Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum għall-Kunsill tal-Unjoni Presidenza Maltija Europea 2017 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javża li ħarġet sejħa għall-offerti għall-provvista u tħaddim ta' apparat awdjo-viżiv u interpretazzjoni simultanja waqt konferenzi li se jittellgħu matul il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt. SEJĦA GĦALL-OFFERTI SERVIZZI AWDJO-VIŻIVI U INTERPRETAZZJONI SIMULTANJA PRESIDENZA TA' MALTA TAL-KUNSILL TAL-UE 2017 sostenibbli: Aġent għal bidla pożittiva Brincat. Huwa semma wkoll kif proprju lbieraħ stess twaqqaf il-Fond tal- Azzjoni dwar il-Klima, wieħed mill-aktar pilastri importanti fl-istrutturi tal-liġi li tittratta l-azzjoni dwar il-klima. Il-Ministru Brincat temm jgħid li l-iżvilupp ta' din l-istrateġija, fiha nnifisha, juri li qed isir progress f 'dan is-settur hekk importanti u ġaladarba din tkun iffinalizzata, se tkun qed tmexxi l-miżuri kollha neċessarji biex telimina u tneħħi kull ostaklu li jista' jeżisti f 'dan ir-rigward. Inkwetati li m'għandhomx preżenza f 'Għawdex Tkompli minn paġna 1 L-ILLUM hija infurmata wkoll li din il-mossa mhi qed togħġob xejn lil Chris Said u lil dawk li jappoġġjawh hekk kif inhu fatt magħruf li dan jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti ta' dawk il-Maltin li jivvutaw Għawdex. Dawn qed jibżgħu li b'Busuttil bħala kandidat, Said jista' jitlef ħafna minn dawn il- voti u jitfa' f 'periklu l-bażi politika tiegħu f 'Għawdex. Dawk li huma midħla sew tal-PN f 'Għawdex, jafu bħala fatt li l-pika bejn in-nies ta' Giovanna u dawk ta' Said hija tali, li ma jivvutawx lil xulxin. B'hekk, f 'xenarju li dejjem qed isir aktar possibbli, li Busuttil jikkontesta fuq it-13-il distrett, Said u n-nies tiegħu qed jibżgħu li se jitilfu persentaġġ qawwi ta' voti. Min-naħa l-oħra, dawk li dejjem taw l-appoġġ lil Debono, li mhux se tikkontesta l-elezzjoni u li bħalissa tinsab f 'nofs kawża fil-Qorti wara li kien żvelat il-każ ta' xogħlijiet għall-voti, bħalissa qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kandidat ġdid tal-PN, Ryan Mercieca. Minkejja dan, dawk li dejjem kienu wara Debono, qalulna s-sorsi, xorta jħossu li jeħtieġ preżenza ta' kandidat ta' statura iktar kbira f 'Għawdex. Il-kwistjoni tal-pika bejn il-kandidati tal-PN f 'Għawdex tqajmet waqt il-lagħqa f 'Ta' Sannat, hekk kif uffiċjali tal-PN wissew kontra ġlied intern li qed idgħajjef lill-partit. 'Ma qdejniex in-nies' Huwa ċar li l-kwistjoni tal-klijenteliżmu mhix marbuta ma' partit wieħed, anke jekk l-ILLUM f 'dawn l-aħħar ġimgħat irraportat dwar Laburisti li jħossuhom 'mweġġgħin' għax ma nqdewx. Minkejja li l-pajjiż bħalissa maqbud f 'diskussjoni taħraq dwar il-kwistjoni tal-Panama, dawk li kienu fil-laqgħa f 'Ta' Sannat, iktar tkellmu dwar Nazzjonalisti rrabjati għax ma nqdewx. Fil- fatt, apparti l-kwistjoni tal- kandidatura, jidher li hemm sezzjoni ta' Nazzjonalisti rrabjati għax meta l-partit kien fil-Gvern, dawn ma nqdewx. Fost l-aktar ilmenti komuni kien hemm dawk relatati ma' promozzjonijiet u permessi tal-MEPA. Il-laqgħa ġiet indirizzata minn Paul Buttigieg, Joseph Sultana u Brian Azzopardi u għaliha, mill-kandidati attendew biss Ryan Mercieca u Chris Said.