Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 491 • 13 ta' Marzu 2016 www.illum.com.mt Intervista ma' Trustin Farrugia Cann Ara paġni 34 u 35 €1.00 Busuttil mistenni jikkontesta fuq Għawdex biex jerġa' jagħti maġġoranza lill-PN minn Albert Gauci Cunningham LILLUM hija nfurmata li waqt laqgħa li saret fil-Każin tal-PN f 'Ta' Sannat għall-kunsilliera, membri tal-Kumitati Sezzjonali u l-kandidati kollha tal-PN, kien espress it-tħassib li f 'Għawdex, il-PN għadu "mwaħħal" u ma jidhirx li qed jagħmel avvanz elettorali, bħal f 'Malta. Minħabba dan, il-partit mistenni jintensifika, bil-qawwa kollha, l-preżenza tiegħu f 'Għawdex filwaqt li qed tkun ikkunsidrata b'serjetà li għall-elezzjoni li ġejja, wieħed mill-kandidati tal-PN fuq Għawdex ikun il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Huwa mifhum li fost in- Nazzjonalisti f 'Għawdex, bħalissa teżisti biża' li dan id-distrett jista' jerġa' jiddetermina r-riżultat elettorali f 'każ li dan ikun wieħed viċin. Fil-laqgħa, dawk preżenti kienu infurmati kif tmiem il-ġimgħa li ġej, Simon Bususttil se jkun qed iqattgħu f 'Għawdex, idur man-nies u ma' eksvotanti jew votanti potenzjali tal-PN. Huma kienu infurmati wkoll li l-partit ma jixtieqx li Busuttil ikun akkumpanjat minn kandidati tal-PN fuq dan id-distrett. Dawk li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif il-PN f 'Għawdex huwa mifni b'piki bejn dawk li jappoġġjaw lil Chris Said u dawk li kienu jappoġġjaw lil Giovanna Debono. Jidher li din il-pika niżlet f 'kull livell tal-partit f 'dan id-distrett, saħansitra f 'ċerti Kunsilli Lokali. Is-sorsi ta' din il-gazzetta qalu li l-PN qed jittama li b'kandidatura fuq Għawdex, Busuttil ikun jista' jimmobilizza lill-attivisti tiegħu u jerġa' jikseb il-maġġoranza li tilef fl-2013. Tkompli f 'paġna 5 Tkompli f 'paġna 8 Simon irid il-vot tal-Għawdxin Id-dettalji dwar il-kumpaniji ta' Mizzi u Schembri aktarx ġew minn barra UFFIĊJAL għoli mill- Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta qal lill-gazzetta ILLUM li l-'leakages' dwar il- kumpaniji tal-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi u l-kap tal-istaff ta' Muscat, Keith Schembri ġew minn barra l-pajjiż. Fil-fatt, huwa qal ukoll li l-probabbiltà hija li l-informazzjoni ħarġet minn xi leak jew hacking tas-sit tal-kumpanija finanzjarja Mossack Fonseca. Wara, jidher li din l-informazzjoni ngħatat lill-blogger Daphne Caruana Galizia li ħarġitha ftit qabel ma Mizzi kien elett Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Minkejja t-tisbita li dan il-każ ta lill-Gvern, sorsi fi ħdan il-PN li tkellmu mal- ILLUM spjegaw kif kieku l-informazzjoni ġiet f 'idejn il-Partit Nazzjonalista qabel, dan kien iħalli l-istorja għal ftit qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss bil-għan li l-ħsara elettorali tkun waħda aktar definittiva u b'saħħitha. Il-'Panama' tista' twelled partit ġdid minn Albert Gauci Cunningham ILKAŻ tal-Panama mhux biss qajjem furur u għolla t-temperatura politika, imma heżżeż il-klassi politika biżżejjed biex qed iqajjem kurrenti b'saħħithom favur il-ħolqien ta' partit ġdid, li jista' jkun jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. F'ġimgħa waħda biss, diġà tkellmu fuq din il- linja ta' ħsieb id-deputata indipendenti Marlene Farrugia, l-ekschairman tal-AD Michael Briguglio, Franco Debono u llum, f 'intervista li qed tidher f 'paġni 10 u 11, jitkellem ukoll Salvu Mallia. Mallia, preżentatur popolari u opinjonista voċiferu fuq diversi programmi televiżivi, jgħid li beħsiebu jikkontesta l-elezzjoni li ġejja fuq l-ewwel u t-tnax-il distrett u jagħti indikazzjoni ċara li se jkun qed jaħdem biex fil-pajjiż tinħoloq forza politika ġdida lil hinn mill-PN u l-PL. Mill-ekonomija għall-governanza L-ewwel tliet snin ta' Gvern Laburista Ara l-analiżi f 'paġni 6 u 7 Tkompli f 'paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016