Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

L -iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar kien ilha tgawdi reputazzjoni għal taħlit eżemplari ta' etniċità għal bosta snin. Iżda dan l-aħħar kienet kontaminata minn rappurtaġġ razzista. Il-midja (jew ċerti taqsimiet tagħha) daħlet kompliċi meta tat pubbliċità lil omelija li għamel saċerdot fis-sens li l-istudenti mhumiex jitħallew jieklu ħobż bil-perżut biex ma jurtawx lil sħabhom tfal Musulmani. Anzi, dan il-ministru reliġjuż, li suppost li jaf sew l-episodju ta' Kristu u s-Samaritana, mexxieha li t-tfal Musulmani qed jintimidaw lil sħabhom Maltin talli jieklu l-perżut. Inċidentalment jew le, il-kumment tas-saċerdot ħabat mal-protesta tal-hekk imsejħa Għaqda Patrijotti Maltin, li bil-bnadar iperpru fir-riħ, inġabru fl-Imsida fejn kienu qed jitolbu mijiet ta' Musulmani, fis-sliem u d-devozzjoni għar-reliġjon tagħhom. Skont l-Għaqda, Malta qed issofri minn "invażjoni Islamika." Din il- paranojja hi l-mudell perfett biex it-tfal, minn età żgħira, ikunu kondizzjonati minn adulti li ma jistgħux jaċċettaw li Malta tista' tkun pajjiż eżemplari ta' taħlit etniku. Sadanittant, l-awtoritajiet u l-amministrazzjoni tal- iskola ta' San Pawl il-Baħar, ċaħdu għal kollox it-trewwiħ despikabbli tal-predikatur li kien ibbakkjat minn sorsi tal- lemin fil-media elettronika. L-opportunità li tilef il- Gvern ta' Muscat Meta rebaħ l-aħħar elezzjoni b'marġni ta' 36,000 vot, Joseph Muscat kellu l-opportunità kollha biex ibiddel radikalment il-mod ta' kif issir il-politika f 'Malta. Il-poplu kien imdejjaq fuq li mdejjaq bil-gvern ta' Gonzi PN; kien imxebba' bl-arroganza tal-Ministri madwar Gonzi u kien iddiżgustat jarahom jagħtu lilhom infushom żidiet ta' mijiet ta' ewro fil-ġimgħa meta ż-żgħir kien qed jittewweb fil-marġni tal-faqar, jew taħthom. Il-poplu emmen il- propaganda tal-kampanja "Malta Tagħna Lkoll" li vara l-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-2013. Iżda d-diskors kollu dwar governanza ġusta, garanziji ta' trasparenza u t-tqassim deċenti tal-ġid tar mar-riħ. Il-poter ħakem lill-Gvern ta' Joseph Muscat, li beda jikkommetti awto-gowl wieħed wara l-ieħor: L-agħar skandli bdew iseħħu fil-qasam tal-ambjent u n-negozju tal-artijiet: l-Australia Hall, il-binja lil Gaffarena, il- Cafè Premiere, l-artijiet ODZ (l-aktar Żonqor Point) flimkien ma' konsulenzi b'pagi astronomiċi lill-ħbieb li kienu għenu lill-PL jieħu l-Gvern. L-aktar kelma korrenti saret "korruzzjoni". Intilfet l-opportunità ta' politika nadifa u onestà. Ma nistax nifhem kif f 'diversi każi Joseph Muscat kellu jinġieb f 'rokna, dahru mal-ħajt, biex jieħu l-azzjoni li kellu jieħu. Sakemm qagħad jistenna kif l-aħjar jirreaġixxi, dawk l-eluf kbar ta' voti li għaddew mill-PN lejn il-PL bdew jitnaqqru u għadhom jitnaqqru. Ikun iblah min jaħseb li l-poplu se jibqa' b'subgħajh f 'ħalqu għal dejjem. Il-kummenti diviżivi tal- Arċisqof Ħalli nkun onest. Sa mill- bidu, qatt ma kelli grazzja mal-Arċisqof Charles Scicluna. Jidher bniedem paxxut, b'wiċċu tond u ruxxan u mbiegħed għal kollox mix-xbiha umli u xipli ta' Kristu fqir li jimxi u jiekol ma' nies sempliċi, ħaddiema li jbatu għall-ħobża ta' kuljum. Scicluna m'għandux il- problema tal-faqar u l-ġuħ u għalhekk ma jistax jitkellem b'onestà dwar it-tbatija u l-ħniena. Komplejt ikkargajt l-antipatija tiegħi meta l-Arċisqof beda jagħmilha tal-klawn jew ismart guy li minħabba l-"umoriżmu" niggieżi tiegħu, it-Times kienet ratu bħala Bubbly Charlie, karikatura ta' x'għandu jkun mexxej spiritwali. Ma jitlifx opportunità li jitfa' l-botti politiċi, xi ħaġa diviżiva li tista' tiftaħ mill- ġdid pjagi qodma li għadhom ma nixfux. Kristu qatt ma nibex lil dawk li kellhom f 'idejhom il-poter ċivili, imma Scicluna, ta' bniedem pompuż li hu, jiftaħar li hu mhux it-tip li jingħalaq f 'sagristija. Jippreferi r-rifletturi u l-kameras tat-televiżjoni. Le. Scicluna ma jfakkrekx fi Kristu. Żgur ma tistax timmaġinah jiżżeblah, jissawwat u jissallab. Bubbly Charlie jippreferi xi torta tajba moħmija d-dar. Il-ktieb tal-Papa Arġentin Skont l-attur komiku Roberto Benigni, il-ktieb/ intervista li ħareġ il-Papa Franġisku ('Il nome di Dio è Misericordia') ifisser li "qisek qed iġġorr lill-Papa Arġentin fil-but". L-enfasi tal-ktieb tinsab fuq il-ħniena, fuq Knisja b'idejha miftuħa għal kulħadd. Il-Papa jfakkar li Kristu ma ġiex għat-twajbin, imma għall- midinbin. Il-ktieb diġà ngħata pubbliċità qawwija mill-midja internazzjonali u fakkar, fuq ton soċjo-politiku, li m'hemmx paċi mingħajr ġustizzja. Propju, propju Fl-Awards televiżivi tas-Sena jmissu jiddaħħal premju għal dawk il-preżentaturi li ma jafux jgħidu sentenza waħda mingħajr ma jippunteġġjawha b'xi tnejn, tlieta jew erba' "propju". Ewlenin fost il-finalisti żgur għandu jkun hemm dawk li jippreżentaw il-programmi sportivi. Imma mbagħad hemm oħrajn bħala kandidati. Fost il-programmi fuq quddiem hemm TVAM, Newsfeed, Niskata, Meander, eċċ. Ngħid għalija, l-premju għandu jittieħed minn Norma Saliba, Louise Tedesco u Lisa Spiteri. Dawn huma propju kandidati li ta' min jikkunsidra. Jekk jirritawk, dejjem tista' taqleb l-istazzjon. 18 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Kif tikkundanna lit-tfal bl-odju etniku Opinjoni MEDIASPOT Minn MariO azzOpardi "Il-poter ħakem lill-Gvern ta' Joseph Muscat, li beda jikkommetti awto-gowl wieħed wara l-ieħor" "Ma nistax nifhem kif f 'diversi każi Joseph Muscat kellu jinġieb f 'rokna, dahru mal-ħajt, biex jieħu l-azzjoni li kellu jieħu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016