Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta diżappuntat bit-trasport pubbliku Minflok kull nofs siegħa, is-servizz bin-numru 133 qed jopera kull siegħa Il-KunsIll lokali tal- Belt Valletta is-servizz bin-numru 133 wera d-diżappunt u d-dispjaċir bis-sistema preżenti tat- transport pubbliku fid-dawra u fit- toroq prinċipali tal-Belt. Dan is- servizz bin- numru 133 li kien jaqdi lil-pubbliku kull nofs siegha b'servizz lejn terminus prinċipali kif ukoll lejn iċ-Ċentru tas- Saħħa fil-Furjana, issa qed jopera kull siegħa. Il-kunsill ilmenta wkoll għall-fatt li dan is-servizz m'għadux jidħol fi-toroq prinċipali, iżda jdur biss mad-dawra tal-Belt. Huma lmentaw ukoll li dan qed jieqaf kmieni, minflok kif kien sa ftit tal-gimgħat ilu. Il-Kunsill qal fi stqarrija li qed jirċievi lmenti dwar inkonsistenza fil-ħinijiet kif ukoll in-nuqqas ta' stages adekwati. Dan qed iwassal għal tbatija u inkonvenjenza lill-komunità Beltija, speċjalment dik anzjana u dawk bi bżonnijiet speċjali, li qed isibu diffikultà biex jaslu kemm fiċ-ċentru tas-Saħħa, kif ukoll fit- terminus prinċipali fid-daħla tal-Belt. Il-Kunsill qal li ilu xhur sħaħ jipprova jwassal dawn l-ilmenti lill-awtoritajiet responsabbli mingħajr ma' jieħu tweġiba pożittiva. Dan l-ilment jingħaqad ma' ħafna lmenti oħra dwar is- sistema preżenti tat- trasport pubbliku. Fis-17 ta' Jannar din il-gazzetta ppublikat diversi ilmenti tal- pubbliku li juża s-sistema tat-trasport pubbliku li qed isibu pandemonju totali fis- servizz. Is-suq tal-propjetà jkompli jikber fin- Nofsinhar Il-MInIstru għad- Djalogu soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u libertajiet Ċivili Helena Dalli, u s-segretarju Parlamentari għall- Kompetittività u t-tkabbir Ekonomiku José Herrera inawguraw il-ftuħ ta' uffiċċju ġdid ta' sapphire real Estate Agents, aġenzija tal-propjetà ġdida f 'dan il-lokal bl-għan ewlieni li tirriġenera r-raħal u n-nofsinhar ta' Malta. Il-fundatriċi u direttriċi tal-aġenzija, Jane Chircop, qalet li hi kburija li tiftaħ l-ewwel aġenzija tal-propjetà fil-lokalità ta' Marsaxlokk. "Dan l-uffiċċju ser ikun amministrat minn ħaddiema minn dan ir-reġjun, kif ukoll ser jgħin lil-lukandiera fl-akkomodazzjoni, negozji li jaħdmu fis-settur tar- restawr ta' dawn id-djar hekk speċjali, filwaqt li aħna komessi u determinati li nkomplu naħdmu sabiex inbigħu u nsalvaw dawn id-djar sabiex jiġu rinovati u abitati, u għaldaqstant jitgawdew fil-glorja tagħhom u kif jixirqilhom," qalet Chircop. Il-Ministru Helena Dalli faħħret l-inizjattiva tal- kumpanija Sapphire Real Estate. Qalet li l-ftuħ ta' dan l-uffiċċju f 'Marsaxlokk fil-qasam tal-bejgħ u kiri tal-propjetà għal turiżmu residenzjali jaqbel mal- viżjoni li għandu l-Gvern biex jgħin l-ekonomija fin- Nofsinhar ta' Malta. Il-Ministru Dalli qalet li dan il-proġett huwa eżempju ċar ta' kif in-nisa jistgħu jagħmlu suċċess fil-qasam imprenditorjali u semmiet li fil-Budget il-Gvern ħabbar li ser ikun qiegħed jagħti inċentivi fiskali sabiex jinkoraġġixxi lin-nisa jidħlu fl-imprenditorija. Dalli tkellmet dwar il-miżuri tal-Gvern intenzjonati biex jinkoraġġixxu aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol fosthom childcare bla ħlas, inizjattivi qabel u wara l-ħin tal-iskola u t-twaqqif tal-fond għal-leave tal- maternità li qed ineħħi kull diskriminazzjoni li kienet teżisti fil-konfront tan-nisa meta jmorru jfittxu impjieg. Min-naħa tiegħu, is- Segretarju Parlamentari José Herrera qabel mal-Ministru Dalli u tkellem dwar il- viżjoni ta' dan il-gvern fil-qasam tal-proprjetà u s-servizzi ekonomiċi relatati miegħu. Faħħar lil din il- kumpanija rigward l-għan tagħha li mhux biss tagħmel il-qligħ u tgħin iddawwar ir-rota ekonomika ta' pajjiżna, iżda li dan tagħmlu b'mod sostenibbli u li tieħu ħsieb iżżid il-valur tal-istess propjetà u l-madwar. Herrera saħaq dwar kemm is-suq tal-propjetà huwa importanti għal pajjiżna hekk kif dan għamel aktar minn €1.9 biljun bejgħ fl-aħħar sena, nofs biljun aktar mis- sena ta' qabel. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT xxxx

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016