Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 31 Sports Mis-suq tat-trasferimenti internazzjonali... FELIPE ANDERSON: Manchester United o rew is-somma ta' xejn inqas minn £36 miljun li jammontaw għal ftit inqas minn €50 miljun għall-attakkant Brażiljan ta' Lazio, Felipe Anderson, li sploda r-rendiment tiegħu matul l-istaġun li għadda, iżda li sfortunatament għalih dan l-istaġun qed jirriżulta bħala wieħed ferm diżappuntanti. Skont dak li ġie rrapurtat fuq it-tabloid Ingliż The Sun, jidher li bis-somma li Lazio jistgħu idaħħlu mill-bejgħ ta' Felipe Anderson, huma jistgħu jagħmlu o erta tajba lil AC Milan biex jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Taljan, Stephan El Shaarawy. EMMANUEL ADEBAYOR: Ħafna segwaċi tal-futbol internazzjonali qed jistaqsu x'sar minnu l-attakkant Emmanuel Adebayor. Dan hekk kif wara li dan ingħata r-release minn Tottenham Hotspur, f'Settembru li għadda, huwa għadu mingħajr klabb. Iżda issa huwa jidher li qed jiġbed l-interess ta' xi klabbs bl-aktar interessati jkunu dawk Ingliżi ta' Watford u Crystal Palace, li jinsabu f'taqtigħa missielta bejniethom biex jakkwistaw is-servizzi ta' dan l-attakkant proli ku mit-Togo. GERSON: Fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar Roma għamlu l-ewwel akkwist u ċjali tagħhom matul din is-sena – bl-akkwist tal- mid elder Brażiljan, Gerson. Madankollu, il-futur tiegħu mal-Giallorossi għadu f'dubju. Dan hekk kif dan l-eks plejer ta' Fluminense l-Brażil, li nxtara minn Roma għas-somma ta' xejn inqas minn €17-il miljun netti, mhux se jkun jista' jilgħab mat-tim mill-kapitali Taljana qabel Ġunju li ġej. Dan minħabba li l-Giallorossi m'għandhomx spazju biex jutilizzaw plejer ieħor li mhux ġej mill-kontinent Ewropew, u għalhekk jeżistu żewġ possibiltajiet għalih - jew li jagħmel sitt xhur jittrenja Trigoria ma' Roma, iżda ma jkunx jista' jilgħab magħhom; jew inkella jista' jkun li jiġi misluf ma' xi wieħed mit-timijiet ta' Empoli, Chievo Verona, Carpi jew Frosinone. NEVEN SUBOTIC: Liverpool jinsabu interessati li jakkwistaw lid-difensur Serb ta' Borussia Dortmund, Neven Subotic. Dan il-plejer imwieled - 1998 jiskadielu l-kuntratt mal-ġganti Ġermaniżi -2018, iżda l-klabb Ġermaniż għamilha ċara li huwa mhux se jkun qed iħalli l-klabb matul dan ix-xahar. L-interess f 'dan il-plejer Serb wasal speċjalment, hekk kif jidher li l-kowċ Ġermaniż tar-Reds, Jurgen Klopp, li niftakruh jikkowċja lil Borussia Dortmund, għandu stima u duċja kbira -istess Neven Subotic. RADAMEL FALCAO: Bdew jixegħlu s-sireni mill-Major Soccer League għall-attakkant Kolombjan li jinsab b'self mingħand Monaco ma' Chelsea, Radamel Falcao, li xejn mhu qed jimpressjona magħhom, u ftit li xejn qed narawh -azzjoni bil- okk tal-Blues. Dan hekk kif it-tim Amerikan ta' Columbus Crew kitbu u ċjalment lil Monaco, fejn Falcao għadu fuq il-kotba tagħhom, biex jiksbu l-akkwist tiegħu għal kollox. MANOLO GABBIADIANI: Dan il-plejer li qed jirriżulta bħala wieħed fost l-aqwa plejers ta' Napoli matul dan l-istaġun u li jista' jixprunahom għar-rebħ tal-Kampjonat tas-Serie A tmiem l-istaġun qed jiġbed l-interess ta' bosta klabbs oħra fosthom ta' Juventus. Dan hekk kif qed jissemma' li jista' jkun hemm qbil bejn Napoli u Juventus, li storikament huma rivali kbar ta' xulxin, biex dan il-plejer jitpartat ma' Simone Zaza, li ftit li xejn qed jingħata ċans mal-ewwel 11 ta' Juventus. Iżda jidher li l-president ferm espressiv u voċiferu ta' Napoli, Aurelio De Laurentis, bl-ebda mod ma jrid iħalli lil dan l-attakkant internazzjonali jitlaq lill- Partenopei, hekk kif iqisu bħala plejer indispensabbli t-tim. MARIO SUAREZ: Liverpool kitbu u ċjalment lill-Fiorentina biex jakkwistaw lil Mario Suarez, li ftit li xejn qed jiġi inkluż mill-Viola b'dawn tal-aħħar qed jitolbu s-somma ta' €9 miljun. KHOUMA BABACAR: Crystal Palace o rew is-somma ta' €14-il miljun lil Fiorentina għall-attakkant li qed ikollu staġun mill-aqwa mal-Viola, Khouma Babacar, għalkemm dan jidher li jrid jibqa' mat-tim immexxi mill-kowċ Portugiż, Paulo Sousa. Crystal Palace qed i ttxu ferm li jsaħħu l-attakk tagħhom, fejn wara li ma ġietx aċċettata o erta li huma għamlu lill-Juventus biex jakkwistaw lill-attakkant Taljan, eks Sassuolo, Simone Zaza, huma xeħtu ħarsithom fuq dan l-attakkant ta' 22 sena mis-Senegal. OSCAR U ANDER HERRERA: Diriġenti għolja ta' Juventus jinsabu l-Ingilterra hekk kif jinsabu interessati -attakkant ta' Manchester United, Ander Herrera, kif ukoll -attakkant Brażiljan ta' Chelsea, Oscar. Jidher li teżisti iktar possibiltà li l-Bianconeri jakkwistaw lil Oscar milli lil Ander Herrera, l-aktar minħabba żewġ raġunijiet. L-ewwel waħda hija dik li Manchester United qed jitolbu s-somma ta' bejn €30 miljun u €35 miljun biex Juventus ikunu jistgħu jakkwistaw lil Ander Herera, liema somma tidher bħala waħda ferm għolja li Juventus ikunu jistgħu ja ordjaw. It-tieni raġuni hija li tidher remota l-possibiltà li Chelsea jirnexxielhom jiksbu post l-UEFA Champions League tmiem l-istaġun, li tista' twassal biex Oscar iħalli lill-Blues u j ttex tim ieħor b'ċans tajjeb li jilgħab f'din il-kompetizzjoni, fosthom dak ta' Juventus.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016