Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 11 Intervista kulħadd u fuq kull stazzjon x'ngħid għax ikun fuq it-televiżjoni." Fil-fatt il-frażijiet li juża mhumiex daqshekk gravi bħal dawk li jintużaw fil-films Ingliżi u Amerikani u anke f 'xi programmi Taljani. U filwaqt li beda jagħmel eloġju għall-ġmiel tal-lingwaġġ Malti, staqsejtu jekk il-vulgarità Maltija jqishiex bħala sabiħa. "Hemm vulgari u hemm pastaż. Li tgħid il-ħmieġ tal-ġrieden hi daqsxejn vulgari iżda aċċettabli. Iżda li kieku għidt il-ħara tal- ġrieden, dik differenti. Dik kelma repulsiva għax dak li jkun jitqażżeż. Għalkemm jien xtaqt li nuża dik il-kelma, iżda nħoss li għadna ma wasalniex f 'dak iż-żmien. Nammetti, iva, li ma tantx kont edukat meta dan il-kliem użajtu fuq ċerti nies. Imma nfakkar li dawn saħansitra ffurmaw għaqdiet bejniethom, biex iċemplu u jirridikolaw dan il-programm li qed iġib konxju lil Żeża u Ċikku ta' dak li qed jiġri verament madwarhom." L-Arċisqof jista' jkollu kumbattiment bħal ma kellu Mikiel Gonzi Emmy Bezzina qal ukoll li filwaqt li ma jaqbilx mal-kelma li uża Simon Busuttil meta għajjar lil gvern ta' Muscat mafja u saħaq li l-Kap tal-PN jiġġeneralizza wisq fil-konfront tal- Gvern meta hemm elementi li huma tajbin ukoll. Minkejja dan Bezzina qal li hu mweġġa' għal mod kif wassal il-messaġġ tiegħu l-Prim Ministru tal-aħħar tas-sena, "għax ma għandux għalfejn Joe Muscat jidħak bil-poplu." Din il-frażi fakkritni eżatt dak li qal l-Arċisqof fuq il-programm Reporter. "Charlie Scicluna kellu dritt u għandu dritt jgħid li jrid. Però kif dejjem ngħidlu, Charles oqgħod attent. Għax jekk int għandek dritt tesprimi dawn il-fehmiet iżda jekk int se tidħol f 'din l-inkwadratura tal-affarijiet lokali, allura stenna li se jkollok gwerra minn elementi li dan l-abbuż se jikkumbattuh bħalma kellu Mikiel Gonzi," kompla jgħidli Emmy. Bżonn ta' kostituzzjoni sekulari Tlabtu jgħidli kif jaħsibha dwar il-Musulmani li kienu qed jitolbu fit-triq fejn qal li ma jaqbilx u għalhekk iffaċċjajtu bil-fatt li jekk ma jaqbilx allura jfisser li jrid jwaqqaf dritt tal-espressjoni tagħhom. "Mhux dik il-kwistjoni, iżda x'inhi l-kultura ta' pajjiżna u x'inhuma t-tradizzjonijiet tagħna. Nispera li tinbidel il-kostituzzjoni fejn l-istat isir wieħed sekolari u kulħadd ikollu l-post tiegħu fejn jitlob. Iżda li tgħid li għax m'għandekx spazju tmur titlob quddiem knisja, fejn proprju jista' jweġġa' s-sentiment, hu ta' periklu immens." L-AD għadha mhix eleġibbli u l-PN huwa superfiċjali Jekk issir elezzjoni għada, Emmy lil min jivvota? "Bħalissa għandi dubju għax nixtieq nara forza ġdida politika li tinbet fil-pajjiż b'mexxej żagħżugħ. Iżda li kellha ssir elezzjoni għada, ngħidha bl-akbar responsabilità li la nivvota naħa u lanqas l-oħra. Jekk ikun hemm kandidat indipendenti li nemmen li jkollu daqsxejn ta' kredibilità nivvota lilu." Għaliex mhux l-Alternattiva? "Għax l-Alternattiva ma narahiex dik il- forza politika li tista' tagħti bis-serjetà dik it-tmexxija u pedament lil pajjiż. L-Alternattiva baqgħet inkwadrata bħala moviment. Baqgħet simbolu tax-xemx li qed tipprova tfeġġ. Għadna ma rajniex dik is-serjetà impenjattiva. Infakkrek li tnejn mill-esponenti tal-bidu tagħha, Toni Abela u Wenzu Mintoff li minħabba l-ideal tagħhom tkeċċew mill-Malta Labour Party biex iffurmaw dan il- moviment, spiċċaw biex reġgħu lura għal-Labour." "Il-Partit Nazzjonalista qed narah wisq superfiċjali. Iridu jidħlu aktar fihom infushom u joffru strateġija ta' gvern alternattiv. Naħseb li t-trijonverat b'Simon, Beppe u Mario jrid jissaħħaħ iżjed billi jissaffew dawk l-elementi li għadhom qed iġibu l-memorji tal-korruzzjoni li proprju l-poplu tagħna ħadem biex jelemina. In-Nazzjonalisti jeħtieġ jissaħħu aktar fil-kontrolli tagħhom tal-kritika lill- gvern u joffru alternattiva." Personalità li Emmy iħobb kif jgħid il-Malti 'jaqlgħalha' hi l-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca. Qal lill-ILLUM li hi ħabiba kbira tiegħu, "Jien konxju ħafna li nkun qed ngħid xi ħaġa li tista' tweġġa' ħbieb tiegħi kbar bħal Marie Louise Coleiro Preca. Imma jekk ma nagħmilx hekk, allura mhux preżentatur ta' programm li l-enfasi tiegħu hi l-verità kollha, xejn ħlief il-verità kollha, u l-verità assoluta għal kulħadd u ma' kulħadd. Ritratt: Ray Attard Bdejt nisma' t-tobba madwari jgħidu 'telaq', 'dan l-aħħar nifs tiegħu' " "