Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Bjorn, ħa mmorru mal-ewwel għall- punt - għadkom ġejjn friski minn rebħa storika ta' 2-1 f 'logħba ta' ħbiberija ferm prestiġjuża kontra l-ġganti Olandiżi ta' PSV Eindhoven. X'fissret għalik personali din il- logħba? Ir-rebħa li ksibna kontra PSV Eindhoven, kienet logħba li żgur li se nibqa' niftakar b'mod partikolari fil-karriera tiegħi, fejn lgħabna tajjeb ħafna u konna ddixplinati ferm tattikament. Din ir-rebħa tawgura tajjeb ħafna għall-kumplament ta' dan l-istaġun u ttina stimolu akbar biex inkomplu nisfidaw għar-rebħ tal- unuri prinċipali f 'Mejju li ġej. Immorru issa għall-bidu tal-karriera tiegħek fil-futbol pass pass. Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Missieri kien jilgħab il-futbol ma' St Patrick, Senglea Athletic u anki ma' klabbs fid-Danimarka u kont immur narah meta kont żgħir. Dejjem niftakarni bil-ballun f 'saqajja u spiċċajt nilgħab jien ukoll. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' Hibernians s'issa? Naħseb li kienet waħda ta' suċċess fejn nista' ngħid li rbaħt kull unur li għandu x'joffri l-futbol Malti, fosthom il-Kampjonat Premier, l-FA Trophy u s-Super Cup. Jalla nibqgħu sejrin hekk u nirbħu iktar unuri tul il-medda tas- snin. M'hemmx dubju se tkunu fost il- favoriti ewlenin li tisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier f 'Mejju li ġej. X'tikkummenta? Iva. Naħseb li jidher biċ-ċar li aħna flimkien ma' Valletta u Birkirkara se nkunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat. It-triq hija twila fejn kulħadd kapaċi jagħti logħba u jtellef il-punti lil kwalunkwe tim ieħor. Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ Branko Nisevic? Hija relazzjoni tajba. Naħseb li l-kowċ ta' Hibernians, Branko Nisevic, huwa wieħed mill-aqwa kowċis jekk mhux l-aqwa kowċ li hawn Malta. Tattikament huwa bravu ħafna u jogħġobni ħafna l-istil tal-kowċing li jaddotta. U dik mal-president Tony Bezzina? Naħseb li l-president ta' Hibernians, Tony Bezzina, huwa li l-aktar president ta' klabb tal-futbol umli li hawn Malta. Huwa jħobb u jirrispetta lil kulħadd u naħseb li ħaqqu kull kliem ta' tifħir u rikonoxximent, waqt li bħala ringrazzjament tagħna lejh, aħna l-plejers għandna ntuh l-unuri kollha li nistgħu u li tassew jistħoqqulu. X'fisser għalik ir-rebħ tal-Kampjonat ma' Hibernians matul l-istaġun li għadda li kien propju l-ewwel wieħed fil-karriera tiegħek? Żgur li dan se jibqa' mmarkat b'ittri tad-deheb fil- karriera tiegħek propju għall-fatt li kien l-ewwel wieħed... Ir-rebħ tal-Kampjonat Premier matul l-istaġun li għadda fisser ħafna għalija. Dan hekk kif kważi rbaħnih migħajr ma sofrejna telfa, jiġiferi ma setax kien aħjar għalina. Kienet esperjenza inkredibbli u tal-ġenn għalina. Konna dejjem magħqudin u għalhekk ksibna dan l-unur. Jalla nerġgħu nirbħu l-kampjonat f 'dan l-istaġun ukoll! Induru issa għat-tim nazzjonali. Jidher li l-kowċ Pietro Ghedin għandu fiduċja kbira fik hekk kif qed narawk inkluż f 'bosta logħbiet tat-tim nazzjonali fosthom logħbiet importanti. X'inhi l-esperjenza tiegħek sa issa mat-tim nazzjonali? Hija esperjenza sabiħa ħafna li jkollok iċ-ċans li tilbes il-flokk tat- tim nazzjonali Malti. Jien għadni plejer żgħir u kull meta jiġini ċ-ċans li nilgħab ma' Malta, nipprova nagħti l-mija fil-mija tiegħi. Nixtieq nirringrazzja lill-kowċ tat-tim nazzjonali Pietro Ghedin li juri fiduċja assoluta u kontinwa fija. U r-relazzjoni tiegħek mal-plejers sħabek li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali, fosthom ma' dawk li fil- Kampjonat domestiku tissieltu ferm biex tirbħu l-unuri prinċipali bħal ngħidu aħna plejers ta' Valletta u Bikirkara? Aħna man-Nazzjonal nirrappreżentaw lil pajjiżna, u għalhekk ningħaqdu ħaġa waħda, fejn nista' ngħidlek b'wiċċi minn quddiem li aħna kollha ħbieb. Meta niġu biex nilagħbu fuq livell domestiku mad-diversi klabbs li aħna nilagħbu magħhom, fil-grawnd ma nkunux ħbieb iżda rivali ta' xulxin. Madankollu, wara li tintemm il- logħba, u nirritornaw barra l-grawnd, nerġgħu nsiru ħbieb mill-ġdid! Int irbaħt l-unur tal-Aqwa Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-MFA għal tliet darbiet fil-karriea tiegħi sa issa. X'fissru għalik dawn l-unuri personali? Dawn l-unuri personali kienu importanti ħafna għalija, għax ħdimt ħafna għalihom. Jalla nibqa' ntejjeb il-livelli tiegħi fil-futbol, ħalli forsi xi darba nirbaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena. Int taf sew lill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia għax lgħabt taħt il-gwida tiegħu fit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. X'tikkummenta fuqu? Ray 'Żażu' Farrugia huwa kowċ tajjeb ħafna. Naħseb li l-plejers iqisuh qisu kien missierhom. Huwa jagħtina kollox u mbagħad fl-aħħar mill- aħħar jitlob minna l-plejers li nġibu r-riżultati mistennija minna. Għalija 34 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Mutur f 'nofs il-grawnd għal Hibernians Cristian Antony Muscat Sports Bjorn Kristensen - jista' jiġi deskritt bħala mutur f'nofs il-grawnd kemm għal Hibernians kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti. Huwa midfielder komplet fejn it- tqassim tal-ballun eċċellenti tiegħu, kif ukoll ix-xamma għal gowl jiddistingwuh minn plejers oħra, fosthom dawk ta' età ikbar minnu. "Ir-rebħa li ksibna kontra PSV Eindhoven, kienet logħba li żgur li se nibqa' niftakar b'mod partikolari fil-karriera tiegħi, fejn lgħabna tajjeb ħafna u konna ddixplinati ferm tattikament"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016