Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 29 Kif mistenni, Arsenal, Manchester City u Tottenham Hotspur, fost oħrajn, irnexxielhom jiksbu post fil-ħames rawnd tal-fA Trophy. Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Calum Chambers u Alexis Sanchez. Min-naħa l-oħra l-gowl għal Burnley wasal minn Sam Vokes man-nofsiegħa logħob. Manchester City barra minn darhom f 'Villa Park għelbu lil Aston Villa bl- iskor kbir ta' 4-0, bil-gowls għalihom jaslu minn hat- trick ta' Kelechi Iheanacho, bit-tieni gowl mit-tlieta għalih jasal minn penalty, bil-gowl l-ieħor għall-Blues jasal minn Raheem Sterling fis-76 minuta. Tottenham Hotspur, barra minn darhom, għelbu lil Colchester United bl- iskor kbir ta' 4-1, bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Nacer Chadli u gowls minn Eric Dier u Thomas Carroll. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Colchester United wasal minn awto-gowl tal-plejer tal-Ispurs, Ben Davies, fit- 80 minuta. Crystal Palace ġewwa darhom għelbu lil Stoke City bl-iskor minimu ta' 1-0, bl-awtur tal-gowl għalihom ikun Wilfried Zaha fit-18-il minuta. West Bromwich Albion ġewwa darhom sfaw miżmuma fi draw ferm diżappuntanti ta' 2-2 minn Peterborough United, bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Saido Berahino. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal Peterborough United waslu minn Shaquile Choulthirst u Jon Taylor. AFC Bournemouth ma tantx impressjonaw meta barra minn darhom għelbu lit-tim inferjuri ta' Portsmouth bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Joshua King u Marc Pugh. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Portsmouth wasal minn Gary Roberts fit-43 minuta. Sports Arsenal, Manchester City u Tottenham Hotspur jagħmluha għall-ħames rawnd tal-FA Trophy RIŻULTATI FA Cup FIXTURES Is-Sibt 30 ta' Jannar Colchester U. vs Tottenham H. 1-4 Arsenal vs Burnley 2-1 Aston Villa vs Manchester C. 0-4 Bolton W. vs Leeds U. 1-2 Bury vs Hull City 1-3 Crystal Palace vs Stoke City 1-0 Nottingham Forest vs Watford 0-1 Oxford U. vs Blackburn R. 0-3 Portsmouth vs Bournemouth 1-2 Reading vs Walsall 4-0 Shrewsbury Town vs Sheffield W. 3-2 WBA vs Peterborough United 2-2 Il-Ħadd 31 ta' Jannar 14:30 Carlisle United vs Everton 17:00 MKD vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Is-Sibt 30 ta' Jannar Carpi vs Palermo 1-1 Il-Ħadd 31 ta' Jannar 12:30 ChievoVerona vs Juventus 15:00 Bologna vs Sampdoria 15:00 Genoa vs Fiorentina 15:00 Napoli vs Empoli 15:00 Torino vs Hellas Verona 15:00 Udinese vs Lazio 20:45 AC Milan vs Inter Il-plejer ta' Tottenham Hotspur Chadli jiskurja it- tielet gowl fil-logħba kontra Colchester United Angelique Kerber tixxokkja lil Serena Williams u tirbaħ l-Australian Open tan-Nisa JeKK kien hemm aħbar li xxukkjat lid-dinja sportiva f 'din is-sena li għadha kemm tibda, kif ukoll lid-dinja tennistika f 'dawn l-aħħar snin, m'hemmx dubju li din kienet dik tal-bieraħ, hekk kif it- tennista xejn stabbilita Ġermaniża, Angelique Kerber, ixxukkjat bil- kbir lis-'seed' numru 1 fir-rankings mondjali ta' tennisti nisa, l-Amerikana Serena Williams. Dan hekk kif ilbieraħ filgħodu, hija għelbitha fi tliet sets li ntemmew bi skor finali ta' 6-4, 3-6, 6-4. Rimarkabbli huwa l-fatt li Kerber għad għandha biss 28 sena u lbieraħ hija saret l-ewwel tennista Ġermaniża, li rebħet titlu Grand Slam, wara t-tennisita meqjusa bħala leġġenda f 'dan l-isport, Steffi Graf, xejn inqas minn 17-il sena ilu. Min-naħa l-oħra, din it- telfa għal Serena Williams, bla dubbju waħda mill-aqwa tennisti li pproduċa t-tennis femminili f 'kull żmien, kienet biss il-ħames waħda għaliha f '26 finali Grand Slam, biex b'hekk tilfet iċ-ċans li tikseb tragward personali rimarkabbli, billi tilħaq ir-rekord ta' 22 titlu Grand Slam mirbuħa mill- istess Steffi Graf. Huwa fatt magħruf li Serena Williams hija superjuri għal Angelique Kerber, iżda lbieraħ t-tennista Amerikana ma kinitx fil-forma tas- soltu tagħha, fejn wettqet diversi żbalji speċjalment fl-ewwl sett, u li minnhom approfittat bis-sħiħ, Kerber, biex bl-aktar mod meritat rebħet din il-finali ferm prestiġjuża fid-dinja tat- tennis femminili. Intant, dalgħodu tintlagħab il-finali tal- Open tal-Irġiel, bejn is-'seed' numru wieħed, is-Serb Novak Djokovic, u l-Brittaniku Andy Murray, biex b'hekk jinżel is-siparju fuq l-Australian Open ta' din is-sena. Il-plejers ta' Arsenal jiċċelebraw it-tieni gowl fil-logħba kontra Burnley

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016