Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Qorti In-novella ta' Inga Boissevain l-ħwienet ewlenin għall-prezz ta' €8.99 Bulgara tingħata sentenza sospiza għal tlajjar b'intenzjoni ta' prostituzzjoni ILQORTI sabet lil Galina Ivanova, Bulgara ta' 26 sena mill-Gżira, ħatja ta' tlajjar bl- intenzjoni ta' prostituzzjoni u kkundannatha xagħrejn ħabs sospiżi għal sena u mmultatha somma ta' €100. Il-każ seħħ it-Tlieta li għadda meta Ivanova ġiet innutatha mill-pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda regolari tagħhom. Huma resqu fuqha u talbuha biex turihom id-dokumenti tal-identità tagħha li ma kellhiex fuqha. Wara qalet li kienet tilfet dawn id- dokumenti. Fil-Qorti hi ammettiet għall-akkużi ta' tlajjar f 'post pubbliku, li ma obdietx l-ordnijiet tal- pulizija u li ma rrapportatx it-telf tad-dokumenti tal- identità tagħha. Ġlieda b'sikkina bejn żewġ anzjani mwaqqfa minn pulizija ŻEWĠ irġiel anzjani, wieħed ta' 68 sena u l-ieħor ta' 65, kellhom argument fi Triq ix-Xatt Ta' Xbiex, li fih wieħed minnhom ħareġ sikkina. Saviour Chircop, kuntistabbli tal-pulizija li dak il-ħin ma' kienx fuq xogħol, kien għaddej minn hemm u Intervjena u ħa pussess tas-sikkina. Il-kuntistabbli Chircop imbagħad irnexxielu jikkalma s-sitwazzjoni sakemm waslu l-pulizija. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejin. Il-pulizija tinvestiga s-sejba ta' bulletproof vest ILPULIZIJA bdiet investigazzjoni dwar sejba ta' bulletproof vest f 'residenza privata fis- Swieqi. Il-bulletproof vest, li hija propjetà tal- pulizija, instabet flimkien ma' pistola u munizzjon. Michael Vella, bidwi ta' 30 sena, ttella' l-Qorti dwar dan il-każ, fejn instema' li l-investigazzjoni bdiet wara sejba ta' bullets, sustanza psikotropika u sikkina fil- karozza tal-akkużat waqt tfittxija f 'road block. L-akkużat kellu jħallas pleġġ ta' €1,000 għal- libertà proviżorja, kif ukoll garanzija personali ta' €3,000. Sentenza sospiża għal inċident tat-traffiku fatali EDWARD Bonnici ngħata sentenza ta' sentejn sospiza għal tliet snin talli seba' snin ilu kkawża l-mewt tal-koppja Barry u Patricia Mitchell. Bonnici li dak iż-żmien tal-inċident kellu 18-il sena, kien immultat ukoll €4,211 u kellu l-liċenzja sospiża. L-akkużat, li kien qed isuq karozza tat-tip Peugeot 407, tilef il-kontroll tal-vettura u din ħabtet mal-karozza ta' Mitchell b'impatt tant kbir li l-karozza tagħhom intefgħet metri l-bogħod u spiċċat fuq ir-roundabout. Prova jimporta droga permezz tal-posta F'ĦIDMA konġunta bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga u l-Uffiċjali tad-Dwana, raġel Ingliż li jgħix Malta u li għandu 24 sena ġie arrestat wara li fil-jiem li għaddew huwa pprova jimporta ammont ta' droga kannabis permezz tas-servizz postali. Tfittxijiet li saru mill- Pulizija ġewwa r-residenza tar-raġel taw eżitu pożittiv, fil-fatt ġew elevati sustanzi illeċiti oħrajn, b'mod partikolari MDMA jew kif inhi magħrufa aħjar bħala ecstasy. Il-Pulizija elevat ukoll oġġetti oħra li jindikaw li d-droga misjuba kienet ser tiġi traffikata. Ir-raġel tressaq il-Qorti aktar tard ilbieraħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016