Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 D awn l-ewwel xhur ta' din is-sena ser ikunu tassew impenjattivi għal Nisa Laburisti. Ser nibdew bil-Konferenza Ġenerali Annwali nhar l-Erbgħa 17 ta' Frar. L-istorja tgħallem li bħala Nisa Laburisti qatt ma ddejjaqna nressqu 'l quddiem il-fehmiet tagħna. Nafu li fil-Partit Laburista d-dibattitu miftuħ huwa dak li jagħmilna differenti minn ħaddieħor. Nifmhu li l-konfront tal-ideat huwa dak li jagħmel moviment politiku aktar b'saħħtu u rilevanti fis-soċjetà. Għalhekk matul il- Konferenza Ġenerali ser inressqu 'l quddiem żewġ mozzjonijiet li nemmnu li għandhom iservu ta' xprun kemm għall-Partit, kif ukoll għal Gvern. L-ewwel mozzjoni tittratta l-impenn qawwi tal-Gvern Laburista biex ipoggi lil pajjiżna fuq sisien sodi. Permezz ta' din il-mozzjoni, il-konferenza ġenerali ser tkun qiegħda titfa' dawl fuq kif dan l-impenn huwa rifless fl-oqsma kollha tal-ħajja - kemm soċjali, ekonomiċi kif ukoll politiċi. Ċentrali f 'din il-perspettiva hemm l-inizjattiva tal-Gvern sabiex jaġġorna l-qafas kostituzzjonali li jirregolana bħala soċjetà permezz ta' konvenzjoni msejħa sabiex din il-ħidma ma tkunx waħda tal-politiċi biss, iżda tkun waħda li tagħti l-akbar opportunità lis-soċjetà sħiħa sabiex issemma leħinha u tagħti l-kontribut tagħha. Il-qofol tal-mozzjoni, fil-fehma tiegħi, jinsab fl-appell lill-Gvern sabiex fil-ħidma tiegħu jkompli jkun progressiv - billi jaġġorna u jbiddel dawk il-konvenzjonijiet tal- imgħoddi li m'għadhomx jgħoddu għas-soċjetà Maltija tal-lum u ta' għada, b'tali mod li l-ġudizzju li jsir fuqna mill- ġenerazzjonijiet futuri jkun wieħed pożittiv għaliex it-tibdil ikun sar fl-aħjar interess ta' pajjiżna. It-tieni mozzjoni mbagħad tirrikonoxxi l-ħidma tal-Gvern u r-ritmu tajjeb ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fil-pajjiż. Il-mozzjoni tagħraf il-kisbiet miksuba, fosthom fl-oqsma tas- saħħa, edukazzjoni, l-qasam soċjali u anke dak ekonomiku u tappella lill- Gvern sabiex ikompli jżid l-impenn tiegħu f 'dawn l-oqsma sabiex nagħtu lit- Opinjoni Claudette abela baldaCChino Impenji ta' Nisa Laburisti, kisbiet tal-mara "Il-mozzjoni tagħraf il- kisbiet miksuba, fosthom fl- oqsma tas-saħħa, edukazzjoni, l-qasam soċjali u anke dak ekonomiku" Mill-'Je suis Charlie' għal ġol-kċina E mmy Bezzina reġa' spiċċa fuq l-aħbarijiet hekk kif ġriet il-kelma fuq is-siti soċjali u siti tal-aħbarijiet, inkluż dik tal-ILLUM, illi l-Awtorità tax-Xandir se tkun qed tinvestiga jew tħares mill- qrib lejn kummenti li għadda l-istess preżentatur fuq il-programm li jippreżenta. Emmy qal li din l-aħbar ma kinitx vera u minn dakinhar ma smajna xejn iktar dwar din is-suppost investigazzjoni. Ejja nħallu l-karrotti, l-piżelli u l-immarinar barra għalissa u ejja ninsew il-fatt li għal darb'oħra l-proposta ta' ċensura ħadmet favur min kien se jiġi ċċensurat. Li jdejjaqni hija l-ipokresija ta' ċerti nies. Dan il-ħafna għagħa u xokk għax xi ħadd bagħat lil xi ħadd ieħor jieħdu fuq it-TV ma tantx tinżilli tajjeb. Ma tinżillix tajjeb għax illum qed ngħixu f 'mument fl-istorja tat- televiżjoni fejn ħlief 'fuck' tiela' u 'fuck you' nieżla ma tismax. Tmur tara film u kull ħames minuti tisma kliem baxx bl-addoċċ. Imbagħad tmur sal-każin, jew sal-bar jew sal-pjazza u tisma' dagħa li tant huwa kkulurit li jħallik taħseb dwar jekk f 'dan il-pajjiż għandniex niftħu kompetizzjoni ta' min kapaċi joħroġ bl-aktar dagħwa kkulurita. Imma oħroġ il-għaġeb, malli xi ħadd jażżarda jkun naqra 'avventuruż' iżżejjed fi kliemu fuq it-TV, joħorġu s-soltu psewdo-intelletwali u moralisti skjerati jiskandalizzaw ruħhom u, biex tgħaxxaq, jipproponu ċ-ċensura. Ħa nfakkar lil dan id- defċjenti li ried jagħlaq ħalq Emmy Bezzina, illi ftit żmien ilu dan il-pajjiż flimkien mal-pajjiżi u l-midja kollha madwar l-Ewropa kienu kollha qed jitkbu pulzieri ta' paragrafi dwar Charlie Hebdo. Ħa nfakkar ukoll illi meta l-midja lokali u internazzjonali marru kollha, ġustament, jippopaw sidirhom bi flokkijiet tal-'Je suis Charle' kienu qed jappoġġjaw id-dritt li Charlie Hebdo jitnejjek u jgħaddi minn passatur ta' redikolu lill-Papa, lil Ġesu, lill-Musulmani u lill-Mohammed. Inkunu verament ipokriti minn dawk il-grassi jekk issa, wara dak il-'Je suis Charlie' kollu b'xi mod, anke jekk sottili, nippruwaw nagħlqu ħalq Emmy Bezzina għax dak li jgħid hu ma jogħġobniex. Jew agħar minn hekk, għax il-mod kif jgħid l-affarijiet mhux konformi ma' dak li aħna naraw bħala etiku, morali u elevat. U la qed nitkellmu bl- elevat u mhux elevat, il-fatt li l-popolarità tal-programm ta' Bezzina splodiet 'l fuq turi li l-maġġoranza tal- poplu hawn barra ma tantx huwa impressjonat bl-elevat u bit-taħdidiet ideoloġiċi fl-arja. Il-poplu jrid jisma' argumenti diretti, mingħajr tgħawwiġ, mingħajr diplomazija u iktar minn kollox mingħajr il-lagħqiżmu sfrenat taż-żewġ stazzjonijiet politiċi f 'Malta. X'użu fih li tiftaħ in-NET u toqgħod tisma' dak li diġà int konvint minnu għax Nazzjonalist, anke jekk il-PN jitfgħalek il-ħmieġ f 'wiċċek? X'użu fih li toqgħod tisma' l-ONE, biex toqgħod tisma' dak li int konvint minnu diġà għax Laburist, anke jekk il-PL jdendlek rasek l-isfel? In-nies m'għadhomx ċwieċ u għalkemm teżisti sezzjoni tal-popolazzjoni li tibla' kull ma' tisma', hemm ħafna oħrajn li anke jekk jibqgħu jippreferu partit minn ieħor xorta jridu jisimgħu il-verità. Il-verità li tista' tweġġagħhom imma li xorta japprezzawha għax fil- fond ta' qalbhom jafu li hija l-verità. U f 'dan il-pajjiż dan hu li jridu t-telespettaturi, dejjem aktar. Iridu jisimgħu lil min idoqqilhom iż-żewġ qniepen u lil min jurihom iż-żewġ naħat tal-munita. Il-massa m'għadhiex injoranta kif hemm min jaħsibha għax forsi jħoss li sar xi Einstein għax qara ktieb. Il-poplu llum, iktar mill-bieraħ, qed jevalwa aktar l-aġendi tan-nies, tal-programmi u tal-istazzjonijiet. U l-fatt li Emmy Bezzina sar daqstant popolari bil-programm tiegħu huwa ċertifikat ċar li l-poplu qed jibżoq is-sunnara partiġġjana u qed jitgħallem jirrispetta l-intelliġenza tiegħu nnifsu. Jekk l-istazzjonijiet politiċi jew anke ġurnali, bħal dan, iridu jikkompetu ma' Bezzina mela jridu jibdew jinżgħu l-irrilevanza tal-għamad u jilbsu ftit in-nuċċali tal- oġġettività. Kollox aħmar jew kollox blu, m'għadux moda, albert GauCi CunninGham "Inkunu verament ipokriti minn dawk il- grassi jekk issa, wara dak il-'Je suis Charlie' kollu nipprowaw nagħlqu ħalq Emmy Bezzina" "Illum ħadd mhu Alla, ma nixgħelu xemgħat quddiem ħadd, ma mmutu għall- ħadd...is-salvaturi m'għadhomx jeżistu u l-uniċi 'Missirijiet ta' Malta' huma dawk li għandhom it-tfal"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016