Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 24 Kummerċjali Colin Aquilina maħtur Kap Eżekuttiv ta' ROCS Group ROCS Group ħabbru l-ħatra ta' Colin Aquilina bħala Kap Eżekuttiv tal-grupp b'effett immedjat. Colin ingħaqad mar- ROCS Group 16-il sena ilu meta fl-2000, kien wieħed mill-producers u iżjed tard kopreżentatur tal-programm Tista' Tkun Int! Fl-2007 kien parti mit-tim responsabbli mir-rebranding ta' numru ta' kumpaniji proprjetá tal-familja Vella. Dak iż-żmien dawk il-kumpaniji nbidlu f 'waħda mill-iżjed kumpaniji popolari ġewwa l-gżejjer Maltin – ROCS Group. Sa mill-2007 Colin kien responsabbli mill-Finanzi, Business Development, Marketing, rizorsi umani u aspetti legali tal-kumpanija. Flimkien mad-diretturi u tim b'talent kbir, fl-istess żmien r-ROCS Group kabbar is-sezzjonijiet tal-ivjaġġar, assikurazzjoni u investimenti f 'uħud mill-akbar ġewwa l-gżejjer Maltin filwaqt li nieda l-franchises INGLOT, INGLOT the studio u Perfumes&more f 'Malta u l-Libja. "Illum, ġurnata tassew speċjali għalija. Tfakkarni fl-ewwel ġurnata tiegħi ġewwa ROCS, 16-il sena ilu meta sa mill- ewwel ġurnata kont intbaħt li din il-kumpanija tassew tagħti opportunitá lil dawk kollha parti minnha sabiex ikattru t-talenti u jbiddlu l-ħolm f 'realtá billi jemmnu li l-impossibli huwa tassew possibli meta temmen fi proġett." "Huwa unur kbir għalija li ħa mmexxi u nservi grupp ta' persuni b'kapaċitajiet u potenzjal kbir. Iċ-Chairman tagħna Charles flimkien mal- mara tiegħu Rita u t-tfal Simon u Rachel irnexxielhom ibiddlu idea sempliċi f 'waħda mill- iżjed brands magħrufa ġewwa l-gżejjer Maltin. Filwaqt li tassew għamilna passi ta' ġgant f 'qasir zmien, ilkoll ħerqanin sabiex niksbu aktar. L-industriji li noperaw fihom ma jirrispettawx it- tradizzjoni, anzi jiirrispettaw biss l-innovazzjoni u bidla kostanti. Huwa żmien ta' opportunitajiet kbar għal dawk kollha parti mir-ROCS Group. Nixtieq nieħu din l-opportunitá sabiex nirringrazzja l-familja Vella li tawni opportunitá unika u talli fdaw fil-kapaċitajiet tiegħi," ikkonkluda Aquilina. ROCS Group hija waħda mill- iżjed ditti rikonoxxuti ġewwa l-gzejjer Matin. Il-Kumpanija tutilizza numru ta' ħiliet pożittivi, fostom il-marketing, fejn f 'dan is-settur ROCS hija magħrufa bħala waħda mill- iżjed kumpaniji effettivi. db Seabank mal-aqwa 1% tal-lukandi fuq Tripadvisor Għal darb'oħra kkonfermata fost l-aqwa 20 lukanda All-Inclusive fl-Ewropa TripAdvisor għal darb'oħra ppremja lil db Seabank Resort + Spa bit-'Travellers' Choice 2016'. Dan l-unur poġġa d-db Seabank fost l-aqwa 1% tal-lukandi fuq TripAdvisor, filwaqt li reġgħet ġiet ikkonfermata fost l-aqwa 20 lukanda All-Inclusive fl-Ewropa. It-TripAdvisor Travellers' Choice 2016 Award huwa frott ta' mijiet ta' reviews u opinjonijiet li jħallu t-turisti kull sena fuq dan is-sit tant popolari. Hubert Debono, General Manager tad-db Seabank Resort + Spa, laqa' dan l-unur b'sodisfazzjon u rringrazzja lit- tim kollu tad-db Seabank għall- kontribuzzjoni tiegħu ta' kuljum fil-qadi ta' dmirijietu. "Dan l-unur ikompli jimlina b'kuraġġ kbir sabiex inkomplu nservu l-aqwa prodott All- Inclusive, b'servizz ġenwin u b'valur għall-flus li wieħed iħallas. L-unur jikkonferma u jirrifletti tajjeb in-numru ta' turisti li qed jiġu iktar minn darba f 'sena, jew dawk li jiġu sena wara l-oħra. Għaldaqstant, bħalma nagħmlu kull sena, din ix-xitwa komplejna ninvestu eluf ta' Ewro fil-lukanda sabiex nassiguraw li nkomplu nilħqu l-aspettativi tal-klijenti tagħna," kompla jgħid il-General Manager tal-lukanda db Seabank. "It-tim kollu li jaħdem fil- lukanda ġie rikonoxxut b'mod personali għax dan l-unur kien biss possibbli li jinkiseb bis- saħħa tagħhom," żied jgħid Hubert Debono. "Aħna nawguraw lid-db Seabank Resort + Spa li ħadet dan l-unur ta' Travellers' Choice Hotel awards 2016, u nkomplu nħeġġu aktar nies sabiex jagħżlu dawn il-lukandi li qed jiġu onorati minn TripAdvisor," temmet tgħid Barbara Messing, Chief Marketing Officer ta' TripAdvisor. HSBC Malta b'appoġġ lill-pazjenti morda bil-kanċer Il-Bank HSBC Malta qed joffri l-appoġġ tiegħu lil dawk il- ġenituri li bħalissa għandhom it-tfal tagħhom qegħdin jissieltu mal-marda tal-kanċer fiċ-ċentru tal-onkoloġija f'Mater Dei. Permezz tal-Fondazzjoni HSBC Malta, il-Bank qed jagħmel għotja ta' għadd ta' affarijiet lit-tfal fis-sala l-ġdida taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthomy Mamo, magħrufa aħjar bħala r-'Rainbow Ward'. Is-sala hi magħrufa hekk, press li l-installazzjonijiet u l-ħitan tas- sala fihom ħafna kuluri bl-għan li jferrħu l-ispirtu tal-pazjenti ż-żgħar. Fost l-affarijiet li l-Bank ta lis-sala huma friġġ u freezer, it- tnejn standalone, biex jintużaw fil-kċina tas-sala mill-pazjenti u l-ġenituri tagħhom. Separatament, il-Programm tal- Ilma ta' HSBC – Catch the Drop għamlet għotja ta' 5,000 kopja tal-ktejjeb tal-kulur tal-karattru 'Harvey the Lifestyle Dog' u erba' statwi ta' daqs realistiku ta' Harvey. Il-kotba għat-tpinġija għandhom fihom messaġġi relatati mal-ħarsien tal-ilma. Iktar kmieni, il-kampanja qassmet 1,500 sticker biex jitwaħħlu viċin tal-viti tal-ilma fl-Isptar Mater Dei b'messaġġi li jippromwovu l-konservazzjoni tal-ilma. Wieħed mill-erba' statwi ta' daqs realistiku ta' Harvey fid-daħla taċ- Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthomy Mamo L-ewwel KFC Drive Thru f 'Malta issa huwa miftuħ. Ir-ristorant u d-drive thru nfetħu ġewwa l-PAMA Shopping Village, il-Mosta. Is-Sur John Bonello Ghio, Group Head of Food Business tal-Grupp Farsons, qal: "Ninsabu eċitati li qed nespandu d-dittá lokalment. Kien hemm stennija kbira għal ristorant ieħor tal-KFC u għall-ewwel drive thru. Ir- ristorant mifrux f 'sular wieħed u għandu taħlita ta' bankijiet, siġġijiet u mwejjed għall- kumdità tal-gruppi kif ukoll tal-individwi." Ir-ristorant tfassal b'disinn kontemporanju li joħroġ tajjeb l-ispirtu, il-kunċett uniku, u l-awtentiċità tal-marka KFC. Id-disinn jagħti l-ħajja lill- enerġija tal-marka, lill-wirt u lill-għeruq tagħha. Dan hu bbażat il-kunċett 'In Store Prepared' jiġifieri t-tħejjija tat-tiġieġ frisk, ta' kuljum, fir- ristorant mill-kokijiet tagħna, skont ir-riċetta u l-metodu oriġinali tal-fundatur tal-KFC, Colonel Sanders. Nathalie Xuereb Saydon, Franchise Manager ta' KFC f 'Malta, qalet li, "Il-KFC hi marka maħbuba madwar id- dinja u toffri prodott ta' kwalità bi prezzijiet li jista' jilħaqhom kulħadd. Bil-ftuħ tar-restorant u d-drive thru l-ġodda tagħna, f 'post daqstant ċentrali, qed nagħmlu l-kunċett aktar aċċessibbli b'mod komdu għall-konsumaturi tagħna. Il-klijenti issa jistgħu jgawdu t-tjubija tal-prodotti tal-KFC f 'dan ir-restorant modern jew mid-drive thru. Jiftaħ l-ewwel ristorant 'Drive Thru' tal-KFC f 'Malta Colin Aquilina