Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-masġar tal-Imtarfa ġie rijabilitat biex tħawlu numru ta' siġar indiġeni maltin bil-pjan li eventwalment dawn is-siġar indiġeni jieħdu post is- siġar aljena tal-Ewkaliptus li kienet tiddomina dan il-masġar. Bħala parti mill- proġett ta' rijabilitazzjoni ġew imħawla diversi siġar u ġew mibnija strutturi għar- rikreazzjoni tan-nies u t-tfal - bl-intenzjoni li jiġbdu l-familji tal-inħawi lejn dan il-masġar. Fl-istess ħin dawn jistgħu jitgħallmu ftit dwar in-natura permezz ta' tabelli edukattivi li twaħħlu fil-masġar b'informazzjoni dwar il-fawna u l-flora li jistgħu jaraw madwarhom. Illum, f 'dan il-masġar, wieħed jista' jara s-siġra tal-għargħar, is-siġra tal-luq, ir-riħan, ir-rand, iż-żnuber, is-siġra tal-ħarrub, id-deru u l-ġenista safra, kif ukoll għasafar, rettili u nsetti li jagħmlu użu minn din l-ekosistema. Is-siġra tal-għargħar hija siġra pjuttost żgħira li tħaddar is-sena kollha. Il-fjur tagħha m'għandhomx petali u jidhru f 'Novembru u Diċembru. Ir-riħana wkoll tħaddar is-sena kollha. Hi tagħmel fjur sabiħ abjad u jfuħ ħafna għall-ħabta ta' Ġunju u Lulju. Il-ġenista safra tikber bejn 2 u 5 metri u għandha fjur safrani li għandhom riħa tfuħ. Il-fjur jidher tard fir-rebbiegħa u matul is-sajf. Il-pjan hu li s-siġar tal- Ewkaliptus li kienu fil- masġar għal snin twal jiġu gradwalment imneħħija u minflokhom jitħawlu siġar lokali. Is-siġra tal-Ewkaliptus mhix addattata għal pajjiżna għax tiġbed ħafna ilma u għandha tendenza li toqtol kull ma jipprova jikber madwarha minħabba kimika li tinsab fil-weraq li jaqgħu fil-ħamrija u anke fl-għeruq ta' din is-siġra. Wieħed irid ukoll japprezza l-pjanti selvaġġi li tħallew jikbru u jifjorixxu f 'dan il- masġar biex iżomm ix- xeħta ta' masġar naturali u mhux ġnien pubbliku. Dan il-masġar infetaħ uffiċjalment il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall- Presidenza Ewropea tal-2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg u s-Sindku tal-Imtarfa Daniel John Attard. Borg qal li dan il-proġett sewa €280,000 u jħossu sodisfatt mix-xogħol li sar fuq dan il-masġar. Is-Sindku Attard irringrazzja lil diversi persuni li taw sehemhom f 'dan il-proġett b'mod partikolari s-segretarju eżekuttiv tal-kunsill Josette Micallef li ħadmet bla heda biex tiżgura li x-xogħol fuq dan il-masġar jimxi kif kien pjanat. Għall- okkażjoni ta' dan il-ftuħ uffiċjali kien hemm ukoll tħawwil simboliku ta' siġra tal-fraxxnu mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo u s-Sindku Attard. Fi ktejjeb ippreparat mill-amjentalist Alfred Baldacchino bit-titlu Mixja fil-masġar fl-Imtarfa wieħed isib informazzjoni dwar uħud mill-ispeċi ta' fawna u flora li jgħixu f 'dan il-masġar. Baldacchino qal li "wieħed jispera li kunsilli lokali oħra jieħdu ispirazzjoni minn dan il-masġar u naraw proġetti simili f 'lokalitajiet differenti tal-gżejjer Maltin". Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 9 Aħbarijiet SITUATION VACANT 1. Communication Manager - Full-time BirdLife Malta is seeking a full time Communication Manager to run the communications department. Duties include: Participate in the design & implementation of the organisation's strategy Supporting the various teams' communication needs Undertaking the running and participation of campaigns Manage the daily media tools such as social media Experience and qualifications required: At least 3 years experience in a similar job Graduate from a communication related degree Must be conversant in both Maltese and English Must have a high level of writing skills in both Maltese and English A meticulous and thorough nature, and able to work flexible hours 2. Office Administrator/PA - Full-time BirdLife Malta is seeking a full time office administrator/pa to undertake the day to day office duties and membership administration. Duties include: Answering the telephone and dealing with queries from the public Supporting the CEO with the administrative needs of the organisation Undertaking all membership administrative tasks Providing administrative assistance to key staff Manage volunteers under the European Voluntary Service Experience and qualifications required: At least 2 years experience in an administration job Computer Literate and meticulous by nature Highly developed organisational skills Maturity to handle a range of situations A meticulous and thorough nature Loyalty and a high level of confidentiality Those interested are asked to apply by sending a detailed CV by not later than Sunday 7th February 2016 by email on mark.sultana@birdlifemalta.org Il-masġar tal-Imtarfa jservi għar-rikreazzjoni u edukazzjoni dwar in-natura Waħda mit-tabelli edukattivi li twaħħlu fil-masġar biex jinformaw lill-pubb- liku dwar il-fawna u l-flora li jistgħu jaraw madwarhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016