Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum Sports 31 Joseph Scicluna jirbaħ l-ASMK Enduro għat-tieni darba ILLUM, l-ASMK, se tkompli bl-attivitajiet mill-Kampjonat tat-Trials ASMK - Pasta Poiatti 2015/2016. Din l-attività se ssir fil-Barriera tax- Xagħra tal-Qaduma, limiti tal-Mosta. Dan ġrazzi għal Central Asphalt Ltd li ppermettew li l-ASMK tuża din iż-żona għal dawn it-tip t'attivitajiet. L-attività tibda fid-9am. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, l-ASMK kienet impenjata fil-Kumpless Sportiv tagħha f 'Ta' Qali fejn orġanizzat il-ħames attività mill-Kampjonat Nazzjonali Enduro sponsorjat minn Pasta Poiatti u Dunlop Tyres. Ħarsa lejn il-ġurnata fejn 22 sewwieq irreġistraw għal din l-attività maqsuma f 'żewġ klassijiet fuq korsa twila ftit iktar minn żewġ kilometri fejn kellhom diversi ostakli naturali kif ukoll dawk l-ostakli li jiġu mibnija apposta mill-uffiċjali tal-ASMK. Minkejja l-ġurnata sħuna u niexfa f 'dan iż-żmien tas-sena, kull sewwieq kellu jħabbat wiċċu ma' numru ta' ostakli mibnija apposta li jinkludu l-ilma fejn tħalli lis-sewwieqa kollha bi sfidi differenti minn dawk tas- soltu. Matul il-kompetizzjoni waqt il-pole position, fis- sitwazzjoni overall rajna lill-aħwa Ian Scicluna u Joseph Scicluna, it- tnejn fuq muturi KTM jiddominaw il-pole segwiti viċin minn Matthew Gauci fuq mutur Sherco u James Zahra fuq Yamaha. Matul l-ewwel heat, is- sitwazzjoni nbidlet fejn Zahra irnexxielu jegħleb lill-aħwa Scicluna b'ħin ta' 3 minuti 57.99 sekondi, seġwit minn Gauci li wkoll irnexxielu jegħleb lill-aħwa Scicluna b'ħin ta' 4 minuti 4.17 sekondi. Fit-tieni heat rajna lil Joseph Scicluna jidħol fl-azzjoni fejn mill- ewwel irrisponda għal dak li għamlu fl-ewwel heat, Zahra u Gauci, billi rnexxielu jerġa' jtejjeb il-ħin tiegħu biex Scicluna għalaq il-ġurnata b'ħin rekord ta' 3 minuti 54.36 sekondi u ġie ddikjarat rebbieħ tal- ġurnata Overall kif ukoll rebbieh tal-Klassi Enduro B għat-tieni darba f 'dan l-istaġun. Scicluna reġa' ħalla warajh lil kulħadd fejn għat-tieni post ukoll kien hemm taqtigħa bejn Zahra u Gauci, fejn Zahra rebaħ it-tieni post b'ħin ta' 3 minuti 57.99 sekondi u Gauci kellu jikkuntenta bit- tielet post b'ħin ta' 4 minuti 4.17 sekondi. Fi Klassi A Enduro li jaqgħu fiha muturi b'magni sa 250 ċilindrata, rajna lil Terence Azzopardi fuq mutur Kawasaki jiddomina u jirbaħ din il-klassi bl- aħjar ħin tiegħu ta' 4 minuti 29.96 sekondi. Azzopardi kien dejjem segwit minn Andrea Scicluna fuq mutur KTM fejn għalaq il-ġurnata fit-tieni post bl-aħjar ħin tiegħu ta' 4 minuti 45.93 sekondi. Fit-tielet post daħal Elvin Debono fuq mutur KTM li għalaq il- ġurnata b'ħin ta' 4 minuti 49.06 sekondi. Intant, l-ASMK, ħabbret li attivtà oħra Enduro se ssir nhar il-Ħadd 10 t'April, u se ssir l-Imqabba. Barra min dan, f 'konferenza stampa li saret nhar it-Tlieta li għadda mill-ASMK, tħabbar li din se tkun is-sitt sena li l-ASMK se tkun qed tibgħat riders membri fi ħdanha biex jikkompetu barra minn xtutna bil-muturi ta' diversi tipi u f 'diversi dixxiplini. Illum l-ASMK fetħet iktar l-orizzonti tagħha u qed tieħu ħsieb ukoll riders ta' dixxiplini li mhumiex membri ta' din l-assoċjazzjoni biex dawn ukoll imorru jikkompetu barra minn xtutna. Wara li fl-2009 l-ASMK ippreparat lir-riders tal-MX u QB's fuq livell Ewropew bil- kontribut tal-Federazzjoni Taljana u dik FIM-Europe, hija bdiet tieħu sehem fil-Kampjonat Reġjonali ta' Sqallija bil-MX b'4 riders li wkoll inbidlu minn tiġrija għall-oħra għal raġunijiet finanzjarji. Kif wieħed jista' jaħseb, l-attivitajiet barra minn xtutna jeħtieġu finanzi kbar li sal-lum qed isir mill-kompetitur. Fl-2012, l-ASMK bdiet iġġib ukoll il-liċenzji għall- MiniMoto - u rider Malti, Ryan Faenza, dak iż-żmien kien wieħed mill- kompetituri tat-Tim Malti tal-MiniMoto li l-ASMK ħarġitlu l-liċenzja. Matul dawn l-aħħar snin, il-kompetituri tal-muturi Maltin ikkonkorrew f 'Kampjonati Reġjonali, Taljani u Ewropej, fi Sqallija, fl-Italja u f 'diversi pajjiżi fl-Ewropa, fil-Ġermanja, l-Olanda u l-Inġilterra. Dawn ir-riders ikkompetew fid-dixxiplini tal-Motocross, tal-Enduro, tal-MiniMoto, fid-Drag Racing u issa se jkollna l-ewwel kompetitur (Ryan Faenza) li se jikkompeti f ''Circuit Racing' fi klassi partikolari. Din hija klassi fejn ir-riders jgħaddu għall-Kampjonati ikbar fil-livell. Naturalment, hemm diversi kateġoriji ta' liċenzji, eż Lic FMI għall-Italja biss, liċenzji FIM u FIM-Europe li biha rider jista' jikkompeti fl-Ewropa u anki fix-xena internazzjonali. Rider Malti jista' jakkwista liċenzja billi jitkellem mal-ASMK u jingħata d-direttivi tal- proċess għal dan. Rider irid diġà jkollu l-esperjenza fid-dixxiplina partikolari u skont id-dixxiplina jrid joqgħod għal test mediku ta' ċertu kalibru. Dan minħabba s-sigurtà tar-rider. Liċenzja għall- Kampjonati barra minn xtutna jistgħu jixtruha rġiel u nisa u ta' diversi età. Dawk taħt it-18-il sena jrid ikollhom l-awtorizzazzjoni taż-żewġ ġenituri u l-età ta' dawn tibda minn sitt snin 'il fuq. F'ħafna mid- dixxiplini, il-klassijiet jinqasmu għall-minorenni, għal riders taħt il-21 sena, Over 21 u Over 40. Naturalment, hemm prezzijiet varji għal kull liċenzja maħruġa skont il-livell tal-kompetizzjoni. Tajjeb wieħed ikun jaf li kull rider f 'dawn il- kompetizzjonijiet irid ikollu l-ilbies, il-mutur u l-helpers jekk ikun il-każ, kollox FIM Standards skont id- dixxiplina li ħa jsuq fiha. Iżda tajjeb wieħed ikun jaf ukoll li l-liċenzja tkopri lir-rider b'polza tal- assikurazzjoni f 'każ li jkun involut f 'xi inċident, kemm waqt it-taħriġ uffiċjali u wkoll waqt it-tiġrija. Noffru wkoll Breakdown Service ma' kull liċenzja fl-Ewropa waqt l-ivjaġġar tal-kompetitur. Sezzjonijiet oħra li l-ASMK ħa tkompli tesplora fihom huma t-Tourinġ u r-Raduno u wkoll is-settur tar-Road Safety. Dawn ġew diskussi wkoll fl-aħħar konferenza FIM li saret f 'Malta f 'Lulju li għadda. Minkejja li bħalissa l-ASMK qed tikkonċentra ħafna fuq il-parteċipazzjoni barra minn xtutna tal-Maltin u l-Għawdxin, f 'moħħ l-istess assoċjazzjoni hemm ukoll is-sewwieqa tal-muturi fit-toroq tagħna u aktar. L-ASMK flimkien ma' Paul Deguara qed joffru lil Ryan Faenza l-għajnuna kollha tagħhom possibli biex ikun jista' jipprattika b'suċċess it- talent tiegħu u awgurawlu kull suċċess fil-karriera tiegħu bħala rider fuq ċirkwit stil Formula 1. Ir-rider ta' 17-il sena, Ryan Faenza Kollox lest għat- tellieqa The Lisa Marie Memorial Dingli Ten 2016 KOLLOX jinsab lest biex nhar is-Sibt li ġej- id-19 ta' Marzu, festa pubblika, issir it-tellieqa li kulma jmur qed tikber fil-popolarità fil-kalendarju tal-atletika lokali - id-'Dingli Ten Mile'. Sa mill-1991, din it-tellieqa stabbillixiet lilha nnifisha bħala waħda tradizzjonali u waħda mill-iktar tlielaq prestiġjużi fil-kalendarju tat- tlielaq lokali. Sa minn din is-sena, dan l-avveniment ingħata l-isem ta' 'The Lisa Marie Memorial Dingli Ten 2016 - Powered by Gatorade'. L-organizzaturi ta' dan l-avveniment xtaqu jirringrazzjaw lil 'The Lisa Marie Foundation' għas- sapport u l-kollaborazzjoni tagħhom fil-preparazzjoni għas-26 edizzjoni ta' dik li hi magħrufa bħala d-'Dingli Ten'. Matul is-sena li għaddiet, iktar minn 400 parteċipant ħadu sehem fit-tliet avvenimenti tal-atletika li jiġu organizzati matul din it-tellieqa. Matul din is-sena, se tkun qed tiġi organizzata it-tellieqa ta' għaxar mili, mixja wkoll ta' għaxar mili, kif ukoll tellieqa tal-juniors ta' żewġ kilometri. Din it-tellieqa hija popolari mal-atleti, l-aktar għax- xeneġġjatura mill-isbaħ li tipprovdi, kif ukoll għar- rotta li toffri sfida lil kull parteċipant li jieħu sehem fiha. L-organizzaturi ta' din it- tellieqa xtaqu jirringrazzjaw lill-Gatorade, Liquigas Malta Ltd u Teamsport Diadora tas-sapport kontinwu li huma jagħtu lill-klabb tal- atletika ta' St Patricks, li qed jorganizza din it-tellieqa. Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem fit-tellieqa 'Dingli Ten Mile' tas-sena li għaddiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016