Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Tkompli minn paġna 1 KLIEM Mallia jiġi ġimgħa biss wara li s-sit illum.com.mt żvelat kif l-eksdeputata Laburista Marlene Farrugia ukoll għaddejja bi sforzi biex jinħoloq partit ġdid, li m'eskludietx li tmexxih hi u li spjegat kif għandu jkollu l-bażi u l-bidu tiegħu minn fost il- popolazzjoni tal-istudenti. Intant l-ILLUM hija nfurmata li qed isiru diversi laqgħat ikkoordinati minn grupp ta' nies li matulhom, qed tkun diskussa, b'mod attiv ħafna, l-possibbiltà li jinħoloq partit ġdid li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Din il- gazzetta hija infurmata wkoll li qed isiru laqgħat ma' diversi nies, fosthom professjonisti, lekċerers u membri tas-soċjetà ċivili filwaqt li Farrugia nnifisha qed tagħmel kuntatt ma' diversi persuni, fosthom ukoll ma' Salvu Mallia. L-ILLUM huwa infurmat li l-imħuħ wara l-idea ta' partit ġdid kellhom ukoll laqgħat maċ- chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola. Il-laqgħat qed isiru bil-għan li tkun diskussa l-possibbiltà li jinħoloq dan il-partit il-ġdid wara li jkun evalwat jekk hemmx impenn biżżejjed minn numru ta' nies li jkunu lesti li jikkandidaw ruħhom għall-elezzjoni. Għal mistoqsija tal-ILLUM dwar jekk dan il-moviment jew forza hux se jikkontesta l-elezzjoni li jmiss, Farrugia wieġbet li, "iċ-ċans huwa li iva, noħorġu għall- elezzjoni." Jidher li l-kwistjoni tal-Panama wasslet għal ċerta rabja fost sezzjoni mdaqqsa tal-poplu Malti b'diversi nies jistaqsu jekk jistgħux jivvutaw lill-PN wara biss ftit snin u jekk jistgħux jerġgħu jafdaw lill-Partit Laburista. Mal- ILLUM, Farrugia qalet li għalkemm għadu kmieni wisq biex ikun determinat fiċ-ċert jekk din il-forza politika hux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali, assigurat li l-ħidma qed issir biex jekk l-impenn li joħloq dan il- partit ikun kbir biżżejjed, jinbena momentum qawwi li jwassal sal-elezzjoni. Intant aktar kmieni din il-ġimgħa kien l-eksdeputat Nazzjonalista Franco Debono li ħareġ għonqu għal Salvu Mallia fi blogg bl-isem, 'Il-konsistenza ta' Salvu Mallia u s-sitta u tletin elf.' Fih Debono jgħid li Mallia huwa bniedem konsistenti ma' dak li dejjem emmen u dak li dejjem tkellem dwaru. Waqt li ppublika messaġġ li kien bagħatlu fuq Facebook lura f 'Jannar 2013, Franco Debono qal li "jekk Salvu Mallia llum qed jilmenta, ma jfissirx li lbieraħ ma kellux raġun. Bil-maqlub. Ifisser li kellu raġun ilbieraħ u għandu raġun illum u aktar minn hekk, ifisser li huwa konsistenti. Huwa dak li qed jilmenta llum u ma lmentax ilbieraħ li mhux konsistenti." Iżda apparti d-difiża tiegħu għal Mallia, Debono poġġa argument li fih, b'mod sottili ħafna qed jindika li teżisti l-possibilità li jinħoloq partit ieħor. Huwa jagħlaq l-istes blogg b'dan il-kliem: "36,000 vot huma seba' siġġijiet fil-Parlament jew aktar, u f 'Parlament ta' 70 siġġu, għandhom saħħa kbira ħafna li mhux biss jiddeċiedu min jiggverna, iżda hemm biżżejjed voti għal partit imdaqqas." 'Jeskludi li l-AD tingħaqad ma' partit ikbar' F'kummenti mal- ILLUM, Cassola jeskludi l-possibilità li l-Alternattiva tingħaqad ma' partit ikbar għalkemm jgħid ukoll li kienu bosta dawk li wrew it-tħassib tagħhom mal- AD dwar l-aħħar żviluppi politiċi. Mistoqsi jekk l-għajta tat-tielet partit hix waħda momentarja li tista' tmut wara li tinżel it-temperatura politika, Cassola qal li huwa vera li l-mument qed jgħin biex iqum ferment, imma dawk li kellmuh dwar il-possibbiltà ta' partit ġdid huma serji ħafna fl-intenzjonijiet tagħhom. "Il-Poplu ddejjaq issa, 'people have had enough'," qal Cassola, li kompla jsostni li n-nies iridu lil xi ħadd li m'għandux skeletri moħbijin. Intant f 'kummenti li ta' lill-ġurnal The Times, il- Kunsillier tal-AD Michael Briguglio qal li "qatt daqs illum ma kien żmien tajjeb għal xi ħaġa ġdida u xi ħaġa ikbar." Għalkemm ammetta li mhux neċessarjament kull min qed jitkellem dwar dan il-bżonn, fil-fatt ikun parti minn partit ieħor jekk jinħoloq, huwa jgħid li hemm eċitament mis- soċjetà ċivili biex jinħoloq dan il-moviment politiku ġdid, lil hinn miż-żewġ partiti l-kbar. illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Aħbarijiet 8 Franco Debono: '36,000 vot biżżejjed għal partit imdaqqas' Franco Debono jgħid li Salvu Mallia huwa konsistenti fil-kritika tiegħu Arnold Cassola: 'In-nies xebgħu u ddejqu' Michael Briguglio jgħid li qatt daqs illum ma jinħass il-bżonn għal xi ħaġa ġdida Caruana Galizia determinata li tkisser lil Mizzi Tkompli minn paġna 1 FIL-FATT, l-istess sorsi qalu li l-PN jemmen li kieku ma bdewx ħerġin l-ewwel tiri sottili fuq il-blogg ta' Caruana Galizia, Konrad Mizzi xorta ma kienx jiddikjara din il-kumpanija fil-Panama u l-ħsara elettorali kienet tkun bil-wisq ikbar qabel elezzjoni ġenerali. L-informazzjoni li għandha l-ILLUM tikkuntrasta sew mal-istorja li kienet dehret fil-gazzetta l-Orizzont li kienet stqarret kif xi ħadd kien inxtara biex jisraq din l-informazzjoni mill-kumpanija Nexia BT ġewwa San Ġwann. Bħalissa għaddejja kawża l-Qorti li fetaħ il-Minstru Konrad Mizzi kontra Caruana Galizia li allegat li Mizzi għandu relazzjoni ma' membru tal-istaff tiegħu. Huwa mifhum li Caruana Galizia hija determinata li akkost ta' kollox tkisser lil Mizzi, propju minħabba din il-kawża. Huwa ċar ukoll li l-PN qed jaħdem mill-qrib ma' Caruana Galizia, iktar minn qatt qabel, anke jekk fir-rapport tat-telfa elettorali, miktub fost oħrajn mis- Segretarju Ġenerali l-ġdida tal-PN Rosette Thake, l-istess blogger hija identifikata bħala waħda mir-raġunijiet għat-telfa tal-PN fl-2013. F'KUMMENT telefoniku mal- ILLUM, Gordon Cordina qal li r-raġuni li għażel li ma jkomplix il-merger ma' Nexia BT huwa għax irid jaħdem fis- serenità. Mistoqsi jekk jaħsibx li l-mod li perreċ kollox fl-apert, u attakka l-merger ma' Nexia BT kien żbaljat, hu kompla jinsisti li jrid ikompli jaħdem fis-serenità. Cordina li huwa kelliem speċjali f 'wieħed mill-forums Nazzjonalisti, min- naħa l-oħra stqarr li għadu qed jaħdem ma' Nexia BT. Mistoqsi jekk Nexia BT għamlu xi ħaġa illegali, hu wieġeb "le." U meta ġie mistoqsi jekk fil-każ kollu ġiex ippressat mill-media, jew minn xi blogger jew mill-PN, Cordina reġa' wieġeb li dan ma kienx il-każ. Gordon Cordina: 'Irrid naħdem f 'serenità' AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT L-ekonomista Gordon Cordina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016