Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
22 illum | Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ġimgħa ta' ħsibijiet li ħa jġiegħluk tieqaf mir- rankatura li kont għaddej/ja biha u ħa tiffoka iżjed ħalli ovvjament tagħraf issib spazju biex taħseb dwar dak li int hu l-aħjar għalik. Għalkemm taf li mhux kollox jiddependi minnek, tal-inqas dak li int tista' tasal għalih, int se tasal biex tagħmlu, u dan ħa jkun pass kbir għalik u dan ħa jħalli impatt pożittiv 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-isfar, blu u abjad L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa Sibt L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija ġejja minn Ġemini Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 24 u 30 Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Opportunità li ġejja taf toħloq ċertu ten- tazzjoni madwarek. Dan mhux il-mument li tgħaġġel fid-deċiżjonijiet għax għad trid twettaq ħafna affarjiet fil-pożizzjoni li għandek. Bħalissa tajjeb li tagħmel analiżi sew, tirrifletti u tara kif tista' ddawwar kollox f 'pakkett wieħed. Frar ħa ikun xahar fejn int trid tkun aktar trankwill minħabba li ħa jkollok bosta toroq miftuħin! Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija ġejja minn Cancer Numri favoriti miegħek għal din ġimgħa huma 4, 17, 26 u 38 Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Trid tagħraf timxi bħalissa aktar b'moħħok peress li sitwazzjoni li għandek quddiemek trid ftit tal-ħsieb. Dan trid tagħmlu sew għax trid iżżomm bilanċ bejn ix-xogħol tiegħek u relazzjoni tajba li għandek. Minkejja li mument delikat, jidher li ħa jirnexxielek tgħaddi minnu tajjeb ħafna. Trid toqgħod attent/a li ma tagħtix każ lil min jipprova jħawwadlek moħħok. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għal din il ġimgħa huwa it-Tlieta L-aktar jum negattiv għal din il ġimgħa huwa is-Sibt L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija ġejja minn Leo Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 2, 11, 29 u 38 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Sitwazzjoni mill-passat ħa terga' tiġi għall- attenzjoni tiegħek. Peress li issa għadda ċertu żmien, u int stabilizzajt aħjar kemm lilek inni- fisek u kemm il-pożizzjoni tiegħek mas-sieħeb/ sieħba tiegħek, se tkun ftit ta' problema jekk int tagħti xi spazju għal din is-sitwazzjoni. Dan meta int taf kemm batejt biex ħrigt minnha, u mhux il-waqt li int tiftaħ xi tieqa - pjuttost żomm 'il bogħod kemm tiflaħ. Kuluri favoriti ma Taurus huma l-aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa it-Tnejn L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija ġejja minn Virgo Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 16, 22 u 34 Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Pressjoni kbira riesqa madwarek minħabba di- versi proġetti li għandek, specjalment wieħed partikolari li ħa joħodlok ħafna ħin. Tinsab xi ftit panikuż minħabba li ovvjament għandek ħafna sitwazzjonijiet li kollha trid tonqorhom. Dan kollu ħa jirn- exxielek tagħmlu, imma issa, aktar minn qatt qabel, għandek bżonn pjan aktar wiesa' ta' kif int ha tqassam ħajtek. Kuluri favoriti ma' Ġemini huma l-blu, isfar u oranġjo L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa is-Sibt L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa L-Erbgħa L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija ġejja minn Libra Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33 Ġemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Bħalissa għaddej/ja minn diversi ħsibjiet u pjanijiet dwar il-karriera, u dwar tibdil anka ta' xi dar ġdida. Tajjeb li tagħmel ċertu pjanijiet, imma ħu ħsieb li timxi tarġa tarġa. Din hi sena ta' bosta opportunitajiet u ħa jkun hemm diversi ti- bdil ta' ħsibijiet. Għalhekk agħmel kollox mal-mixja tal-kurrent. Madankollu, li tħejji pjan dejjem ikun tajjeb. Lulju ħa jkun xahar deċiziv. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa il-Ħamis L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa it-Tnejn L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija ġejja minn Virgo Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 27 u 38 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Tkunx rasek iebsa f 'dan il-mument, għax jekk ħa żżomm iebes żgur se ġġarrab xi telf. Huwa mument fejn int trid tagħraf terħi mis-sikkar. Mhux ħa titlef l-ebda kredibilità. Anzi wara ħa tinduna li xi kultant meta timxi f 'dan il-pass, int tista' tagħraf aktar kif tirċevi lura. Ma' dan tajjeb tieħu xi ftit tal- ġranet ta' aktar rilass - dan żgur ħa jgħinek fiżikament. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-aħmar oranġjo u dehbi L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa is-Sibt L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija ġejja min Sagittarius Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 25 u 32 Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Żmien fejn trid tagħfas aktar fuq l-imġieba tiegħek lejn is-sieħeb/sieħba tiegħek – fejn trid tara kif issib aktar ħin biex tkunu fil- kumpanija aktar ta' xulxin. Taf li m'intix issib ħin biżżejjed, imma trid tara li minn dak li tista' tagħti il massimu. Xi sorpriża li int tista' tagħmel tmur tajjeb ħafna - għalhekk bħalissa ffoka ftit iżjed ħalli is- sitwazzjoni ta' madwarek tibqa' waħda stabbli. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija għalik ġejja minn Capricorn Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18,21 u 38 Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Riesaq iż żmien li int tagħraf aktar min int, tagħraf aktar int vera xi trid, tagħraf aktar fejn trid tasal. Huwa mument fejn int trid issib lilek innifsek. Jekk dan m'intix ħa tagħmlu jaf ikun hemm xi konsegwenzi. Mhix faċli li tieħu ċertu deċiżjioniet - imma x'inhu l-aħjar - toħodhom int jew id-destin jibda jagħtik dak li irid li jiġri? Għalhekk agħraf li sib spazju fejn int tirrefletti fuq xi trid. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-blu aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta Laktar jum negattiv għal din il ġimgħa huwa l-Ġimgħa L istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija għalik ġejja minn Aquarius Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 10, 24 u 39 Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Pjan li int tixtieq twettaq jista' jsir imma trid tagħraf tħejji sew. Taf li int ma tħobbx li xi ħaġa tmur ħazin. Taf ukoll tkun preċiż/a f 'dak li tkun trid. Peress li għandek għażla ta' żmien kieku l-aħjar torbu lejn il-festa ta' San Valentinu ħalli b'hekk int tkun ilqadt żewg għasafar b'ġebla waħda. Minn dan il-pjan tiegħek ħa tingħata spinta 'il quddiem - basta tonora dmirek iktar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija għalik ġejja minn Pisces Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 19, 26 u 38 Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Aktar ma jgħaddi żmien aktar qed titlef iċ- ċans tiegħek li tista' tirbaħ dak li bħalissa jid- her li qisu qed jintilef. Iżda jekk taraf tibda mill- aktar fis, tikkumbatti din il- mewġa li bħalissa għaddejja kontra tiegħek, hemm possibiltà li ftit ftit terġa' tibda tirbaħ lura. Mhix ħa tkun faċili imma jekk tibda minn issa tissielet, hemm dak iċ-ċans. Qatt taqta' qalbek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma il-blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija għalik ġejja minn Ar- ies Numri favoriti miegħek għal din il-gimgħa huma 8, 17, 22 u 30 Sagittarius huma magħrufin għall-abbilità orġanizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Int persuna li ma tantx tħobb tafda. Għalhekk bħalissa ara ma' min tafda ċertu kliem – b'mod speċjali waqt ix-xogħol, fejn bħalissa trid toqgħod moħħok hemm ftit aktar mis-soltu. Din is-sitważżjioni taf iġġib magħha ftit ta' tens- joni fuqek jew fuq ta' madwrek. Ovvjament kemm tista', żomm bilanċ. Din il-fażi m'għandhiex aktar minn ħmistax - imma wara xorta għaraf xi tgħid. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta L-aktar jum neġattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn L-istilla li tipprovdilek l-aħjar kumpanija għalik ġejja minn Taurus Numri favoriti miegħek għal din ġimgħa huma 6, 12, 28 u 37 Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imħabba bla tmiem (3) Jien kelli biċċa xogħol iebsa biex insir naf jekk Anna għamiltx suwiċidju jew mititx aċċidentalment. Iżda wara bosta sekwenzi sirt naf kważi x'ġara! Laqqajt flimkien lil Kristina u lil Tonio, u għidtilhom b'dak kollu li jien skoprejt. Fost l-oħrajn għidtilhom li Anna kienet ferm iddispjaċuta dwar dak kollu li intom għamiltu u kien hemm bżonn ċertu sessjionijiet biex Anna tikkalma. Waqt li Kristina aċċettat li timxi għal dak li jien ġejt mitlub isir, Tonio ddeċċieda li kontra qalbu jitlaq jgħix l-Ingilterra għax skont hu ma kienx ħa jiflaħ għal dak kollu mitlub, u pprefera li jitlaq minn Malta. Jien, Kristina u persuna oħra bdejna meditazzjoni fuq perjodu ta ġranet differenti ħalli Anna tilqa' l-istedina tagħna. Ma kinitx faċli. Fil-fatt kien hemm mumenti fejn Kristina bdiet taqta' qalbha. Imma jien wegħdta li s-sitwazzjoni titranġa u komplejna. Anna wara ħafna daħlet fiċ-ċirku magħna. Wara li Anna, dejjem issa bħala spirtu, aċċetat l-istedina. Ovvjament tlabtha biex kif tkun lesta, tilqa' il-maħfra ta' oħtha. Kien hemm ħemda kbira u l-kamra ffriżat bil-kesħa, imma jien tlabt lil kulħadd iżomm kalm. Anna tatna xi xtaqet mingħand oħtha, Kristina ħarset lejja u aċċetat. It-terpija spiritwali għada għadejja sal-lum, imma sitwazzjoni hi ħafna aħjar. Id-dar ta' Kristina hi nadifa. Il-karriera ta' Kristina kellha ċertu tibdil waqt li Tonio beda negozju għalih imma baqa' single. Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għal PaulJon għas-servizz tiegħu, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagħtu t-tweġiba tagħkom b' sms fuq 99013600 jew b'imejl fuq pauljon.aquilina13@gmail.com L-ewwel tweġiba tajba għal din il-ġimgħa tirbaħ għal xahar b' XEJN l-ILLUM bil-posta b'kollox.