Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Aħbarijiet 4 minn Albert Gauci Cunningham "NAĦSEB Malta jaqblilha jekk ir-Renju Unit jibqa' membru tal-Unjoni Ewropea għax dan jaf ikun alleat ewlieni f 'ċerti sfidi tal-UE stess fil-futur." Hekk sostna mal-ILLUM il-Kap tal-Uffiċċju Malti tal-Parlament Ewropew Peter Agius, li qal ukoll kif tkun l-UE kollha kemm hi li tinbidel jekk il-poplu tar- Renju Unit jagħżel li l-pajjiż għandu jitlaq. Fil-fatt, għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta Agius qal li r-riperkussjonijiet li jista' jkollha BREXIT fuq pajjiżi oħra fl-UE fejn bħalissa hemm sentiment anti-UE, huwa "territorju mhux magħruf." Agius jisħaq li kollox se jkun qed jorbot ma' kif, f 'dan ix-xenarju ipotetiku, l-UE taġixxi. "L-Unjoni trid tiddeċiedi jekk tridx tgħaddi messaġġ ta' deterrent, ta' konsolidament tad-drittijiet ta' sħubija jew ta' kontinwazzjoni tar- relazzjonijiet mar-Renju Unit bl-anqas tibdil possibbli f 'xenarju post-sħubija." Dwar ir-riperkussjonijiet li jista' jkollu vot favur il- BREXIT fuq Malta u dawk il-Maltin li jgħixu fil-pajjiż, Agius, filwaqt li reġa' saħaq li Malta jaqblilha li jkollha alleat fl-UE, qal ukoll li jkun aħjar, "ninnavigaw fl-istatus quo fejn Malta qed tagħmel suċċess mill-għodod u l-istrutturi tal-UE." Bieb miftuħ għall-attakki terroristiċi L-ILLUM staqsiet lil Agius kemm ireġi l-argument tas-Segretarju għax-Xogħol u Pensjonijiet Ingliż Ian Duncan Smith u ta' ħafna oħrajn, anke f 'Malta, li sħubija fl-UE qed tħalli l-bibien miftuħin għal attakki terroristiċi. Huwa jfakkar li r-Renju Unit mhux parti miż-żona Shengen, "allura jibqa' fil-kompetenza tiegħu li jinkludi l-kontrolli kollha li jħoss meħtieġa fuq persuni li jidħlu fir-Renju Unit." Huwa fakkar kif fid-dawl ta' avvenimenti riċenti fiż-żona Shengen, saru tibdiliet biex ikun jista' jikber il-kontroll fuq il-fruntieri għal sigurtà aħjar. Fil-fatt, għal bosta xhur kien hemm diskussjoni madwar l-UE kollha dwar il- bżonn li jkun hemm kontrolli ikbar fuq il-fruntiera, speċjalment wara l-attakki terroristiċi f 'Pariġi aktar kmieni din is-sena. F'ċerti pajjiżi, inkluż fil-Ġermanja u anke f 'Malta fil-perjodu li kienet qed issir il-laqgħa taċ-CHOGM, ir-regoli tax- Shengen kienu ġew sospiżi. Barra l-UE, l-ekonomija tar- Renju Unit tikkrolla? Aguis ma jweġibx din il-mistoqsija b'mod dirett imma jfakkar kif l-UE għandha diversi ftehimiet ma' ekonomiji kbar fosthom il- Ġappun, il-Kanada u fil-futur qrib mal-Istati Uniti u ċ-Ċina. "Hekk kif pajjiż joħroġ mill-UE, awtomatikament jitlef l-għodda ta' dawk il- ftehimiet." Huwa qal ukoll li kemm-il darba r-Renju Unit jiddeċiedi jmur għal BREXIT, ikun hemm bżonn ta' deċiżjoni dwar liema forma ta' qbil se jintlaħaq mal-pajjiż, jekk hux dak fuq il-mudell tan-Norveġja li tikkontribwixxi għall-baġit Ewropew u għandha aċċess għall-istess suq, jew dak Żvizzeru, fejn l-Iżvizzeri għandhom aċċess sħiħ għas-suq Ewropew imma l-Ewropej għandhom l-aċċess tagħhom limitat għas-suq Żvizzeru. Dawk fir-Renju Unit li huma favur il-ħruġ mill-UE qed jgħidu li BREXIT se jkun qed jiftaħ il-bibien u jiffaċilità aktar in-negozju li l-pajjiż jista' jagħmel ma' ekonomiji emerġenti, fosthom il-Brażil u l-Indja. Ċentralizzazzjoni jew sovranità? Argument ieħor li jitqajjem anke f 'Malta u li dwaru mistenni jkun hemm ħafna dibattitu hekk kif ikun riesaq il-mument tal-prova għal dawk li jgħixu fir-Renju Unit, huwa dak tas-sovranità, jew kemm mill-poteri ta' pajjiż se jitħallew f 'idejn l-UE. Huwa fatt magħruf li r-Renju Unit dejjem ipproteġa l-poter tal- Parlament tiegħu b'ċerta żelu. Hemm min, bħalma għamel l-artikolista u opinjonista Joe Ellis fuq din il-gazzetta, iħoss li r-Renju Unit qed ikun "prepotenti." F'opinjoni li kiteb nhar il-Ħadd 28 ta' Frar li għadda, Ellis jgħid li "wasal iż-żmien li għall- ġid tal-proġett Ewropew, il-prepotenza u l-ardità Brittanika titwaqqaf...min ma jemminx fil-proġett Ewropew, jistà jaqbad u jitlaq." Aguis x'jaħseb dwar dan? Hemm post għar-Renju Unit fl-UE? Huwa jesprimi opinjoni ħafna iktar pożittiva minn Ellis u jgħid li "fl- Unjoni hemm post għal ideat differenti." Huwa jgħid li kulħadd jirrikonoxxi li "jaqbel aktar li nkunu flimkien għax fl-aħħar mill- aħħar, igawdu ċ-ċittadini. Naħseb li l-UE tiftaqar jekk issir idea waħda omoġenea, fejn ħadd ma jistqasi u ħadd ma' jipproponi direzzjonijiet differenti." 'Malta jaqblilha li r-Renju Unit jibqa' fl-UE' Fir-Renju Unit, Malta dejjem sabet alleat importanti fl-UE 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Procurement of Microsoft Licences and Services 2016-2021 – T028/16 Data ta' ħruġ: 8 ta' Marzu 2016 / Data ta' għeluq: 4 t' April 2016 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, li se jiġi organizzat nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2016 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda, -10.00 ta' logħdu. Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. L-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli: WAQT li kien qed jindirizza simpożju dwar l-Istrateġija Nazzjonali fuq l-Edukazzjoni għall- Iżvilupp Sostenibbli, il-Ministru għall- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat sostna li l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli hija aġent għal bidla pożittiva. Kien hawnhekk li l-Ministru Brincat fisser li minkejja li għad fadal xi jsir, il-Ministeru tiegħu, waqqaf għall-ewwel darba direttorat għall-iżvilupp sostenibbli. "Fil-fatt, diġà nħatar direttur u qed inħejju wkoll biex ningaġġaw direttur ġenerali, u ġaladarba dan id-direttorat jibda jitħaddem, se nkunu qed insaħħu b'mod prattiku l-liġi tal-iżvilupp sostenibbli," qal il- Ministru Brincat. Huwa fisser kif is- sostenibbiltà twassal għal ambjent aktar b'saħħtu, u tittratta l-finanzi pubbliċi, it-tibdil fil- klima, l-enerġija nadifa, it-trasport sostenibbli, l-inklużjoni soċjali, il- komunitajiet sostenibbli, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll ħiliet oħrajn u t-taħriġ. "Bil-liġi li waqqaf il- Gvern dwar l-azzjoni fuq il-klima, kif ukoll bil- pjan ta' azzjoni tagħna fuq l-ekonomija l-ħadra, nagħtu xhieda tal-ħidma tal-Gvern fejn tidħol is- sostenibbiltà," fisser Leo