Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Sports L-istiLLa ta' Barcelona, Javier Mascherano, laħaq ftehim mal-awtoritajiet responsabbli mit-taxxi fi spanja, li se tkun qed tassigura li huwa jevita sentenza ta' ħabs. Skont artiklu li deher fuq il-ġurnal influwenti Spanjol, 'El Mundo', Mascherano ngħata sentenza ħabs wara li deher fil-Qorti, fejn l-eks plejer ta' Liverpool u West Ham United fl-Ingilterra ġie mmultat is-somma kbira ta' €815,000. Madankollu, l-eks stilla ta' Liverpool issa ssetilja kollox mal-awtoritajiet Spanjoli responsabbli mit-taxxi, fejn sar magħruf kif bejn l-2011 u l-2012, huwa kien naqas milli jiddikjara dħul ta' €1.5 miljun. Bħalma qed jagħmlu diversi sportivi madwar id- dinja u anki politiċi fid-dinja kontemporanja, Mascherano rrikkorra għall-media soċjali permezz ta' Twitter, biex jesprimi l-opinjonijet sinċiera tiegħu rigward dan kollu. Hawnhekk, huwa saħaq li ma kienx ħaqqu li jiġi punit għall-iżbalji tiegħu marbuta ma' kontijiet bankarji tiegħu, bl-internazzjonali Arġentin jipponta subgħajh lejn min jeħodlu ħsieb il- kotba finanzjarji għal dawn l-irregolaritajiet. Fuq Twitter, Mascherano, kiteb li huwa futboler professjonali, u ma jifhimx fit-taxxi u fil-liġi marbuta magħhom. Kien propju għalhekk li biex imexxulu l-kotba finanzjarji, li fi kliemu ddeskrivihom bħala affarijiet tekniċi u kumplikati, huwa kellu jiddependi fuq persuni oħra, esperti ta' dan is- suġġett. Huwa afferma li matul il-karriera tiegħu fil-futbol, huwa kien persuna onesta, responsabbli u li kiseb ir-rispett assolut ta' sħabu l-plejers u tal-klabbs li huwa lagħab magħhom, kif ukoll tal-pajjiżi diversi li fihom għex. Stqarrija uffiċjali maħruġa minn Javier Mascherano nnifsu, u li dehret fuq is- sit elettroniku uffiċjali ta' Barcelona, tat iktar dettalji fuq dan il-każ, u kompliet titfa' iktar dawl fuq dan il-każ. Kompla joħroġ fid-deher li Mascherano tabilħaqq ma kien għamel xejn ħażin, u kien mexa skont kif titlob il-liġi. Madankollu, huwa tenna li kien gwidat ħażin mill-persuni responsabbli mill-kotba finanzjarji tiegħu, li għalkemm kellu fiduċja assoluta fihom, dawn iddiżappauntawh bis-sħiħ, hekk kif kienu l-kaġun ewlieni ta' dan l-inkwiet li l-attakkant ta' Barcelona kellu mal-awtoritajiet governattivi responsabbli mit- taxxi fi Spanja. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Javier Mascherano, tenna li issa wara li rranġa kollox ma' dawn l-awtoritajiet, jinsab fil-paċi miegħu nnifsu, iżda m'eskludiex li se jkun qed jieħu passi legali kontra l-konsulenti finanzjarji tiegħu. Meta Javier Mascherano xellef difrejh mal-liġi Spanjola Javier Mascherano fl-azzjoni bil-flokk ta' Barcelona Illum ikomplu l-Kampjonati tal-Autocross u l-Motocross f 'Ta' Qali iLLuM, l-assoċjazzjoni sport Muturi u Karozzi se tkompli bil-Kampjonati asMK Pasta Poiatti 2015/2016 fil-kumpless sportiv f 'ta' Qali bil-programm jibda fil-11am li se jkun jikkonsisti fis-sitt tellieqa bil-Karozzi autocross u t-tielet tellieqa bil- Muturi Motocross. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-Klassifiċi Autocross fejn fil-Kampjonat Nazzjonali nsibu lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo jkompli jiddomina l-klassifika b'114-il punt segwit minn Malcom Borg fuq Opel Corsa b'94 punt. Fil-Klassifika ta' Klassi B Autocross insibu lil Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa fuq quddiem bi 28 punt segwit minn Joseph Micallef fuq Opel Corsa b'20 punt. Fl- Autocross Klassi Standard għadna qed naraw lil Dean Farrugia fil-quċċata tal-klassifika fuq Citroen AX b'37 punt segwit minn Traydon Bailey fuq Ford KA bi 30 punt. Fil-Klassifika Nazzjonali Motocross naraw lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM fuq quddiem tal-klassifika b'97 segwit minn Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki bi 89 punt. Fil-Klassi B naraw lis-sewwieq Għawdxi Mario Cauchi fuq mutur Honda fuq quddiem tal- klassifika b'94 punt segwit minn Elvin Debono fuq mutur Kawasaki b'76 punt. Il-Klassi Open Motocross qed tkun iddominata minn Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki b'45 punt segwit minn Mario Cauchi fuq mutur Honda bi 38 punt. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, l-24 ta' Jannar 2016, l-Assoċjazzjoni kompliet l-attivitajiet tagħha bis-sezzjoni muturi Trials fejn din id-darba ġiet organizzata fil-Kumpless Sportiv ta' Ta'Qali. F'dan it-tielet rawnd, il-kompetituri sabu diversi ostakli li jsiru apposta minn uffiċjali u minkejja li huwa normali li dawn l-attivitajiet isiru barra mill-Kumpless xorta waħda rajna sezzjonijiet li kienu wkoll xi ftit diffiċli u tekniċi. Fi Klassi A, rajna liż- żagħżugħ Rowen Bonello fuq mutur Beta jibda tajjeb ħafna tant li l-ewwel sezzjoni għamilha 'clean'. Fit-tieni sezzjoni, daħal fl-azzjoni Damon Bonello fuq mutur Gas Gas fejn mit-tieni sezzjoni 'l quddiem kompla jiddomina sakemm rebaħ din il-klassi bi tliet punti ta' penalità segwit minn Rowen Bonello li spiċċa l-ġurnata b'40 punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas b'56 punt ta' penalità. Fi Klassi B rajna taqtigħa bejn tliet kompetituri fejn Bernard Sammut fuq mutur Beta rnexxielu jirbaħ din il-klassi bi 48 punt ta' penalità. Bernard kien segwit minn Ian Scicluna fuq mutur Beta li spiċċa l-ġurnata b'55 punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas bi 62 punt ta' penalità. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt, jew fil- paġni ta' Facebook bl- isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt mal-ASMK ukoll permezz tal-email fuq l-indirizz elettroniku, info@asmk. org.mt. Bernard Sammut fuq Beta Manuel Camilleri fuq Gas Gas Ritratti - Mario Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016