Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 15 Opinjoni tal-mara Maltija u l-Ewropa soċjali tfal tagħna Malta aħjar minn dik li writna aħna mingħand dawk li ġew qabilna. Nisa Laburisti temmen li dawn it-temi għandhom iservu ta' dawl li jigwidawna bħala moviment fix-xhur u s-snin li ġejjin u ser taħdem spalla ma' spalla ma' dawk il- forzi kollha, politiċi u soċjali, li huma impenjati għat- tisħiħ tal-valuri li jagħmluna kburin li aħna Maltin. Jum il-Mara Ftit tal-ġranet wara, fit-8 ta' Marzu, ser inkunu msejħin sabiex għal darb'oħra niċċelebraw Jum il-Mara. Hawn min jemmen li fis- soċjetà moderna jum bħal dan m'għadux importanti. Nirrispetta din il-fehma, iżda bl-akbar rispett ma naqbilx magħha. Huwa veru li l-qagħda tal-mara fis-soċjetà Maltija llum m'għadhiex dik li kienet sa ftit tas-snin ilu. Iżda huwa daqstant ieħor veru li għad baqa' ħafna aktar xi jsir sabiex inkunu nistgħu ngħidu li qed ngħixu f 'soċjetà fejn l-opportunitajiet huma tassew indaqs bejn is-sessi. U la qegħdin nitkellmu dwar dan, tajjeb li nirriflettu ftit dwar anniversarju importanti li ser nikkommemoraw is-sena d-dieħla. Is-sena 2017 ser taħbat is-70 sena minn meta l-mara Maltija għall-ewwel darba kisbet saħħa politika permezz tal-vot. Anki dakinhar kellu jkun il-Partit Laburista li mexxa 'l quddiem din ir-revoluzzjoni soċjali. Quddiem bosta oppożizzjoni u xkiel, it-Tabib Boffa u sħabu ma qatgħux qalbhom u bil-ħidma tagħhom bidlu wiċċ Malta għal dejjem. Hekk ser nibqgħu nagħmlu fis-snin li gejjin. Din hija l-missjoni tagħna. Dan huwa d-destin tagħna. Mhux ser naqtgħu qalbna għaliex nafu li minkejja kull oppożizzjoni, magħqudin nistgħu negħlbu kull xkiel. Ewropa Soċjali? Jien nemmen f 'Ewropa soċjali. Ewropa fejn fiha n-nies jiġu qabel il- profitti. Ewropa fejn min hu fil-bżonn jista' jfittex l-għajnuna mingħajr biza' jew umiljazzjoni. Sfortunatament iżda, aktar ma jgħaddi żmien aktar qed ninkwieta li d-direzzjoni li qabdet l-Unjoni Ewropea mhix dik li fasslu dawk li, wara l-orrur tat-Tieni Gwerra Dinjija, ħasbu li t-triq 'il quddiem setgħet tkun biss dik tas-solidarjetà. L-Ewropa li qed ngħixu fiha ma tantx tidher li qiegħda fil-vena tas- solidarjetà. Taħt il-piż ta' mewġa kbira ta' nies iddisprati li qedgħin jaħarbu mill-orrur li qed jaħkem is- soċjetajiet tagħhom, qedgħin naraw jerggħu jinbtu fl- Ewropa movimenti u linji ta' ħsieb li konna ħsibna li għelibna minn fosta darba għal dejjem. Dan huwa żvilupp li tassew għandu jħassibna lkoll. Claudette Abela Baldacchino hija l-President ta' Nisa Laburisti "Is-sena 2017 ser taħbat is-70 sena minn meta l-mara Maltija għall- ewwel darba kisbet saħħa politika permezz tal-vot" ġol-kċina t'Emmy Bezzina skada. Issa naturalment dan ma jfissirx li t-tgħajjir, speċjalment l-istedina biex telespettatur imur jaqbeż minn sur huwa tajjeb. Anzi, altru milli tajjeb. Fil-fatt kien ferm rifreskanti li fl-aħħar programm tiegħu Bezzina, minflok infexx jgħajjar lil min ippersista jesebixxi l-injoranza tiegħu, kien sarkastiku. Is-sarkażmu hija għodda ħafna iktar qawwija mill-kliem goff, anke jekk xi kultant tiżbel u tuża xi erba' kelmiet goffi sew. Il-poplu qed jitkellem. Qed ikellem lilna li naħdmu fil-midja u qed jagħmilha ċara. Jew titkellmu bil- lingwa tagħna (mingħajr vulgarità żejda) u twasslu l-għajta tagħna, jew ma nagħtux kaskom iżjed. Jew tkunu oġġettivi jew inqalbulu. Aħjar nisimgħu l-verità bi kliem iebes milli gidba mżejna bi kliem elevat, diplomatiku u sabiħ. Illum ħadd mhu Alla, ma nixgħelu xemgħat quddiem ħadd, ma mmutu għall- ħadd ħlief għall-familja. Is-salvaturi m'għadhomx jeżistu, u l-uniċi 'Missirijiet ta' Malta' huma dawk li għandhom it-tfal, fis-sens litterali tal-kelma. Illum kull politiku huwa miftuħ għall-iskrutinju, kull politiku miftuħ għall-kritika u rridu nisimgħu nies li se jikxfulhom l-għawar. Min qed jiddejjaq bil- programm ta' Emmy qed jipprova jwaqqgħu għaż- żufjett, għax mingħalih li biż-żufjett se jmewwet ftit mill-punti li jagħmel, li jistgħu qed joqorsu wisq fil-laħam il-ħaj. U min qed jiddejjaq propona, fl-Awtorita' tax-Xandir, li tinfetaħ investigazzjoni, kontra l-ispirtu ta' 'Je suis Charlie'. Ħafna nies l-għażla tagħhom għamluha. Jippreferu jkunu fil-kċina ta' Emmy anke jekk hu xi naqra teatrali żżejjed u xi ftit jew wisq eċċentriku, imma li qed jgħidilhom il-verità, milli fil-kċina ta' xi ħadd li qed jipprova jbellagħlhom ir-ross bil-labra u, biex nużaw kliem Emmy stess, jitrattahom ta' 'basal immarinati fil-ħmieġ tal-ġrieden'. Albert Gauci Cunningham huwa l-editur tal-ILLUM "Il-fatt li Emmy sar daqstant popolari bil-programm tiegħu huwa ċertifikat ċar li l-poplu qed jibżoq is-sunnara partiġġjana"