogħol fil-kċina huwa tip ieħor ta' impjieg illi bosta persuni b'diżabilità sabu matul dawn is-sentejn, fil- fatt kien hemm 45 persuna illi bdew jaħdmu bħala 'kitchen helper' fl-2014 u 21 fl-2015 Tip ta' impjieg ieħor li ra' bosta nies b'diżabilità jaħdmu fih huwa s-settur tat-tindif. 37 persuna b'kollox sabu xogħol ta' dan it-tip l-2015, filwaqt li fl- 2014 kien hemm 27 persuna b'diżabilita' illi sabet xogħol simili. Kienet irreġistrata wkoll żieda qawwija ħafna fl-impjiegi li persuni b'diżabilità sabu fil-qasam tas-sigurtà. Fil-fatt fl-2015 kienu 15-il persuna li sabu xogħol bħala security guards, imqabbel mal-erba' postijiet tax-xogħol f 'dan il-qasam matul is-sena ta' qabel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016