Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 3 Aħbarijiet "Neħħejna l-għanqbut imma l-brimb għadu hemm" Numru ta' qarrejja jgħidu li minkejja r-riżenja ta' Falzon l-Lands għadu mimli "brimb" minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li l-maġġoranza tal-qarrejja tal-illum.com.mt iħossu li r-riżenja ta' Michael Falzon u r-riforma mħabbra fil-Lands uriet li l-Gvern kapaċi jiddeċiedi f 'każijiet ta' governanza ħażina u saħansitra f 'każi ta' korruzzjoni, bosta qarrejja kkumentaw kif il-'brimb' f 'dan id-dipartiment għadu hemm minkejja l-bidliet li ħabbar il-Gvern. Fost l-aktar kummenti b'saħħithom kien hemm dawk ta' Victor Azzopardi li qal hekk; "Jiddispjaċini ngħid imma neħħejna l-għanqbut u l-brimb baqa' hemm." Kumment simili kien dak ta' Tania Vassallo li esprimiet id-dispjaċir tagħha għar-riżenja ta' Falzon filwaqt li qalet ukoll li minflok tneħħa l-eks Segretarju Parlamentari, il-Gvern "missu neħħa l-għanqbud u l-brimb u neħħa ċerta nies mid-Dipartiment u mill-MEPA qabel." Fl-istħarriġ tal-illum.com. mt kienu b'kollox 76.3% tal- qarrejja li wieġbu "Iva, l-Gvern qed juri li kapaċi jiddeċiedi" għall-mistoqsija: "Tħoss li bir-riżenja ta' Michael Falzon u bir-riforma mħabbra fil-Lands il-Gvern qed juri li se jiġġieled il-korruzzjoni bil-fatti?" Kienu biss 21.5% ta' dawk li vvotaw li wieġbu fin-negattiv u li jħossu illi l-Gvern ma kellu ebda għażla oħra quddiemu ħlief li jġiegħel lil Falzon jirreżenja. L-aktar sentiment komuni kien dak ta' partitarji Laburisti li bdew jilmentaw dwar kif il-Gvern ħalla wisq nies fiċ- ċivil mill-amministrazzjoni l-oħra li jistgħu mhumiex leali lejn il-viżjoni tal-Gvern preżenti. Mike Magri qal li l-istorja tirrepeti ruħha u li dak li kien ġara bin-nutar Charles Mangion lura bejn l-1996 u l-1998 qed jerġa' jiġri llum. Mary Buhagiar appellat lill-Gvern biex "jieħu ħsieb lil-Laburisti" fiċ-ċivil u ma jafdawx oħrajn li, skont Buhagiar, qed jagħmlu l-bsaten fir-roti. James Marmara kiteb illi minkejja l-kummenti li tħallew fuq is-sit il-Prim Ministru "qed jimpika" filwaqt li Joseph Laus saħansitra qal li l-għajta "Malta Tagħna Lkoll" falliet. Imma għal Laus il-falliment tal-għajta ta' "Malta Tagħna Lkoll" huwa ta' dinamika differenti minn dak ta' bosta oħrajn li jakkużaw lill- Gvern preżenti b'nuqqas ta' meritokrazija. Laus jgħid illi "x-xibka jekk tibqa' hemm, għalxejn. M'hemmx ċans ta' rebħa oħra. Ostakoli biss hemm. Fdajtu wisq. Il-Malta Tagħna Lkoll ma ħadmitx u ma ħadniex lezzjoni minn dak li kien ġralu l-eks Prim Ministru Alfred Sant." Minkejja dawn il-kummenti iżda kien hemm qarrejja oħrajn li ma kinux tal-istess fehma. Silvio Farrugia fakkar kif huwa l-Prim Ministru Joseph Muscat li jġorr responsabilità ta' dak li jiġri fid-Dipartiment tal-Artijiet. Huwa jsemmi wkoll il-każ tal- Premiere. Oħrajn ma qablux ma' dan u qalu li Muscat ħareġ ta' raġel għax ġiegħel lil membru tal-kabinett jirreżenja, kuntrarjament għal dak li kien jiġri taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. "Il-Malta Tagħna Lkoll ma ħadmitx u ma ħadniex lezzjoni minn dak li kien ġralu l-eks Prim Ministru Alfred Sant" Minn din il-ġimgħa jiftaħ proċess ta' konsultazzjoni dwar il-Lands Tkompli minn paġna 1 ISSEGRETARJU Parlamentari Schembri sostniet illi fost l-ewwel bidliet li l-Gvern irid jassigura hemm dik li permezz tagħha jkun iċċarat darba għal dejjem x'jikkostitwixxi "skop pubbliku" ta' esproprjazzjoni. Dan il- punt jissemma' fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-każ Gaffarena, fejn jgħid li tali esproprjazzjoni ma kellha ebda skop pubbliku ċar. L-eks Segretarju Parlamentari Michael Falzon kien akkużat li ma ħarisx biżżejjed dan l-iskop pubbliku fl-esproprjazzjoni tal-Gvern lil Gaffarena. Schembri qalet li l-liġi kif inhi sal-lum hija waħda vaga ħafna u miftuħa għal wisq interpretazzjonijiet. "Min jaħseb li tgħodd għalih u min jinterpretaha kif irid jew kif jaqbillu hu. Is-sistema kif inhi," tkompli tgħid Schembri, "hija miftuħa beraħ biex tagħmilha aktar faċli li jingħata trattament speċjali xi ħadd. Kif inhi s-sistema llum, xi ħadd li jrid jabbuża se jsibha aktar faċli biex jagħmel dan." Schembri qalet li jeħtieġ illi tinbidel ukoll is-sistema ta' valutazzjonijiet, li fil-fatt kienet fil-qofol tal-każ Gaffarena kif ukoll il-każ tal-Fekruna li seħħ qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali. Hija tgħid lil din il-gazzetta illi hemm bżonn ta' livelli standard għal mod kif jingħata valur lill-art jew propjetà. "Hemm bosta metodi, fosthom valutazzjoni li timxi mal-prezz tas-suq jew metodu komparattiv. Wasal iż-żmien li nimxu ma' metodu partikolari. Ma jistax jibqa' jkollna każijiet fejn fi skambju ta' propjetà jibqa' jkollok valutazzjoni ħażina li minnha jmur minn taħt il-Gvern, u allura kulmin iħallas it-taxxa." Intant ma' dan il-ġurnal hija spjegat kif minn din il-ġimgħa stess se jkun qed jiftaħ proċess sħiħ ta' konsultazzjoni fejn hi se tkun qed tisma' l-problemi u l-proposti tan-nies rigward il-bidliet meħtieġa fid- Dipartiment tal-Artijiet. Mhux se tkun sfida faċli Intant fil-kummenti tagħha mal-ILLUM Schembri ammettiet illi l-isfida illi għandha quddiemha mhux waħda faċli. "Li ġie affetwat il-Gvern u l-PL hija vera. Imma dan il-Gvern," tkompli mill- ewwel Schembri, "qed jimmira biex jibda jagħmel id- differenza f 'dan il-qasam." "Se nagħmlu bidla kbira li ma saret qatt, forsi għax mhux bidla faċli. Imma se nagħmluha u l-isfida se niffaċjawha." "Kif inhi s-sistema llum, xi ħadd li jrid jabbuża se jsibha aktar faċli biex jagħmel dan" Dell tqil fuq il-Lands wara l-każijiet ta' Gaffarena, tal-Fekruna kif ukoll ta' Edgar Farrugia li ħadulu l-propjetà fl-1999 u minflok tħallas ħaddieħor