Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 L -avukat ta' 65 sena u missier ta' sebat ulied, Emmy Bezzina bħalissa jinsab fuq fomm kulħadd. Hu l-aktar persuna popolari bħalissa iżda dak li it jafu dwaru huwa l-fatt li Emmy, sena u nofs ilu, miet. Iva, f 'Settembru tal-2014 Emmy Bezzina tah attakk kbir f 'qalbu "fejn żvinajt u kellhom jagħtuni 19-il borża demm. U kulħadd iddikjara li ma kontx se ngħix ġurnata oħra f 'perjodu ta' seba' ġimgħat. Bdejt nisma' lil ta' madwari jgħidu 'telaq', 'dan l-aħħar nifs tiegħu'. Mitt erba' darbiet u rxuxtajt erba' darbiet. Esperjenzajt xi tfisser li tkun qed tmut. Illum għall-grazzja t'Alla qiegħed hawn mimli enerġija anke jekk qed ngħix b'nofs qalb għax nofsha mejta u b'żewġ arterji jaħdmu flok tlieta." Dan hu Emmy Bezzina li ltqajt miegħu fl-uffiċċju tiegħu l-Belt li minn din l-esperjenza trawmatika li kellu baqa' ma qatax qalbu u ma bidlet xejn mill-karattru esplożiv tiegħu. Il-programm 'Il-Parlament tal- Poplu' sploda fl-udjenza tiegħu sforz l-istil 'uniku' ta' kif jikkritika lill- Gvern, lill-President tar-Repubblika, lil xi membri tal-kleru, speċjalment lill-Arċisqof li hu jsejjaħlu Charlie jew Charles, kultant lill-Oppożizzjoni u lil dawk li jipprovaw jirridikolawh fit-telefonati tagħhom. Kliem bħal 'piżella' u espressjonijiet bħal 'basal immarinat fil-ħmieġ tal-ġrieden', fost oħrajn, spiċċaw fuq ilsien kulħadd u spiċċaw bħala parti mil-lingwaġġ urban tal-pajjiż. Dan kollu wassal biex ħarġet fil-beraħ l-aħbar li l-programm tiegħu kien qed jiġi investigat mill-Awtorità tax- Xandir u l-popolarità tiegħu kompliet tisplodi meta wiċċu sar familjari fuq kull stazzjon tat-televiżjoni fejn diversi preżentaturi riedu jirkbu xi ftit fuq iż-żiemel rebbieħ tal-mument li jidher li jista' qed jiġri b'kulħadd, f 'dawk li huma udjenzi televiżivi. "Nista' nassigurak li l-programm mhux se jieqaf għax nemmen fil-verità. X'hemm ħażin li xi ħadd tgħidlu basla, idjota, piżella u baħnan u ġġib ftit tbissim għal dawk l-imsejkna li ma jifhmux l-importatura ta' dik il-frażi. Kienu erba' nemliet infettati li ħolqu din il-ħrafa tal-programm tiegħi qed jiġi investigat". Bezzina qal li meta jgħid dawn in-nemliet, qed jirreferi għal xi ministri, membri parlamentari, spekulaturi u xi membri tal-kleru li ma kinux qed jieħdu gost bil-verità. Emmy Bezzina ilu fix-xena tax- xandir minn meta kellu sitt snin u ħadem bħala attur f 'diversi drammi, anke dawk televiżivi. L-aħħar li deher bħala attur kien fil-parti tal-avukat fid-drama klassika 'Il-Madonna taċ- Ċoqqa'. "Jiena personalità televiżiva li bnejt esperjenza li meta nidħol biex nagħmel il-programm qas inkun naf fuq liema suġġett se nitkellem. Iżda jien naġġorna ruħi billi naqra l-ġurnali kollha, l-portals kollha, nara x'qed jiġri madwar id-dinja u naqra ħafna kotba." Minn kritiku aħrax tal-PN għal kritiku aħrax tal-PL Emmy Bezzina qal li l-programm 'Il-Parlament tal-Poplu' ma bdiehx ilbieraħ. Tant li qabel l-elezzjoni li għaddiet hu kien jużah biex jattakka bla ħniena lill-Gvern Nazzjonalista. Issa li hemm Gvern Laburista qed jattakkah bl-istess mod. Dan jagħmlu għax ma ngħata xejn mill-gvern preżenti jew għax dejjem irid ikun fuq in-naħa tal-oppożizzjoni? "Jien appostlu tal-verità. Il-prinċipji li tgħallimt mill-ġenituri tiegħi kienu li min jibni fuq il-verità u kontra l-qerq u l-korruzzjoni m'għandux għalfejn jaħsibha biex jgħid dak li għandu jgħid." "Issa fl-edizzjoni ta' qabel l-elezzjoni fl-aħħar sena u nofs il-PN kellu diżgwid kbir fejn anke Gonzi kien ammetta li hemm il-korruzzjoni, kien deher li ħadd ma seta' jsib tarfha u għalhekk il-missjoni tiegħi kienet li aħna għandna mmorru fuq dik il-vuċi li lil poplu qed tgħidlu li jien irrid nnaddaf, jien irrid nneħħi l-burokrazija, irrid nibni gvern fuq il-meritokrazija, irrid nibni pajjiż li kulħadd tabilħaqq iħossu li Malta Tagħna lkoll. U aħna tajna kontribut esaġerat ewlieni fir-rebħa kbira tal- Partit Laburista għax aħna għamilna ħidma kbira għax verament ridna nnaddfu lil Malta." "Għalhekk tista' timmaġina kif ħassejtni meta bdew ħerġin każijiet taħt l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat. Amministrazzjoni ta' arranġamenti kontrattwali li ma kienu qed jidhru sbieħ xejn, li kien fihom xamma ta' korruzzjoni, imġieba ta' ċertu ministri u segretarji parlamentari, imġieba ta' ċertu bordijiet, eċċ. Tlabt lil Prim Ministru jiġi fuq il-programm biex jikkalma lill-poplu u jgħid li se jiġġieled kontra l-mewġa ta' korruzzjoni. Għax hu tela' bil-wegħda li se jnaddaf il-korruzzjoni u se jimxi fuq il-meritokrazija, fost wegħdi oħra. U dan mhux qed isir. Dan l-aħħar fit-Teatru Orpheum fil-Gżira qal li se jiġġieled favur l-governanza tajba - iżda jien ma nemmnux, għax għadna naraw jinbtu konsulenti. Mela int tista' tkun tbigħ il-pastizzi llum (bir- rispett kollu għal min ibigħ il-pastizzi għax għandu d-dinjità tiegħu) u l-għada issir espert fid-djamanti b'salarji esaġerati?" Staqsejtu għal min kien qed jirreferi. Għal Charlon Gouder? "Mhu qed nirreferi għal ħadd. Iżda mhux ġust li l-poplu jsir jaf li xi ħadd ingħata konsulenza meta baqa' jżomm l-istess impjieg u l-istess impenji bi ħlas aktar permezz ta' domanda minn membru tal- Oppożizzjoni. U dan mingħajr mingħajr ma ngħidu lill-poplu x'inhi konsulenza. Mela konsulent illum tfisser li int tal-klikka fiċ-ċrieki taċ- ċrieki? U din lili tweġġagħni u se nibqa' bl-impenn li nsemma' leħni kontra dan kollu fil-programm." Farrkuli l-uffiċċju meta telgħu n-Nazzjonalisti fl-1987 Emmy Bezzina qal li jkun żball jekk xi ħadd jagħlaq ħalq il-kritika bħalma kien isir fis-Sebgħinijiet u anke fit- Tmeninijiet u semma l-każ tiegħu meta fl-1987, fl-elezzjoni mirbuħa min-Nazzjonalisti kissrulu l-uffiċċju li konna fih. "Dakinhar biex ħriġt minn hawn biex nara l-uliedi fid-9 ta' Mejju 1987 kellhom ilibbsuni daqna falza, kowt tar-Russi u beritta biex ma jagħrfunix. Għax in-Nazzjonalisti farrkuli l-faċċata u l-bieb. Kuntent li dak iż-żmien għadda u spiċċa għax il-poplu mmatura." "Issa jidher li dak li qed jingħad fil-Parlament tal-Poplu hi verità assoluta. Nisfida lil kull ministru, lil Prim Ministru u lill-Kap tal- Oppożizzjoni, jekk qattx intqalet xi gidba fil-programm. Mhux sew li għax inkun qed ngħid il-verità, is-serjetà tal-programm taqa' għan- nejk billi jċempel xi ħadd u jgħid vera kelma baxxa u vulgari u ninsisti li min-naħa tiegħi qatt ma ntqalu la kliem baxx u lanqas vulgari." Iżda Emmy Bezzina li fih hemm id-DNA ta' attur qed jilgħab bil- lingwaġġ krud biex jiġbed it- telespettaturi? U kif jista jgħid b'wiċċ sorbriju li hu ma jitkellimx baxx jew vulgari? Emmy qalli li kulħadd hu attur fil-ħajja, anke jekk hemm gradi ta' atturi, iżda hemm min hu kapaċi jwassal il-messaġġ bil-mod ta' kemm ikun kapaċi jagħraf il-karattri ta' madwaru. Qal ukoll li l-linja ta' ħsieb u l-kliem li juża ma jaħsibhomx qabel imma jkun ispirat fih waqt is-sewqan minn Birżebbuġa, fejn jgħix, sal-Belt. Isemmi kif diversi xufiera bil-mod tagħhom ta' kif isuqu, "speċjalment xi xufiera ta' vannijiet, taxis u mini buses jagħfsu mal-bumper jew jagħmuk bid-dwal tagħhom u nibda ngħajjarhom fil-karozza tiegħi mingħajr ma jismagħni ħadd u nuża aġġettivi li jkun jixirqilhom." Imbagħad, kompla jgħid Bezzina, dawn l-aġġettivi joħorġu waqt il- programm meta xi ħadd jipprova jirridikolah. "Għalkemm xorta noqgħod attent Intervista Emmy Bezzina: fuq fomm kulħadd John Busuttil illum@mediatoday.com.mt • Ħoloq espressjonijiet li bħalissa jinsabu fuq ilsien kulħadd • Provaw jirredikolawh, u għamluh aktar popolari • Jgħix litteralment b'nofs qalb Konsulent illum tfisser li int tal-klikka fiċ-ċrieki taċ-ċrieki " " Il-prinċipji li tgħallimt mill- ġenituri tiegħi kienu li min jibni fuq il-verità u kontra l-qerq u l-korruzzjoni m'għandux għalfejn jaħsibha biex jgħid dak li għandu jgħid " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016