Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum Sports 33 il-fatti kollha... Demajo spjega li jekk il- klabbs tal-Premier ibigħu total ta' 2,000 season ticket, id-dħul kollettiv tagħhom mill-gate money se jkun qed jiżdied għal €433,696, li hija żieda massiva fuq il-figura tal- istaġun li għadda meta l-klabbs kienu qasmu bejniethom somma meqjusa miżera ta' €46,522 mill-'gate receipts'. Intant, il-pjan ta' azzjoni propost mill- amministrazzjoni tal-MFA huwa bbażat fuq erba' pilastri ewlenin li huma l-attendenzi tan-nies li jiffrekwentaw il-logħob tal-Premier, bit-tama li jkun hemm żieda sostanzjali f 'dawn, żieda finanzjarja għall-klabbs tal-Premier, l-introduzzjni ta' format ġdid tal- Kampjonat u li tinbidel is- sistema tar-ridistribuzzjoni li jieħdu l-klabbs fi tmiem l-istaġun. Norman Darmanin Demajo irrefera għal taħidta ta' Peter Kenyan li huwa attenda għaliha fil- Portugall, li huwa wieħed mill-membri fundaturi tal-Kampjonat Premier fl-Ingilterra fejn huwa afferma li kampjonat ma jistax ikun iktar twil minn żewġ rounds, li l-president tal-MFA huwa tal-istess opinjoni. Norman Darmanin Demajo saħaq ukoll li huwa ma jaqbilx mal- argument li l-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti għandha tkun ikkontestata minn tmien timijiet biss fuq erba' rounds. Dan għax skontu, il-futbol m'għandux ikun wieħed esklussiv għall-aqwa timijiet biss. Huwa kompla li r-rispons li huma bħala amministraturi tal-MFA kienu rċevew mill-klabbs tal-Premier rigward dawn il-proposti, li xi wħud sejħulhom riformi fil- futbol Malti, kienu ferm pożittivi. B'hekk bħala konklużjoni, il-pjan huwa li s-season tickets jiġu introdotti sa mill-bidu tal- istaġun li ġej waqt li mill- bidu tal-istaġun 2017/18 ikun introdott format ġdid tal-Kampjonat Premier kompost minn 14-il team fuq żewġ rounds u mingħajr ma jinqasmu l-punti. 'Ninsab kuntent li ma' Valletta qed nerġa' nilgħab taħt il-kowċ Paul Zammit' - Ledesma FIL-ĠIMGĦAT li għaddew tħabbar kif il-plejer Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma kien ingħaqad ma' Valletta mingħand Sliema Wanderers. Din il-gazzetta għamlet kuntatt personali ma' Ledesma, fejn intalab il-kummenti tiegħu rigward x'kienet l-esperjenza tiegħu ma' Sliema Wanderers, kif ukoll rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu ma' Valletta. Huwa afferma li: "Ninsab kuntent ħafna li ngħaqadt ma' Valletta. Kulħadd jaf kemm dan il- klabb huwa kbir u glorjuż fl-istorja tal-futbol Malti. Huma għandhom skwadra mill-aqwa u staff tekniku kbir u għalhekk ninsab ferm motivat li ngħin lil Valletta jilħqu l-għanijiet tagħhom. Barra minn hekk, ninsab kuntent ukoll li ma' dan it- tim, qed nerġa' nilgħab taħt il- gwida tal-kowċ, Paul Zammit, li miegħu kont diġà lgħabt meta kont għadni plejer ta' Birkirkara. Paul huwa raġel kbir u b'valuri soda, kif ukoll kowċ mill-aqwa. Huwa għallimni ħafna affarijiet matul l-istaġun li għadda ma' Birkirkara. L-aspettattivi għal Valletta għall-kumplament ta' dan l-istaġun huma magħrufa minn kulħadd. It-tim qed jilgħab futbol mill-aqwa, u minħabba dan, jinsab fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat BOV Premier. Huwa fatt magħruf li matul dan l-istaġun il-Kampjonat huwa iktar kompetittiv u bilanċjat minn dak tal-istaġun li għadda. Dan għax it-timijiet kollha li jiffurmaw parti minn dan il-Kampjonat għandhom skwadri tajbin, u għalhekk biex inżommu lit-tim ta' Valletta fil-quċċata sa tmiem l-istaġun, irridu nibqgħu niġġieldu qatigħ u nibqgħu magħqudin sat-tmiem tal- Kampjonat. F'kull tim li lgħabt miegħu s'issa, kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta, dejjem tgħallimt xi ħaġa li swietni ta' ġid. dan jgħodd ukoll għall-esperjenza li kelli ma' Sliema Wanderers, u persważ li l-istorja se terġa' tirrepeti ruħha ma' Valletta. Biex immur għall-ekstim tiegħi, Sliema Wanderers, nista' ngħid li huma diġà kellhom skwadra tajba u li għad għandhom skwadra tajba, b'taħlita ta' plejers ta' esperjenza ma' plejers żgħażagħ ferm promettenti u b'futur mill-isbaħ quddiemhom. Matul dan l-istaġun s'issa. il-Wanderers kellhom diversi tlugħ u nżul, iżda dak huwa l-futbol, u dawn l-affarijiet jagħmluhom iktar b'saħħithom bħala skwadra, biex jibqgħu jiġġieldu u jaqdfu 'l quddiem. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nieħu din l-opportunità biex minn hawnhekk nawgura l-isbaħ affarijiet lil Sliema Wanderers, u żgur li se jkolli nostalġija tagħhom, hekk kif hemmhekk għamilt ħbieb tajba," temm jgħid Rafael Ledesma. Ledesma għandu 33 sena u fil-karriera tiegħu fil-futbol sa issa, lagħab ma' Kaunas fil-Litwanja, Partizan Minsk u Dinamo Minsk fil-Belarus u Ethnikos Achna f 'Ċipru, qabel ma fis-sajf tal-2014, gie jilgħab f 'Malta fejn ingħaqad ma' Birkirkara, fejn madankollu fi tmiem l-istaġun li għadda, huwa ġie rilaxxat u ingħaqad ma' Sliema Wanderers, qabel ma fl-1 ta' Frar li għadda, ngħaqad ma' Valletta. Ritratt : Foto Domingo Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma fl-azzjoni kontra Qormi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016