Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
illum | Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fl-imħabba, xi kultant, mhux dejjem kollox ikun ward. Bħalissa għaddej minn fażi delika- ta ħafna li jekk ma toqgħodx attent, ix-xitan jaf idaħħal denbu, u s-sitwazzjoni tkun waħda iktar ikkumplikata. Agħraf li din hi fażi u fi żmien tliet ġimgħat, tkun bdiet tbatti. Għalhekk, jekk dak li għandek huwa ferm għal qal- bek, ibża' għalih u żgur li wara dan, tħossok iktar magħqud. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 24 u 37. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Xi kultant, tinqabad bejn żewġ sitwazzjoni- jiet li tiġi bejn ħaltejn fejn se taqbad tmur, u f'dawn il-ħmistax li ġejjin, ħa tkun riesqa lejk sitwazzjoni ta' din ix-xorta fejn se jkollok tara fejn se tiġbed l-iktar, jew fil-karriera jew fl- imħabba li int għandek. Trid tagħraf timxi, jekk huwa possibbli, fi triq ta' bilanċ ħalli iżżomm kollox fuq il-linja l-pożittiva. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 11, 28 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Fil-ħajja, xi kultant tinqabad f'ċertu sitwazz- jonijiet fejn trid tagħraf lil min tista' tafda jew le, u jekk tafda, sakemm int se tasal tafda u lil min. Bħalissa se tgħaddi minn din il-fażi ta' min int, u kif u sa fejn se tafda, u dan qiegħed iseħħ mad- warek minħabba l-passat li int kont ġarrabt meta kont ħassejtek li ġejt tradut. Għalhekk irrifletti ftit dwar din ir-realtá li int fiha. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 22 u 39. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Tajjeb li fil-ħajja tavvanza u tissaħħaħ, imma dan jaf iġib miegħu xi għira kultant, u din is- sitwazzjoni tista' tikkawża ċertu blokk ta' sitwa- zzjonijiet li jistgħu jkunu ta' ġid, ġejjin lejk. Għal dan il-għan, għandu dejjem ikollok ċertu protezz- joni sabiex int tkun tista' tilqa' kontra dan. Din is-sitwazzjoni ħa tkun madwarek għax-xahar ta' April. Ħu ħsieb sabiex tilqgħalha. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 29 u 32. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa qiegħed tara li l-ħajja ta' madwarek għandha triq, li se tkabbarlek is-sitwazzjoni profonda li qiegħed fiha. Il-ħajja tiegħek riesqa lejn aspirazzjonijiet li tant ilek tħaddan ġo fik, u għalkemm se jkun hemm bosta rwiefen jonfħu kontra tiegħek, xejn mhu se jżommok milli tkompli tressaq il-karriera tiegħek lejn l-objettiv li int ġejt magħżul għalih. Ħejji iktar. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm qed tikkumbatti sabiex iżżomm lura minn xi sitwazzjonijiet tal-passat, is-sit- wazzjoni tal-preżent tiegħek, mhix tkun tant tajba milli żżommok milli tagħmel dan. U dan jista' jkun għax din is-sitwazzjoni tal-passat dejj- em sibt fiha dak il-wens u s-serħan il-moħħ. Dejjem ħassejtek komdu u ovvjament, int se tipprova żżomm lura imma mhux għal ħafna żmien. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 19, 27 u 33. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Is-saħħa tal-bniedem hija ta' importanza kbira, u int bħalissa għandek tagħti ftit aktar każ ta' din is-sitwazzjoni fejn hemm l-aktar li tinħass li hemm il-bżonn tagħmel dan, huwa toqgħod jew tħejji pjan ta' dieta tajba u trid tara kif se ssib ħin biżżejjed biex tibda tmur sa xi gym jew timxi. Importanti li tibda minn issa, ħalli int tissaħħaħ iżjed u tevita li jista' jinqala' xi ħaġa. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 24 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Xi kultant, fil-ħajja tagħmel dak kollu pos- sibbli sabiex il-madwar tiegħek, kemm jista' jkun, ikun fl-aħjar possibbli. Però, għal xi raġuni, is-sitwazzjoni tiġik bil-kontra, u dak li int għaddej minnu m'għandekx tħallih jaqtgħalek qalbek. Din il-fażi, fi żmien tliet ġimgħat, tgħaddi u dak kollu li int tkun għamilt, se jagħtik sodisfazzjon. L-importanti li int tibqa' kawt u tkompli għaddej. Ħudha bħala eżami. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 10, 25 u 30. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru L-idea li tkompli tkabbar il-potenzjal tiegħek fil- karriera huwa wieħed tajjeb ħafna, u bħalissa, Libra għandhom ir-riħ għall-poppa sabiex ikom- plu javvanzaw, però, trid tara kif se żżomm bilanċ fl-imħabba, għax ma tridx li minħabba t-tkabbir ta' madwarek, tiżbilanċja minn dak li int fħandek tajjeb fl-imħabba. Għandek ħmistax iebsin ġejjin fuqek. Agħraf uża moħħok. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 29 u 37. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Deċiżjoni li int kellek tieħu, issa qed tidher li forsi kienet xi ftit mgħaġġla, u minn dak li qed jiġri madwarek, issa trid tagħraf kif se ddaw- war is-sitwazzjoni ħalli kemm jista' jkun malajr, ma jkun hemm xi problemi aktar ikkumplikati li jistgħu jitfgħuk f'sitwazzjoni imbarazzanti. Kollox jitranġa, basta jkun hemm il- ġeppa li dan isir, ħalli terġa' tibda l-madwar tiegħek aħjar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 25, u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Id-deċiżjoni li int se tieħu dwar il-futur trid tkun waħda ta' ħsieb profond, għax għalkemm jidher li kollox hu mitluf madwarek, dan jaf ikun żmien ta' riflessjoni u ta' aktar saħħa mentali għalik, sabiex dak li bħalissa jidher mitluf, jaf ikun l-oppost għalik. Int trid tibqa' ffukat fuq dak li tixtieq, u ma tistax titlaq mal-kurrent, imma tibqa' tissielet kontra l-kurrent. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 15, 21 u 38. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Persuna li int kont tafda b'għajnejk magħluqa, qed tinsuna li jista' jkun mhix dik il-persuna kredibbli li int kont taħseb li hi, imma peress li qiegħed f'dubju dwar dan, tajjeb li tagħmel bħal eżami magħha, u b'hekk int tkun taf fiċ-ċert sa fejn int tista' tasal magħha. Hekk biss tista' tasal għall-konklużjoni tal- ħafna ħsibijiet li hemm bħalissa jduru madwarek. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li int tħossok komdu magħha ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 29 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Għeluq snin nies famużi għax-xahar ta' Marzu 22 Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għal PaulJon għas-servizz tiegħu, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagħtu t-tweġiba tagħkom b' sms fuq 99013600 jew b'imejl fuq pauljon.aquilina13@gmail.com L-ewwel tweġiba tajba għal din il-ġimgħa tirbaħ għal xahar b' XEJN l-ILLUM bil-posta b'kollox. Personalitajiet mix-xena taċ-Ċinema Daniel Craig (47 sena), Steve McQueen (1930- 1980), Sharon Stone (57 sena), Vince Vaughn (45 sena), Quentin Tarantino (52 sena), Chuck Norris (75 sena) u Liza Minnelli (69 sena) Personalitajiet mix-xena tal-mużika Justin Bieber (21 sena), Jon Bon Jovi (53 sena), Celine Dion (47 sena), Neil Sedaka (76 sena), Lady Gaga (29 sena), Elton John (68 sena) u Diana Ross (71 sena) Personalitajiet mix-xena sportiva Ayrton Senna (1960-1994), Kenny Dalglish (64 sena), Sepp Blatter (79 sena), Zico (62 sena), Paul Pogba (22 sena), Samuel Eto'o (34 sena) u Ronaldiniho (35 sena) Personalitajiet mix-xena Politika/Mondjali Mikhail Gorbachev (84 sena), Al Gore (67 sena), Dalia Grybauskaite (59 sena), Mitt Romney (68 sena) u Rick Perry (65 sena) Sharon Stone Elton John