Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
illum Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 3 St Andrews ................ 1 FLORIANA kkonvinċew bis-sħiħ u wara li kienu gowl minn taħt kmieni fil- logħba, huma rnexxielhom jegħlbu lil St Andrews bl- iskor ta' 3-1. Kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara biss tliet minuti logħob meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, Jonatan Perez Cuestra ttanta xortih bil-ballun jgħaddi ftit barra. Tliet minuti wara, s-Saints rebħu penalti, meta Enrico Pepe waqqa' lil Enmy Manuel Pena' Bletere fil-kaxxa. Mill- 11-il metru nkariga ruħu l-captain Joseph Farrugia li ma żbaljax. Il-Greens irrispondew fis-37 minuta meta Juninho Cabral ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tiġi milqugħa bi bravura mill-goalkeeper Jake Galea. Floriana bdew juru l-aħjar logħob, u ta' dan ġew ippremjati fl-44 minuta hekk kif ġabu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, il-captain Nicholas Chiesa, għola fuq kulħadd u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Jake Galea. Il-Greens reġgħu ħolqu l-periklu fis-60 minuta permezz ta' xutt angulat ta' Mario Fontanella, li iżda ġie milqugħ tajjeb minn Jake Galea. Tliet minuti wara reġa' kien Mario Fontanella li ħoloq il-periklu meta ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi milqugħa tajjeb għal darb'oħra minn Jake Galea. Floriana marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ fil-65 minuta meta wara li rċieva minn cross tas-solitu Nicolas Chiesa, għola tajjeb Mario Fontanella, li din id-darba permezz ta' daqqa ta' ras oħra mill-viċin ma żbaljax, biex b'hekk skorja t-13-il goal tiegħu matul dan l-istaġun. Il-Greens ħadu l-kontroll assolut tal-logħba u bdew jiddominaw għal kollox lill- avversarji tagħhom u tliet minuti wara, skorjaw it-tielet goal permezz ta' lob delizzjuz minn pożizzjoni angulata minn barra l-kaxxa tas- sostitut Mauricio Villa, li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Jake Galea. Floriana - Calleja Cremona, Scicluna, Pepe, Pisani (Aboulezz 80'), Clyde Borg (Conor Borg 74'), Cabral, Piciollo (Villa 63'), Briffa, Chiesa, Fontanella, Marcelina St Andrews - Galea, Pena' Beltre, Camilleri, Bong Won, Perez Cuestra (Nwoko 72'), Lucky Oseghale, Wisdom, Farrugia, Chinatu Onwudinjo, Johnson, Edu Nkene (Desira Buttigieg 83') Referi - Marco Borg NICOLAS CHIESA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-26 ta' Mejju 1980 fl-Arġentina. Jilgħab fl-irwol ta' plejer ta' nofs il-grawnd u huwa l-captain ta' Floriana. Ingħaqad ma' Floriana fil-bidu ta' dan l-istaġun mingħand it-tim Taljan li jimmilita fil-Lega Pro, Lupa Castelli Romani. Floriana jikkonvinċu u jegħlbu lil St Andrews Ritratt - Ray Attard Juninho Cabral jikkontrolla tajjeb il-ballun, segwit minn tliet plejers ta' St Andrews Sports 28 Ritratt - Jane Farrugia