Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
32 illum Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Sports "Dħalt għal din l-isfida biex ngħin lil Gżira United jitilgħu Premier" - Ian Zammit Ftit tal-jiem ilu l-attakkant ian Zammit, ingħaqad mat-tim mill- Ewwel Diviżjoni, Gżira United, mingħand Mosta. Zammit huwa prodott ta' Valletta fejn iddebutta magħhom lura fl-istaġun 2003/04. Huwa lagħab ukoll b'self ma' Mosta, waqt li kien lagħab ukoll għal sitt xhur ma' Ħamrun Spartans fl-istaġun 2009/10 kif ukoll sitt xhur oħra, din id-darba ma' Sliema Wanderers fl-istaġun 2012/13. tajjeb ngħidu li kien hemm numru ta' klabbs oħra interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer, inkluż klabbs mill- Kampjonat Premier. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Ian Zammit innifsu fejn kien pront staqsieh għaliex ħalla lil Mosta u x'kienet id- deċiżjoni li wasslitu biex jingħaqad ma' Gżira United b'mod permanenti. Huwa afferma li: "Ir-raguni li tlaqt lill- Mosta kienet għax huma qed jaffrontaw problema finanzjajra, u jien għażilt li nwaqqaf il-kuntratt minn magħhom, ħalli bħal speċi niffrankalhom erba' xhur paga. Kollox ma' kollox, dik kienet il-problema. Il-bqija, nixtieq nirringrazzjahom ta' kollox! Għażilt lil Gżira United, għax mill-affarijiet li huma wrewni, jidher li jridu jitilgħu Premier bis- saħħa, u mhux talli hekk biss, imma jridu wkoll ikomplu jkabbru u jsaħħu dejjem iktar il-klabb tagħhom." "Kelli offerti oħrajn minn klabbs mill-Premier, iżda għażilt sfida ġdida fil- karriera tiegħi tal-futbol. Dan għax jien qatt ma lgħabt fl-Ewwel Diviżjoni, imma dħalt għal din l-isfida biex ngħin lil Gżira United jitilgħu Premier. Fl- aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill- president ta' Gżira United, Sharlon Pace, kif ukoll lill-kowċ, Darren Abdilla, u lill-kumitat tal-istess tim, tal-fiduċja assoluta li huma urew fija," temm jgħid Ian Zammit. Rimarkabbli huwa l-fatt li Ian Zammit irnexxielu jsib ix-xibka wara biss seba' minuti logħob, propju fl-ewwel logħba li kien involut fiha bil- flokk tal-Maroons, valida mill-FA Trophy kontra St Andrews nhar l-Erbgħa 20 ta' Jannar, fejn Gżira United sfaw megħluba bl-iskor ta' 5-3 wara l-għoti tal-penalties, biex b'hekk sfaw eliminati minn din it-tieni kompetizzjoni l-aktar importanti fil- futbol lokali. Dan kien biss ftit sigħat wara li l-istess attakkant ffirma l-kuntratt li se jkun qed jorbtu b'mod permanenti ma' Gżira United. Ian Zammit flimkien mal-president ta' Gżira United, Sharlon Pace Li Stevie Camilleri huwa wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa plejer li qatt ipproduċa l-waterpolo f 'Malta, ftit li xejn kien hemm dubju. iżda li dan l-istess plejer jispiċċa bħala l-aqwa skorer tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo, kienet xi ħaġa li forsi ftit kienu jaħsbu li din setgħet tabilħaqq issir realtà. Dan hekk kif f 'dawn il- kampjonati ħadu sehem uħud mill-aqwa plejers tad-dinja fejn jidħol dan l-isport akwatiku, fosthom dawk Serbi, li spiċċaw biex rebħu l-istess kampjonati, kif ukoll plejers oħra ġejjin mill-Montenegro, il-Kroazja, l-Italja, Spanja u l-Ungerija fost oħrajn. Stevie Camilleri li jilgħab b'mod professjonali mat-tim minn Sirakuża fi Sqallija, Ortigia, fl-ogħla diviżjoni tal-waterpolo Taljan, is-Serie A1, skorja 21 gowl minn seba' partiti f 'dawn il-kampjonati, biex b'hekk għadda b'żewġ gowls lill-plejer Ungeriż, Denes Andor Varga, li skorja 19-il gowl. Il-21 gowl għal Camilleri f 'dawn il-kampjonati Ewropej waslu hekk: seba' gowls fir-rawnd preliminari u 14-il gowl fil-partiti ta' klassifikazzjoni għall-pożizzjonijiet finali. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Stevie Camilleri nnifsu fejn talbu l-kummenti tiegħu kemm rigward x'fisser għalih dan it-tragward personali ferm prestiġjuż, kif ukoll x'fissret għalih l-esperjenza mat-tim nazzjonali b'mod ġenerali, speċjalment għall-fatt li Malta rnexxielha ttemm fil-15-il post f 'dawn il-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo, li fihom ħadu sehem l-aqwa timijiet tal-Ewropa ta' dan l-isport popolari. Huwa afferma li: "Ninsab sodisfatt u onorat ħafna b'dan it-tragward personali li rnexxieli nilħaq, iżda l-aktar grat. Jien sodisfatt għax dan kien tragward li ssetjajt għalija nnifsi u li rnexxieli nilħaq permezz ta' ħidma intensiva, dedikazzjoni u determinazzjoni. Jien onorata għax irrappreżentajt lil pajjiżi fl-ogħla livell tal- waterpolo, u li saħansitra għaddejt bil-gowls lil uħud mill-aqwa plejers tal- waterpolo fid-dinja. Ninsab grat għal dawk kollha li urew is-sapport u l-gratitudni tagħhom kemm lejja personali kif ukoll lejn il-plejers sħabi tat-tim nazzjonali. Iżda l-aħħar ninsab grat għal dawk il-persuni li huma l-aktar viċin tiegħi, b'mod partikolari, il-familja tiegħi, il-partner tiegħi, kif ukoll it-tifel tiegħi. Nittama li rnexxieli npattielhom bl-aħjar mod possibbli s-sagrifiċċji li huma għamlu, hekk kif nista' ngħid b'wiċċi mill-quddiem, li dan it-tragward personali li jien irnexxieli nilħaq, huwa tagħhom daqs kemm huwa tiegħi nnifsi," temm jgħid Stevie Camilleri. Stevie Camilleri fl-azzjoni fir-rebħa storika ta' 14-13 li kisbet Malta fuq it-Turkija fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo. Meta Stevie Camilleri spiċċa l-aqwa skorer tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo "Naf li mhux se tkun esperjenza faċli, però ninsab ottimist ħafna" - Stefano Grima Ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar kif Stefano Grima kien ħa t-tmun tal-Klabb tal-Ewwel Diviżjoni, San Ġwann, wara li dawn kienu neħħew minn din il-kariga lill-kowċ Edmond Lufi. Niftakru li l-istess Stefano Grima kien beda dan l-istaġun fit-tmexxija ta' San Ġwann bħala kowċ, iżda imbagħad kien tneħħa biex postu ħadu l-kowċ Clive Mizzi. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Stefano Grima nnifsu fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida tiegħu bħala kowċ ta' San Ġwann. Huwa saħaq li: "Naf li mhux se tkun esperjenza faċli, però ninsab ottimist ħafna. Persważ li Edmond Lufi ta dak kollu possibli għall-klabb ta' San Ġwann, u għamel xogħol siewi ħafna u jien se nkompli naħdem fuq dak li bena hu. Il-pjan tal-klabb huwa dak li nkomplu naħdmu fuq il-prodott tan-nursery tal-klabb, fejn nagħtu spazju liż-żgħażagħ promettenti u li ħaqqhom jagħmlu l-grad bi pjan fit-tul. Biex nagħmel dan, se nkun qed naħdem mal-istaff tiegħi, l-assistenti tiegħi Jonathan Sant u Sandro Zammit Fava, assistenti oħra li għandhom irwoli differenti u speċifiċi u Malcolm Vella, li huwa l-kowċ tal-goalkeepers. Fl-aħħarnett, nixtieq nirringrazzja lill- president Jason Borg u lill-kumitat kollu tal-fiducja kollha li huma wrew fija," temm jgħid Stefano Grima. Il-kowċ il-ġdid ta' San Gwann, Stefano Grima