Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Sports minn Cristian Antony Muscat Qormi ....................... 0 Naxxar L ................... 5 Naxxar Lions umiljaw lil Qormi, meta għelbuhom bl- iskor kbir ta' 5-0. Kienu propju huma li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-11-il minuta, meta cross- shot ta' Eduardo Vellacillo Casado, ġie milqugħ b'ċerta diffikultà mill-goalkeeper żagħżugħ ta' Qormi, Andreas Vella. Qormi rrispondew minuta biss wara permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa ta' Kurt Magro, li għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill- goalkeeper ta' Naxxar Lions, Julian Azzopardi. Naxxar Lions reġgħu ħolqu l-periklu fis-37 minuta, meta minn cross-shot insidjuż ta' Angus Buhagiar għal ġol- kaxxa, ħadd mill-plejers sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun. Fit-42 minuta t-team immexxi mill-coach Clive Mizzi fetaħ l-iskor meta wara li rċieva minn cross mil-lemin ta' Angus Buhagiar, għola tajjeb Demba Toure, li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża u b'saħħitha, qabbeż l-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Qormi, Andreas Vella, li nqabad ftit barra minn postu. Fl-54 minuta cross-shot ta' Xhoeijan Cekaj, ħabat ma' id id-difensur ta' Qormi, Alessio Cassar, biex b'hekk ir-referee Clayton Pisani, ordna penalty. Mill-11- il metru nkariga ruħu Demba Toure, li ma żbaljax, meta tefa' l-ballun naħa u l-goalkeeper Andreas Vella, in-naħa l-oħra. Fit-63 minuta, il-Lions għamluhom tlieta meta minn tentattiv lejn il-lasti tal-player ta' Naxxar Lions, Eduardo Vellacillo Casado, id-difensur ċentrali ta' Qomri, Ousmane Sidibe, u l-goalkeeper Andreas Vella ma ftiehmux bejniethom, u fit-tentattiv li jikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu, id-difensur mill- Guinea tefa' l-ballun fil-lasta tiegħu stess, biex b'hekk irriżulta awto-gowl sfortunat. Fis-76 minuta, Qormi komplew ikabbru l-marġni tal-iskor meta minn cross ta' David Fenech, il-ballun spiċċa għand Demba Toure, li mill-viċin tefa' ġewwa biex b'hekk irreġistra hat- trick personali. Il-Lions għamluhom ħamsa fis-87 minuta permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin ta' Xhoeijan Cekaj. Qormi - Vella, Cassar (Barbara 73'), I. Micallef, R. Micallef, Magro, Leeflang Boestra, Gauci, Olawale Ojuola, Sidibe, Viggiani (Vella 61'), Yankam Naxxar - L. Azzopardi, Scicluna, Grech, Vellacillo Casado, Toure (Debono 85'), Godar Pereira, D. Fenech (M. Fenech 88'), Buhagiar, Hamutenya, Tasic, Cekaj Referi Clayton Pisani DEMBA TOURE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fil-31 ta' Diċembru 1984 fis-Senegall. Qabel ingħaqad ma' Naxxar Lions, f 'pajjiżna lagħab ukoll ma' Valletta, Birkirkara u Tarxien Rainbows. Skorja hat-trick personali f 'dan il-konfront kontra Qormi. Naxxar Lions jumiljaw lil Qormi Ritratt - Ray Attard Azzjoni mill-konfront bejn Qormi u Naxxar Lions

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016