Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum Caruso Każin Bistro Ikel 23 Fejn se nieklu ILLUM? minn Bżar u Melħ DAN ir-ristorant, li jinsab fi Triq il-Kappella San Gwann, huwa magħmul bħal każin tradizzjonali Malti bid- differenza li fuq naħa minnhom għandek ristorant b'xeħta kemmxejn lussuża filwaqt li fuq in-naħa l-oħra għandek xeħta aktar ta' każin inkluż il-mejda tal- biljards. Is-servizz kien eċċellenti u l-ikel wasal f '20 minuta. Minn għażla sabiħa ta' ikel iddeċidejt nieħu Scaloppine al romana, biċċtejn laħam tal-majjal maqtugħin irqaq u msajjrin fl-inbid. Magħhom ħadt il-brokkoli u l-pastard minflok l-insalata. L-ikel ġie ukoll b'akkumpanjament ta' patata moqlija. Il- majjal kien tari u msajjar perfettament, il-ħxejjex imsajjrin naqra żżejjed b'mod li lanqas tista' tiġborhom bil-furketta mingħajr ma jitfarrku. Personalment nippreferi l-ħxejjex imsajjrin daqsxejn anqas li jibqgħu jqarmċu f 'ħalqek waqt li qed tiekolhom. Napprezza li din hija probabbilment preferenza personali u darb'oħra nagħmel żgur li navżahom b'din il- preferenza tiegħi. Għal €8, nirrakkommandah lil kulħadd. Għandhom ikel ieħor Mediterranju, Taljan u Malti u s-speċjalitajiet tal- jum. Il-pasta kienet tidher tajba wkoll. Jien mort is-Sibt u ma tantx kien hemm nies. Ħasra għax post kbir mhux ħażin u għandu spazju għal gruppi kbar ta' nies. Ċertament nirrakkomandah għal min għandu xi okkażżjoni tal-familja. Għal darba ma ħadtx kafe u għalhekk ma nistax naħlef għall-kafe tagħhom imma għandhom magna tal- kafe tajba. Għanhom ukoll għażla sabiħa ta' nbid u xorb alkoħoliku... wara kollox ma jkunx każin mingħajr ix-xorb. Tmurx hemm nhar ta' Tnejn għax it-Tnejn ma jiftħux. Matul il-ġimgħa jiftħu bejn is-7am u t-3pm u mbagħad jerġgħu jiftħu mis-6.30pm sat-tard. Il-Ħadd jiftħu għall- ikla ta' nofsinhar biss. ROCS Travel Holiday Show ġewwa AMITEX 2016 ROCS Group dejjem jispikkaw! Offerti għal destinazzjonijiiet madwar id-dinja kollha bi prezzijiet eċċezzjonali li ssibhom biss għand ROCS Travel. ROCS Travel se tkun qiegħda tesponi l-offerti li għandhom x'joffru matul il-fiera annwali tal-ivvjaġġar 'Amitex 2016' bejn is-17 u l-20 ta' Marzu ġewwa l-MFCC Ta' Qali. Matul din il-fiera, ROCS Group, se tkun qed tniedi l-brochure World Holidays 2016, li fih se jkollu firxa ta' vaganzi li jilħqu l-but ta' kulħadd. Apparti minn hekk, se jkun hemm bosta vaganzi għall-gosti u l-ħolm ta' kull wieħed u waħda minna. Tajjeb ngħidu li ROCS Travel jagħmlu vaganzi mfassla personalment għal dawl kollha li jixtiequ itinerarju personalizzat u uniku skont l-eżigenzi ta' dak li jkun. Din is-sena, il-brochure World Holidays se jkun mimli b'għaxar destinazzjonijiet ġodda ta' vjaġġar għall-2016 li żgur wieħed jikkunsidrahom bħala postijiet tal-istampi. Colin Aquilina, Kap Eżekuttiv ta' ROCS Group' ikkummenta, "Huwa bi pjacir kbir li għal darb'oħra ROCS Group qegħdin jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom ġewwa Amitex 2016. Dawk kollha li għandhom is-safar għal qalbhom, jew li jixtiequ jiggwadanjaw minn xi offerta jew qed jippjanaw is-safra tal-ħolm, għandhom iżuru l-istand ta' ROCS Group ġewwa Amitex 2016." "Bħal dejjem ROCS Travel toffri ċans lill-klijenti tagħha li jpoġġu lenti fuq id-dinja u jimmeraviljaw ruħhom b'dak li għandha x'toffri. ROCS Group minn dejjem kienu magħrufin li jagħmlu l-almu tagħhom sabiex joffru value added f 'dak kollu li joffru! Din is-sena, għandna bosta sorpriżi mħejjin għas-sajf. Aħna nagħmlu ħilitna kontinwament biex noffru l-aqwa servizz, customer care, l-aqwa prezzijiet u offerti. Fl-opinjoni umli tiegħi, nemmen li ROCS hija l-għażla ovvja." "Il-brochure tagħna 'World Holidays 2015' hija pubblikazzjoni unika. Fih issib l-aqwa offerti fis-suq lokali, proprjetajiet esklussivi u huwa tassew maħdum f 'dettal, b'informazzjoni u offerti li ma ssibhom imkien iktar. Rachel Vella, id-direttur wara din il- pubblikazzjoni qabżet l-aspettativi tagħna lkoll billi ħejjiet publikazzjoni ta' iżjed minn 300 paġna li jħaqqaqha mal-aqwa pubblikazzjonijiet internazzjonali," ikkonkluda Aquilina. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, dawk kollha li se jivvjaġġaw ma' ROCS Travel, se jidħlu fiċ-ċans li jirbħu karozza unika u ġdida fjamanta, Renault Kadjar li għandha valur ta' €24,500.